Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #29198 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – servizz ta’ psikjatrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi estiż is-servizz tal-psikjatrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa sabiex jibda jinkludi wkoll iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana, Birkirkara u r-Rabat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jkollhom bżonn jagħmlu użu mill-mental health clinics jistaw jagħmlu dan mis-7 kliniki li jinsabu l-Furjana, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Bormla, L-Imtarfa, l-Gzira u l-Mosta u kif ukoll mill-Psychiatric Outpatient fl-isptar Mater Dei. Ninformaha ukoll illi f’ċirkustanzi partikolari, jsiru żjarat minn-nurses u social workers ġewwa d-djar tal-pazjenti tagħna.
Leg 12 PQ #29199 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – clinics tal-psikjatrija — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, b'kollox, kemm attendew pazjenti għall-clinics tal-psikjatrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-2014 u fl-2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja ta’ kemm pazjenti użaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa mentali ġewwa s-7 kliniki fil-komunita’ mill-2013 sal-2015, kienet ta’ 15,079 pazjenti fis-sena, li minnhom 7,065 pazjenti użaw s-servizz tal-psikjatrija fil-komunita’ u 8,014 komplew jieħdu servizzi mingħand nurses u social workers.
Leg 12 PQ #29200 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa – Fibromyalgia Clinic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta fetaħ il-Fibromyalgia Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Floriana? Jista' jgħid ukoll, minn meta fetaħ, kemm attendew pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Fibromyalgia Clinic nfetħet f’Mejju tal-2015 u sal-aħħar ta’ Novembru 2016 għamlu użu minn din il-klinika 224 pazjent.
Leg 12 PQ #29201 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #29011 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Tmexxija ta’ Sptar Karin Grech, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali t’Għawdex – Request for Proposals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nħarġet ir-Request for Proposals (RFP) għat-tmexxija (services concession) tal-Isptar Karin Grech, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-RFP u l-kundizzjonijiet kollha ta’ magħha kif kienu ħarġu f’dik id-data? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dak li ġie approvat biex intgħażlet Vitals Global Healthcare Limited u dak li ġie ffirmat magħhom malli ntgħażlu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sejħa għall-proposti ġiet ippubblikata fis-27 ta’ Marzu 2015. Il-kundizzjonijiet tas-sejħa kienu disponibbli għal kull min wera interess fihom, bl- akkwist tad-dokumenti relattivi u bl-ispezzjoni tad-dokumenti fil-perjodu applikabbli għas-sejħa. Il-proposti ġew evalwati skont il-kriterji tas-sejħa.
Leg 12 PQ #29190 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CPSU – purchasing trends – tnaqqis ta’ xiri ta’ mediċini u apparat mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-purchasing trends tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) għall-perjodu Jannar 2014 sa Novembru 2016? Jista’ jikkonferma li x-xiri ta' mediċini u/jew apparat mediku naqas b'madwar 25%?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-purchasing trends tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) għall-perjodu Jannar 2014 sa Novembru 2016 huwa li żdied ix-xiri u dan sar b’mod iktar effiċjenti. Ninformaha ukoll li x-xiri ta' mediċini u/jew apparat mediku fis-sena 2015 żdied b’ €26,779,987 meta mqabbla mal-2012, taħt gvern preċidenti.
Leg 12 PQ #29191 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżeriji tal-Għażla Tiegħek – boroż tal-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-boroż li fihom jitqassmu l-mediċini mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek huma/kienu out-of-stock tul ix-xahar ta' Novembru u Diċembru 2016? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi minnha l-mediċini mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tqassmu dejjem fil-boroż apposta.
Leg 12 PQ #29192 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CPSU – Stock tal-mediċini u apparat mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu twil il-perjodu li fih jinżammu l-istock tal-mediċini u apparat mediku fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) - tliet xhur, sitt xhur, sena jew aktar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tul tal-perjodu li fih jinżammu l-istokk tal-mediċini u l-apparat mediku fis- Central Procurement and Supplies Unit ivarja skont il-ħtieġa tad-dipartimenti u l-kundizzjonijiet tax-xiri tal-prodotti.
Leg 12 PQ #29193 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Patients’ Charter – ilmenti fuq is-servizzi tas-saħħa

