Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #17384 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — stabilimenti tal-ikel - skart

Question

Billi f'risposta preċedenti ingħadd li l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu tagħmel spezzjonijiet biex tassigura li l-istabilimenti tal-ikel (ristoranti, snack bars u postijiet oħra simili) biex tassigura li dawn il-postijiet għandhom post fejn ipoġġi l-iskart tagħhom (swill), kif ukoll li l-istess stabilimenti qed jagħtu l-iskart lill-kolletturi li huma liċenzjati/awtorizzati biex jiġbru dan l-istess swill, jista' l-0Ministru jagħti tagħrif dwar kemm spezzjonjiet simili saru s'issa din is-sena? Fejn saru dawn l-ispezzjonijiet u x'irriżulta minnhom? Kemm stabilimenti saru żjarat fihom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-14 ta’ Ġunju 2015 saru 384 spezzjonijiet f’Malta u 14-il spezzjoni f’Għawdex fi stabbilimenti tal-ikel minn uffiċjali ta’ Direttorat ta’ l-Infurzar ta’ l-Awtorita tat-Turiżmu ta’ Malta. L-Awtorita` ma ħadet l-ebda` azzjoni legali fil-konfront ta’ xi stabbiliment. L-informazzjoni dwar spezzjonijiet li saru f’dawn il-lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17499 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — konsulenza lil individwu

