Peress li l-WSC kienet ħalliet bankini quddiem 40, Triq il-Miratur, Floriana mogħttija temporanjament b'injama, jista' l-Ministru jgħid jistax' isir ix-xogħol meħtieġ sabiex ma jibqax pocket ta' ġrieden?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Peress li ġejt infurmat li hemm madwar 400 ħaddiem li jaħdmu mal-MIA li probabilment b'żvista ma' ġietx mimlija l-NI 12 mill-istess kumpanija, jista' l-Ministru jara li din issir, għaliex jekk dawn il-ħaddiema jiġu bżonn xi benefiċċju soċjali ma jikkwalifikawx għalih?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Malta International Airport ma tużax il-"bulk payment system" biex tibgħat il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali u għalhekk ma hemmx ħtieġa li tintuża l-formola NI 12.
Għaldaqstant il-benefiċċji soċjali li jistgħu jkunu ntitolati għalihom il-ħaddiema mhux ser jiġu affettwati.
Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat kont tad-dawl u l-ilma li jammonta għal Lm 536.33? (tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament). Din l-istess familja qiegħda titlob biex in-numru ta' persuni jidher bħala 4 u mhux wieħed? Jista' jingħarraf direttament lil din il-familja b'l-iżviluppi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-ammont imsemmi ikopri xejn anqas minn seba' kontijiet għall-perjodu bejn it-28 ta' Mejju 1998 u t-30 ta' Settembru 2000.
Jekk in-numru ta' persuni fl-indirizz fejn inħareġ il-kont huwa ta' erbgħa, il-konsumatur għandu jibgħat id-dettalji tal-persuni li joqgħodu f'dak l-indirizz flimkien man-numru tal-Karta ta' l-Identita'. Din il-proċedura trid tiġi segwita peress li persuna ma tistax tingħata benefiċċju fuq żewġ kontijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li ntilef fuel minn ġol-postijiet tal-ħażna li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin?
Jista' l-Ministru jara jekk l-Maltapost tistax twaħħal letter box fl-akwati ta' Triq Guze Galea, l-Iklin, għax in-nies tal-inħawi biex jimpostaw ittra iridu joqgħodu jmorru jew lejn il-bidu ta' l-Iklin jew inkella jkollhom jaqsmu il-by pass?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Iklin, b'popolazzjoni ta' madwar tlitt elef ruħ, huwa moqdi b'żewġ kaxxi ta' l-ittri. Dan in-numru ta' kaxxi huwa għola minn dak irrikmandat mill-Unjoni Postali Universali, jiġifieri ta' kaxxa ta' l-ittri għal kull tlitt elef resident.
Madanakollu l-Maltapost hija dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill Lokali għal ċaqlieq ta' waħda jew aktar kaxxi ta' l-ittri eżistenti b'mod li r-residenti jinqdew aħjar.
Fir-rigward tat-talba ta' l-Onorevoli Interpellant, jiena nfurmat li l-eqreb kaxxa ta' l-ittri għall-akkwati ta' Triq Ġuże' Galea tinsab fi Triq il-Mużika, madwar mitejn metru bogħod, u ma jirriżultax li hemm ħtieġa li r-residenti jaqsmu l-by-pass biex jużawha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiswa lill-Enemalta kull tunnellata ta' low sulphur diesel u kif din tikkompara mad-diesel ta' qabel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-"low sulphur diesel" għadu kif beda jiġi mixtri, għadu kmieni biex wieħed janalizza l-paragun bejn dan it-tip ta' diesel u dak ta' qabel. Madanakollu wieħed jista' jgħid li l-"low sulphur diesel" huwa aktar għoli mit-tip l-ieħor, b'madwar ċenteżmu kull litru.
Peress li żewġ lampi li jixgħelu is-swar ta' quddiem il-pixkerija ilhom żmien maqtugħa, inkluż il-lampi ta' l-inħawi ta' ħdejn Dar il-Mediterranjn fejn kien sar delitt, u l-area tinsab fi dlam ċappa, jista' l-Ministru jara li jiġu rimedjati l-ħsarat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23892?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, li tkopri perjodu ta' xejn anqas minn għaxar snin, għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata appena tali nformazzjoni tkun disponibbli.
