Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għall-liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għall-liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.

Qabdiet tad-Droga

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-qabdiet kollha tad-droga li saru mill-pulizija u/jew forzi tal-ordni matul din is-sena, u f’kull qabda jgħid: a) X’tip ta’ droga nqabdet; b) Kemm inqabdet droga minn kull tip fil-qabda rispettiva; u c) F’liema lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. l-interpellant li it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fiha l-informazzjoni kollha mitluba fl-interpellanza, dwar qabdiet tad-droga matul is-sena 2014 sa Settembru.

Qabdiet tad-droga fl-2013

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-qabdiet kollha tad-droga li saru mill-pulizija u/jew forzi tal-ordni matul l-2013, u f’kull qabda jgħid: a) X’tip ta’ droga nqabdet; b) Kemm inqabdet droga minn kull tip fil-qabda rispettiva; u c) F’liema lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. nterpellant li it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fiha l-informazzjoni kollha mitluba fl-interpellanza, dwar qabdiet tad-droga matul is-sena 2013.

Qabdiet tad-droga fl-2012

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-qabdiet kollha tad-droga li saru mill-pulizija u/jew forzi tal-ordni matul l-2012, u f’kull qabda jgħid: a) X’tip ta’ droga nqabdet; b) Kemm inqabdet droga minn kull tip fil-qabda rispettiva; u c) F’liema lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fiha l-informazzjoni kollha mitluba fl-interpellanza, dwar qabdiet tad-droga matul is-sena 2012.

Qabdiet tad-droga fl-2011

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-qabdiet kollha tad-droga li saru mill-pulizija u/jew forzi tal-ordni matul l-2011, u f’kull qabda jgħid: a) X’tip ta’ droga nqabdet; b) Kemm inqabdet droga minn kull tip fil-qabda rispettiva; u c) F’liema lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fiha l-informazzjoni kollha mitluba fl-interpellanza, dwar qabdiet tad-droga matul is-sena 2011.

Pulizija — Taħriġ lill-Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jingħataw it-taħriġ il-Pulizija Għawdxin u għaliex dan it-taħriġ ma jsirx f’Għawdex stess bħalma kien isir qabel?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li t-taħriġ tal-in-service din id-darba għandu format differenti minn dak li kien isir fil-passat u żdied fil-livell, u peress li l-iskariġġ tal-uffiċċjali li qed jiġu mgħajta għal dan it-taħriġ hu limitat għal ġurnata waħda, hu minnu li s-sistema preżenti hi aktar vjabbli u titlob li dan it-taħriġ isir fl-Akkademja tal-Pulizija, milli jsir f’Għawdex, kif sar fi ftit okkażżjonijiet fil-passat, però qed tibqa’ tiġi studjata l-possibiltà li t-taħriġ isir f’Għawdex stess.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012 u fis-2013 u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Changing of the Guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titkompla ċ-ċerimonja taċ-changing of the guards quddiem il-Palazz il-Belt, li meta twaqqfet f'Marzu 2014, kien intqal li kienet ġiet sospiża temporanjament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċerimonja taċ-Changing of the Guards se titkompla mill-aktar fiss possibli, meta jkun hemm skwadra mħarrġa tajba u biżżejjed sabiex tagħmel dan ix-xogħol li ikun segwit minn numru ta’ turisti minn madwar id-dinja kollha. Ta’ min wieħed jinnota li minn mindu ġiet sospiża ċ-Changing of the Guards, l-Armata żdiditilha numru ta’ commitments oħra f’diversi oqsma sabiex tissaħaħ is-sigurtà ta’ pajjiżna. Din iż-żieda qed tiġi indirizzata billi nżidu r-riżorsi umani, minn Marzu 2013, infatti daħħlu 230 membru ġdid fil-Forzi Armati ta’ Malta.

AFM – Kors tar-Royal College of Defence Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva inviti mill-Gvern Ingliż mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza sabiex jibgħatuffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-llum il-Forzi Armati ta’ Malta rċeviet invit wieħed biss, fl-2008, mill-Gvern Ingliż sabiex jintbagħtu uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra.

AFM – Kors tar-Royal College of Defence Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ħarġet il-Forzi Armati ta’ Malta mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza sabiex uffiċjali mill-Forzi Armati jkunu jistgħu jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Mejju 2004 sa’ llum il-Forzi Armati ta’ Malta ma ħarġet l-ebda applikazzjoni sabiex uffiċjali mill-Forzi Armati jkunu jistgħu jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra, minħabba li l-uniku invit li rċeviet fiż-żmien indikat mar għal-Uffiċjal magħżul direttament mingħajr sejħa, bejn Jannar 2009 u Diċembru 2009.