Question

Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament f’din il-mistoqsija ingħatat xi forma ta’ konsulenza fis-sena 2010 mis-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) u fis-sena 2014 mill-linja nazzjonali Air Malta. Din il-persuna ma kellha l-ebda xogħol ieħor ta’ konsulenza f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika oħra li taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Turiżmu, sad-data li fiha qed titwieġeb din l-interpellanza.
Leg 12 PQ #17391 Sitting 283 2015-07-01 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — persuni impjegati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17043 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17290 Sitting 282 2015-06-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet Blue Flag – aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema bajjiet f’pajjiżna kemm dawk li huma blue flag jew le huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità inkluż għall-persuni li jagħmlu użu mis-siġġijiet bir-roti kif ukoll kemm hemm għad-dispożizzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu siġġijiet bir-roti li jistgħu jintużaw minn persuni b’diżabilità fuq il-bajjiet fejn saħansitra jkunu disposti li jinżlu bihom sal-baħar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bajjiet f’pajjiżna jaqgħu taħt ir-risponsabbiltà tad-Direttorat tal-Artijiet u tal-Kunsill Lokali rispettiv, u mhux taħt ir-risponsabbiltà tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Madanakollu, hija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li bħal entitajiet oħrajn, fil-perjodu tas-Sajf, timmaniġġja numru ta’ bajjiet li wħud minnhom għandhom l-istat ta’ Bandiera Blu jew Bajja ta’ Kwalità. Il-bajjiet li huma mmaniġġjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u minn entitajiet oħrajn matul il-ġranet tas-sajf u li huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, jammontaw għal sitta (6) f’ Malta u tlieta (3) f’Għawdex. Għad-dispożizzjoni tagħha, l-Awtorità għandha seba’ (7) siġġijiet bir-roti li jistgħu jintużaw minn persuni b’diżabilità li huma disposti li jibqgħu neżlin bihom fil-baħar. Dawn jistgħu jagħmlu użu minnhom f’erba’ (4) bajjiet f’ Malta u f’bajja waħda (1) f’Għawdex. Annessa ma’ din it-tweġiba, qed inpoġġi dokument li juri fid-dettall l-aċċessibiltà tal-bajjiet matul il-perjodu tas-sajf u minn liema entità tiġi mmaniġġjata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17316 Sitting 282 2015-06-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ingaġġ ta' persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament f’din il-mistoqsija kienet isservi ta’ membru tal-bord tas-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Lulju 2008, b’remunerazzjoni ta’ €174.40 fix-xahar. Il-membri tal-bord tal-MCC jiġu appuntati mill-Ministru. Din il-persuna ma kellha l-ebda rwol ieħor f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika oħra li taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Turiżmu, bejn l-2008 u Marzu 2013 .
Leg 12 PQ #17230 Sitting 280 2015-06-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – stabbilimenti turistiċi – ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu hiex qiegħda tkun viġilanti biex tara li l-istabbilimenti turistiċi jkollhom kuntratt privat għal dak li jikkonċerna l-ġbir ta’ skart minn dawn l-istess stabbilimenti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Liġi u Regolamenti tal-istabbilimenti turistiċi, m’hemm l-ebda obbligu legali li l-istabbilimenti turistiċi ikollhom kuntratt privat għal dak li jikkonċerna ġbir ta’ skart. L-Awtorità tkun viġilanti billi tivverifika li fiżikament hemm post fejn jiġi mizmum l-iskart, kif ukoll tara li ma jitħalliex skart barra. Minn naħa l-oħra, jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dawk l-istabbilimenti li għandhom liċenzja sabiex jipprovdu l-ikel, dawn l-istabbilimenti għandhom l-obbligu li jizguraw li l-iswill jinġabar biss minn persuni li jkollhom liċenzja għal dan l-iskop mill-awtorita’ kompetenti. Waqt spezzjonijiet regolari li tagħmel l-Awtorità f’dawn l-istabbilimenti, l-Awtorità tistaqsi min qed jiġbor dan l-iswill u titlob dokumentazzjoni li tikkorobora dan.