B'riferenza għall-parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 23777 dwar il-bżonn ta' servizz ta' letter box fl-area magħrufa bħala Tal-Blat II f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jiċċara l-kriterji li fuqhom il-Maltapost Plc timxi biex dan is-servizz jingħata f'area fejn m'hemmx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji li timxi fuqhom il-Maltapost fir-rigward ta' talbiet dwar kaxxi ġodda ta' l-ittri huma bażati fuq rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Postali Universali u cioe' li f'kull lokalita' ikun hemm kaxxa ta' l-ittri għal kull tlitt elef resident.
Peress li f'kull lokalita' fil-ġżejjer Maltin hemm numru ta' kaxxi ta' l-ittri aktar minn dak li suppost hemm skond in-numru ta' residenti, il-Maltapost mhux qed tilqa' talbiet għal żieda fin-numru ta' dawn il-kaxxi.
Madanakollu l-Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali biex xi waħda jew aktar mill-kaxxi eżistenti jiġu rilokati b'mod li jkun imtejjeb is-servizz fil-lokalita'.
Jista' l-Ministru jara li l-arbli tad-dawl li twaħħlu fil-bypass tal-Gudja (inti u sejjer lejn tal-Barrani Road) jitwaħħlulhom il-bozoz mill-aktar fis?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ġibjuni f'Malta u f'Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu?
Jista' jgħid ukoll kemm minhom jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-WSC?
Jista' jgħid kull ġibjun x'użu qiegħed issir minnu u min minn?
Jista' jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni u eventwalment manutenzjoni fuq kull ġibjun u kemm hemm rapporti pendenti biex issir tiswija fuq dawn il-ġibjuni u liema huma?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23839?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li kienu applikaw 149 kandidat għal "Trainee Pilots" ma' l-Air Malta. L-"eye hand co-ordination assessment" sar lil 70 kandidat li għaddew mill-ewwel eżami ta' abbilta'. Minn dawn is-70 kandidat intagħżlu 15 li għaddew l-"eye-hand co-ordination" u "personality assessment" biex ikomplu bil-proċess għall-għażla.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23730 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura ta' l-għamara għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23983 waqt is-Seduta numru 506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23741 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-kostruzzjoni (privat) għax-xahar ta' Settembru minn 1995 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23983 waqt is-Seduta numru 506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23740 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura tat-tabakk għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23983 waqt is-Seduta numru 506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23724 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura ta' l-ikel mal-privat għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23983 waqt is-Seduta numru 506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23725 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura taż-żraben għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23983 waqt is-Seduta numru 506 tat-Tnejn 5 ta' Marzu 2001.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex bozzoz li jinsabu fuq il-fondi 7 u 15 fi Triq San Karlu f'tas-Sliema jiġu mibdula peress li huma baxxi ħafna u bla effett meta f'din it-triq hemm numru konsiderevoli ta' anzjani li jgħixu weħidhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-WSC kelliex ilmenti dwar il-kwalita' ta' l-ilma fl-inħawi taż-Żonqor ġewwa M'Scala?
Jista' jara l-kwalita' ta' l-ilma fl-inħawi msemmija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma kellha ebda ilment dwar il-kwalita' ta' l-ilma fl-inħawi taż-Żonqor ġewwa Marsaskala.
Minn Ottubru li għadda s'issa, il-Korporazzjoni sarulha erba' lmenti dwar il-kwalita' ta' l-ilma f'Marsaskala. Dawn kienu fi Triq il-Qastan, Triq il-Qrempuċ, Triq l-Iskal u Triq Salvu Buhagiar. F'dawn il-każi, il-Korporazzjoni investigat l-ilmenti u ħadet l-azzjoni meħtieġa.