Question

B'referenza għall-Patients’ Charter ippublikat fil-21 ta' Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid, jekk persuna jkollha lment serju fuq is-servizz tas-saħħa f'pajjiżna, fejn jew għand min tista’ tmur biex tieħu dan ir-rimedju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk persuna jkollha kwalunkwe lment dwar is-servizz tas-saħħa f'pajjiżna, għandha tibda billi tressaq l-lment tagħha fil-faċilità tal-customer care u minn hemmhekk ikunu jistaw jittieħdu l-passi neċessarji.
Leg 12 PQ #29194 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Patients’ Charter — liġi

Question

B'referenza għall-Patients’ Charter ippublikat fil-21 ta' Novembru 2016, jista’ l-Ministru jikkonferma li dan iċ-Charter m'huwiex marbut bil-liġi u għalhekk pazjenti li jafu d-drittijiet tagħhom m'għandhomx rimedju meta dawn id-drittijiet jinkisru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Patient Charter innifsu jagħti rimedji f'każ li jintilfu d-drittijiet tal-pazjenti. Fil-fatt jekk jinqabeż iż-żmien ta' stennija indikat fic-charter, pazjent ser ikollu l-facilita’ li jagħmel l-intervent fi sptar privat u jħallas għalih l-Gvern.
Leg 12 PQ #29195 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Lifestyle Clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti b'kollox li jattendu l-Lifestyle Clinic? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex dan is-servizz jinfirex f'Ċentri tas-Saħħa oħra minbarra dak tal-Gżira u f'bereġ oħrajn minbarra dawk ta' Ħal Tarxien, San Ġwann, l-Imsida, Ħaż-Żabbar, iż-Żurrieq, il-Gudja u San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid kemm, speċifikament, qed jattendu pazjenti f'kull post minn fejn qed isiru dawn il-clinics?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-ftuħ tal- Lifestyle Clinics sat-12 ta’ Diċembru ta’ din is-sena kien hemm 1,606 persuni li għamlu użu minn dan is-servizz. Dan is-servizz jingħata minn diversi bereġ u ċentri tas-Saħħa f’lokalijiet differenti li huma; San Ġwann, L-Imsida, Kerċem, L-Għarb, il-Gudja, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, il-Mosta, ir-Rabat-Malta, il-Mellieħa, Ħaż-Żabbar, Ħal Għaxaq, is-Siġġiewi, Santa Luċija, Birkirkara, n-Naxxar u anki ġewwa il-kunsill lokali tal-Mosta. Dan is-servizz mistenni jkun offrut ukoll fil-berġa l-ġdida ta’ Ħal Kirkop aktar tard is-sena d-dieħla.
Leg 12 PQ #29266 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

vista minħabba qies ta' snien — każ ta' individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28632, jista' l-Ministru jerġa' jara l-każ peress li għad ma sarx kuntatt mal-individwu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed ikompli jiġi segwit.
Leg 12 PQ #29268 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta' File ta' persuna -

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward il-file ta' persuna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kaz ġie segwit.
Leg 12 PQ #29004 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – Total Asset Base and Estimate Values

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa t-Total Asset Base and Estimated Values kurrenti f’kull każ: a. tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex; b. tal-Isptar Karin Grech; u c. tal-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #29005 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – Sptarijiet Karin Grech, San Luqa u Sptar Ġenerali t’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data eżatta ta’ meta ġew notifikati Vitals Global Healthcare Limited li kienu huma li ġew magħżula mill-Gvern biex jieħdu l-Isptarijiet Karin Grech, San Luqa u dak Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha ġew notifikati li ġew magħżula huma?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data meta kien imħabbar l-preferred bidder kienet fis-27 ta’ Ġunju 2015, waqt illi fid-9 ta’ Settembru 2015 l-VGH ġew notifikati bl-intenzjoni tal-gvern li jgħaddi biex jikkonkludi kuntratt ta’ konċessjoni magħhom.
Leg 12 PQ #29184 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Supplementary Financial Estimates 2016 – Operational and Maintenance Expenses