Leg 12 PQ #17043 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — persuni impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex qabel xejn, jiċċara għal xhiex qed jirreferi eżatt b’persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entita’ oħra u jekk hux qed jirreferi għall-ingaġġi ġodda li setgħu saru b’mod permanenti jew adirittura għal ingaġġi ġodda ta’ persuni b’diżabilita’.
Leg 12 PQ #17162 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Iż-Żurrieq — Bar - permessi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16468 fejn tlabt (sezzjoni C) sabiex jitpoġġew kopji tal-liċenzji kollha maħruġa mill-Awtorità ta' malta għat-Turiżmu mill-2002 sa 2015 (14 b'kollox) sabiex dan il-bar setgħa jopera irrelevanti mill-ismijiet li kellu qabel u li għandu llum, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn il-liċenzji biex jopera peress li ma tpoġġewx u minflokk kulma tpoġġa huma d-dettalji tal-istess imsemmi ħanut?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liċenzja tal-bar illi qed jirreferi għalih fil-mistoqsija parlamentari għandu liċenzja waħda illi tiġi mġedda sena wara sena, b’kuntratt identiku kull sena. Kopja tal-liċenzja kurrenti ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17171 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – Cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm cruise liner li kellu jidħol Għawdex f’dawn l-aħħar għaxart ijiem u ma daħalx? Jekk hu vera, x’raġuni kien hemm għal dan? Kemm hu previst li se jidħlu cruise liners f’Għawdex din is-sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wieħed mill-vapuri tal-passiġġieri li kellu jidħol Għawdex f’Ġunju, ma żarx il-gzira minħabba tibdil fl-itinerarju tal-Mediterran, mill-operatur barrani. Skont il-lista uffiċjali aġġornata minn Transport Malta, il-vapuri li nkludew lil Għawdex fl-itinerarju tagħhom għall-2015, huma tnejn u għoxrin.
Leg 12 PQ #17224 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – bdoti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-linja Nazzjonali Air Malta hiex ser timpjega bdoti addizzjonali din is-sena, hekk kif għamlet is-sena l-oħra bejn April u Ottubru, meta ddaħħlu 11-il pilota għal perjodu definit?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Air Malta ma għandhiex il-ħsieb li timpjega piloti għax-xhur li ġejjin kif għamlet is-sena l-oħra. Billi r-roster tas-sajf tal-piloti ġie ottimizzat u kif ukoll piloti li jaqdu rwoli maniġerjali qiegħdin itiru iktar siegħat minn qabel, m’hemmx bżonn ta’ piloti ġodda. Il-kompliment attwali tal-piloti tal-Air Malta huwa tali li jservi sabiex jittajru s-siegħat kollha meħtieġa, b’roster iktar diliġenti u b’piloti-maniġers li jtiru iktar siegħat. Filwaqt li nifhem li ħafna mill-bdoti addizzjonali li solitament jiġu ngaġġjati huma bdoti li għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom u li per konsegwenza jkollhom bżonn aktar taħriġ u li jżidu aktar flying hours ħalli jimxu 'l quddiem fil-karriera tagħhom, dak li qed isir hu parti mill-proċess sabiex l-Air Malta tibqa' timmassimizza r-riżorsi tagħha sabiex kemm jista' jkun tibqa' tnaqqas l-ispiża tal-operat tagħha ħalli tilħaq il-miri tagħha skont il-Pjan ta' Ristrutturar u tersaq aktar lejn vijabbilita' kummerċjali.
Leg 12 PQ #17225 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Bdoti Maltin – full pilots licence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi pjanijiet biex jgħin lil dawk il-bdoti Maltin li għandhom bżonn iżidu l-flying hours tagħhom sabiex ikunu jistgħu jkollhom il-full pilots licence?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-union tal-piloti (ALPA) ressqet suġġeriment sabiex tiġi ntrodotta skema li tgħin piloti kkwalifikati sabiex iżidu l-flying hours u jiġu iktar attrajenti għall-industrija. It-tmexxija tal-Air Malta laqgħet dan is-suġġeriment u qed tħejji skema nazzjonali li tgħin piloti Malti li jeħtieġu dawn il-flying hours, liema skema ser tkun ippreżentata lill-awtoritajiet Maltin għal kunsiderazzjoni f’qasir żmien fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #17226 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – bdoti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta timpjega xi bdoti fix-xhur li ġejjin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 17224, datata 22 ta’ Ġunju 2015.
Leg 12 PQ #17227 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Chief Marketing Officer

Question

B’referenza għall-internal call ta’ Chief Marketing Officer, li ħarġet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bid-data tal-15 ta’ Ġunju 2015, jista’ l-Ministru jgħid f’liema grad se tidħol din il-kariga? Jekk il-persuna magħżula għal din il-kariga tkun diġà tokkupa pożizzjoni ta’ direttur, se jkun hemm ħlas addizzjonali? Jista’ jgħid kemm hu l-pakkett ta’ salarji u perkaċċi marbut ma’ din il-kariga?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pożizzjoni ta’ Chief Marketing Officer, hi grad ta’ Direttur Ġenerali. Jekk il-persuna magħżula għal din il-kariga tkun diġa’ tokkupa pożizzjoni ta’ direttur, se jkun hemm żieda fis-salarju bażiku ta’ €279.50 fix-xahar, kif ukoll żieda ta’ €1,000 fix-xahar għal perjodu definit ta’ tlett snin. L-informazzjoni dwar il-pakket ta’ salarji u perkaċċi marbut ma’ din il-kariga qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17228 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Chief Officer Strategic Development

Question

B’referenza għall-internal call ta’ Chief Officer Strategic Development, deputy to the CEO, li ħarġet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bid-data tal-15 ta’ Ġunju 2015, jista’ l-Ministru jgħid f’liema grad se tidħol din il-kariga. Jekk il-persuna magħżula għal din il-kariga tkun diġà tokkupa pożizzjoni ta’ direttur, se jkun hemm ħlas addizzjonali? Jista’ jgħid kemm hu l-pakkett ta’ salarji u perkaċċi marbut ma’ din il-kariga?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pożizzjoni ta’ Chief Officer Strategic Development, deputy to the CEO, hi grad ta’ Direttur Ġenerali. Jekk il-persuna magħżula għal din il-kariga tkun diġa’ tokkupa pożizzjoni ta’ direttur, se jkun hemm żieda fis-salarju bażiku ta’ €279.50 fix-xahar kif ukoll żieda ta’ €1,000 fix-xahar għal perjodu definit ta’ tlett snin. L-informazzjoni dwar il-pakket ta’ salarji u perkaċċi marbut ma’ din il-kariga ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #16984 Sitting 278 2015-06-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Restoranti u Stabilimenti tal-ikel — agreement fuq servizz ta' refuse collection