Question

B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (30) Contractual Services taħt il-vot Operational and Maintenance Expenses, jista' l-Ministru jgħid kif is-somma approvata ta' €33,040,000 żdiedet b'€5,000,000, biex in-nefqa totali laħqet is-somma ta' €38,040,000? Jista' jgħid fiex marret din in-nefqa? Jista' jgħid jekk din in-nefqa addizzjonali saritx wara ħruġ ta' tenders jew sejħiet pubbliċi oħra jew jekk saritx permezz ta' direct orders?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fin-nefqa ta' €4,700,000 fuq l-allokazzjoni tal-budget tas-sena l-oħra taħt il-vot Contractual Services tinkludi kemm iż-żdidiet fil-kuntratti eżistenti tal-“Long Term Care Beds’, kif ukoll nefqa akbar minħabba l-politika tal-Gvern li jiġi eliminat il-prekarjat fost il-ħaddiema tal-kuntrattur fis-settur tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #29185 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Supplementary Financial Estimates 2016 – Medicines and Surgical Materials

Question

B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (5400) Medicines and Surgical Materials, jista' l-Ministru jgħid kif is-somma approvata ta' €92,000,000 żdiedet b'€2,250,000 biex in-nefqa totali laħqet is-somma ta' €94,250,000? Jista' jgħid fiex marret din in-nefqa? Jista' jgħid jekk din in-nefqa addizzjonali saritx wara ħruġ ta' tenders jew sejħiet pubbliċi oħra jew jekk saritx permezz ta' direct orders?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda fin-nefqa għall-mediċini matul l-2016 kienet tinkludi mediċini ġodda għall-pazjenti bid-dijabete, bl-epatite, bl-ADHD u bil-multiple sclerosis.
Leg 12 PQ #29186 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Supplementary Financial Estimates 2016 – Medicines and Surgical Materials

Question

B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (5400) Medicines and Surgical Materials, jista' l-Ministru jikkonferma li ż-żieda fil-budget tal-mediċini għas-sena 2017 fil-fatt mhijiex ta' €4,000 kif iddikjara hu fil-parlament iżda hija fil-fatt ta' €1,750,000 biss għaliex minn €94,250,000 se titla' għal €96,000,000? Jista’ jgħid din iż-żieda fin-nefqa x'se tkopri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li d-differenza fin-nefqa tal-mediċini bejn l-budget tal-2017 u l-budget 2016 hija ta’ 4 miljun ewro u mhux 4 t’elef kif qed tindika fil-mistoqsija tagħha l-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #29187 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Labour Supply Agreement bejn il-Gvern Malti u l-VGH

Question

B'referenza għal-Labour Supply Agreement bejn il-Gvern Malti u l-Vitalis Global Healthcare (VGH), jista' l-Ministru jgħid jekk il-List of Resources (il-lista tal-ħaddiema li għandha bżonn il-VGH biex tħaddem it-tliet sptarijiet) ġietx miftiehma u konkluża? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi din il-lista fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, meta se tiġi konkluża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista li qed tagħmel referenza għaliha hi tinkorpora l-ħaddiema li kienu mpjegati fl-isptarijiet msemmija f'Ġunju ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #29188 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

VGH – xiri ta’ mediċini u apparat mediku mingħand aġenti Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Vitalis Global Healthcare (VGH) humiex se jixtru l-mediċini u l-apparat mediku mingħand l-aġenti Maltin jew jekk hux se jixtruhom direttament minn barra minn Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħafna mill-mediċini u apparat mediku għall-użu fl-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u t'Għawdex għadhom qegħdin jinxtraw mingħand l-istess aġenti lokali.