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għandhiex kundizzjonijiert speċifiċi biex ir-restoranti u stabilimenti oħra tal-ikel jorbtu lilhom infushom b'agreements li jkollhom servizz ta' refuse collection għal dak li hu l-iskart li jiġġeneraw?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-obbligu u r-responsabbilita’ tal-ġbir ta’ skart huwa tal-operatur. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu m’għandhiex forom ta’ ftehim hekk kif imsemmija fid-domanda parlamentari. Bħala Awtorita’, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu m’hix responsabbli għal ġbir ta’ skart.
Leg 12 PQ #16983 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Bankijiet ħdejn it-Torri ta' Wignacourt

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-bankijiet li kienu tneħħew minn ħdejn it-Torri ta' Wignacourt f'San Pawl il-Baħar, hux se jerġgħu jitpoġġew f'posthom? Fil-każ, meta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bankijiet li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija parlamentari, tneħħew temporanjament sakemm tlesta xogħol ta’ restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt. B’ħidma mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, dawn il-bankijiet se jerġgħu jitwaħħlu fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #16740 Sitting 275 2015-06-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – permessi għall-kiosks — policy

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’policy qiegħda tapplika l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, għal dak li jikkonċerna l-ħruġ tal-permessi għall-kiosks li jservu l-ikel fil-lokalitajiet turistiċi li għandha madwar Malta? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi dokument partikolari li jindika l-policies applikati mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet li huma pendenti quddiem l-Awtorità għal dan it-tip ta’ żvilupp? F’liema lokalitajiet, individwalment jinstabu dawn l-applikazzjonijiet? Kemm approvat kiosks simili l-Awtorità matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi m’hemm l-ebda policy miktuba i¿da hija prassi li ntirtet minn meta l-Awtorita Maltija għat-Turi¿mu ħadet ir-responsabbilita’ tal-liċen¿jar tal-istabbilimenti tal-ikel (bars, gabbani tal-ikel u x-xorb, diskoteki u nightclubs) mingħand il-pulizija fl-1 ta’ April 2002. Il-policies li l-Awtorita’ taddotta huma kif elenkat hawn isfel fejn no objection letter tinħareġ meta: · L-applikant huwa entita’ pubblika jew kunsill lokali, u l- kiosk propost jagħmel parti minn proġett akbar illi huwa ta’ benefiċċju għall-komunita’; · L-applikant jista’ jilħaq xi arrangament ma’ xi entita’ pubblika jew kunsill lokali u l-kiosk propost jagħmel parti minn proġett akbar illi huwa ta’ benefiċċju għall-komunita’; · L-applikant huwa ndividwu jew kumpanija privata u l- kiosk jinstab fuq art privata; · L-applikant huwa diga’ sid jew operatur ta’ kiosk eżistenti u jrid isir xi tip ta’ titjib fil- kiosk eżistenti. Din l-ittra twassal biss sabiex l-applikant ikun jista’ jmur il-MEPA u japplika għall-permess ta’ żvilupp, fejn l-applikazzjoni tiġi evalwata skond il-policies tal-MEPA dwar il-kiosks. Minn naħa l-oħra, ma tinħariġx no objection meta: L-applikant huwa ndividwu jew kumpanija privata u l-kiosk propost jinstab fuq art pubblika mingħajr ebda relazzjoni ma’ xi inizjattiva oħra li tkun ta’ benefiċċju iktar wiesgħa lill-komunita’. Dan il-Ministeru qed jieħu l-inizjattiva illi wara l-kumitat inter-ministerjali fuq l-Imwejjed u Siggijiet ilesti xogħlu, ikompli billi jaqbad ir-revi¿joni tal-policies fuq il-kiosks sabiex wieħed jipprova jissimplifika dan is-settur u joħloq iktar ċarezza fuq kliem bħal ‘kiosks’, ‘mobile kiosks’, ‘mobile kiosks on a fixed site’, ‘hawkers’, etc. Sabiex intejbu l-prodott turistiku b’mod ħolistiku. Bħalissa, l-Awtorita’ għandha erba’ applikazzjonijiet pendenti - tnejn f’San Pawl il-Baħar, waħda f’San Ġiljan u waħda fl-Imġarr Malta. Ma nħarget ebda liċenzja fl-aħħar tnax-il xahar.
Leg 12 PQ #16751 Sitting 275 2015-06-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — restorants u lukandi - indafa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu hux qed tinforma lis-sidien ta' restorants u lukandi, li huma għandhom jikkoperaw biex iżommu l-inħawi tagħhom nodfa u dan billi ma joħorġux l-iskart tagħhom fis-sigħat tard bil-lejl jew kmieni ħafna filgħodu? Jekk iva, kif qed isir dan, u jekk le tista' l-MTA tikkunsidra l-possibilità li flimkien mal-kunsilli lokali tasal biex tfassal sistema li tiggarantixxi li tali skart ma jkunx imħalli barra, bil-konsegwenza li jkun hemm dehra kerha fl-istess inħawi fejn hemm numru sostanzzjali ta' stabilimenti kummerċjali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu, magħtul is-snin, ħadet sehem f’diversi inizjattivi m’aġenziji u entitajiet oħra sabiex jiġi ndirizzat il-problema tal-iskart u anke tat-tindif, partikolarment evidenti fejn ikollok konċentrazzjoni kbira ta’ stabbilimenti tal-ikel. Fil-fatt, il-maġġor parti tal-inizjattivi saru ġewwa Paceville, San Ġiljan. Kull tant żmien, dawn l-inizjattivi jridu jerġgħu jiġu mġedda sabiex tinqata’ r-rutina li jerġgħu jidħlu fiha numru ta’ stabbilimenti. Proprju għal dan il-għan, il-Ministeru nieda il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi, li diġa’ bdiet diskussjonijiet, flimkien mal-Awtorita’ u l-Cleansing Services Directorate mal-kunsilli lokali fiż-żoni turistiċi sabiex wieħed ikun jista’ jindirizza l-problema tal-ġbir tal-iskart tal-ikel u tal-ġbir tal-iskart ġenerali mill-istabbilimenti kummercjali.
Leg 12 PQ #16693 Sitting 274 2015-06-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Turiżmu mediku — Sptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk saritx xi stima ta' kemm hu l-ammont f'termini ta' infiq li se jħalli l-proġett li ħabbar il-Gvern għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex jiġifieri dak tat-turiżmu mediku, saħħa u benessere f'Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa, l-unika stimi li ġew rappurtati kienu dawk ta’ kemm se jigi investit fil-proġett. L-istudju li qed isemmi l-Interpellant, jiġifieri dak dwar l-infieq li ser iħalli warajh dan il-proġett, għandu jsir fix xhur illi ġejjin. Il-Ministeru għat-Turiżmu huwa determinat li jiżviluppa din in-niċċa f’Għawdex li tant jista’ jagħti value-added tourism lil din il-gzira.
Leg 12 PQ #16631 Sitting 273 2015-06-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Forti Rikażli – films/sensiliet televiżivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-films/sensiliet/TV mini-series li nġibdu f’Forti Rikażli sena b’sena, bejn l-1995 u llum? Jista’ jagħti l-ismijiet tagħhom u jgħid minn liema pajjiż kienu ġejjin? Jista’ jgħid kemm dam sejjer il-filming għal kull każ? Jista’ jgħid kemm huwa kkalkolat li kien il-kontribut finanzjarju li ħallew dawn il-produzzjonijiet b’mod totali fl-ekonomija lokali sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm inħolqu impjiegi riżultat ta’ dawn il-produzzjonijiet sena b’sena b’mod separat ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-sena 1995 sas-sena 2004, m’hemmx records preċiżi dwar ir-rikjesta tiegħu, pero’ mis-sena 2005 sal-lum hemm tali nformazzjoni li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal dak li jirrigwarda statistika dwar impjieġi ġenerati, din sal-lum ma tinżammx mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.