AFM – Kors tar-Royal College of Defence Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-fizzjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li applikaw sabiex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-llum ma kien hemm l-ebda fizzjal tal-Forzi Armati ta’ Malta li applika sabiex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra għax qatt ma ħarġet l-ebda applikazzjoni. Kif għidt fil-mistoqsija parlamentari ta’ qabel għal xi raġuni taħt l-amministrazzjoni preċedenti ma kenitx nħarġet sejħa biex dawk interessati jkunu jistgħu japplikaw għal kors msemmi, iżda kienet ntagħżlet persuna partikolari li sussegwentement intagħżlet f’pożizzjoni għolja ħafna fi ħdan l-armata.

Pulizija assenjati ma’ skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu matul din is-sena skolastika n-numru ta' uffiċjali tal-pulizija assenjati biex ta’ kuljum ikunu duty ħdejn l-iskejjel waqt id-dħul u waqt il-ħruġ tat-tfal mill-iskejjel f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn l-uffiċjali huma assenjati ma' skejjel primarji u kemm ma' dawk sekondarji? Kemm minnhom huma assenjati ma' skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjali tal-pulizija jiġu assenjati biex ta’ kuljum ikunu duty ħdejn l-iskejjel waqt id-dħul u waqt il-ħruġ tat-tfal mill-iskejjel f'Malta u Għawdex kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Il-Pulizija tagħmel min kollox biex din il-presenza tibqa tiżdied. Nfakkar, li l-membri tal-Pulizija re-instated kif ukoll tal-iSpecial Constabulary setgħu jintużaw għas-sigurtà fejn l-iskejjel.

Akkademja tal-Pulizija — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dati tal-pagamenti li saru s’issa lill-kuntrattur għax-xogħol fuq il-bini u finishing tal-Akkademja l-ġdida tal-Pulizija u kemm kien l-ammont li tħallas kull darba?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-proġett ta’ l-akkademja tal-Pulizija, l-Gvern qed jinvesti fih €470,000. Ma nħossx li għandi nagħti tagħrif kummerċjali fuq pagamenti lill- kuntrattur imsemmi, li ngħata tender fi żmien Gvern Nazzjonalista u li isem il-kuntrattur ngħata f’mistoqsija parlamentari l-ġimgħa l-oħra. Nixtieq nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-eżekuzzjoni ta’ dan l-kuntratt, ingħata spinta minni stess. Kemm-il darba semmejt li fl-akkademja tal-Pulizija ma’ kien hemm xejn, illum pero, din kważi lesta peress li anke d-dormitorju mistenni jkun lest sa Novembru.

Police Headquarters– details of duties

Question

Jista’ l-Ministru jara għalfejn dan l-aħħar il-Pulizija li jaħdmu fil-Police Headquarters mhumiex jirċievu d-detail of duties bl-email imma qed ikollhom joqogħdu jċemplu ta’ kull filgħaxija biex jaraw x’ikunu xogħol l-għada?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l'ufficju tal-RSM minn fejn toħrog id-detail tal-personnel stazzjonati id-Depot, kien qed jiġi rinovat u għaldaqstant għal xi żmien ma setgħetx tintbagħat id-detail eletronikament. Ta’ min wieħed jgħid li is-saqaf kien qed jaqa’ pero donnu ħadd ma’ nduna fl-aħħar snin, għalhekk kellha titieħed azzjoni immedjatament. Infurmat ukoll, li saru arranġamenti temporanji mis-sezzjoni tal-IT tal-Pulizija, biex minnufih u cioe mil-21 ta’ Mejju, jintuża aċċess temporanju ta’ network li ġiet installat, biex jintbagħtu id-details eletronikament, mil-istess uffiċċju li qed jintuża biex issir id-detail.

Pulizija tas-CID f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala żewġ pulizija tas-CID f'Għawdex illum jew fil-jiem li għaddew ġew trasferiti lejn it-Tokk?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-esiġenzi tas-servizz kienu jinħtieġu li jsir dan l-arranġament ta’ trasferimenti kif deskritt mil-Interpellant.

Korp tal-Pulizija – letter minutes ta’ ordnijiet ta’ transfers

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-letter minutes u kull dokument ieħor konness mal-ordni tat-transfers li ngħataw fil-Korp tal-Pulizija bejn id-19 u t-23 ta’ Mejju 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nħossx li tagħrif personali dwar Membri tal-Korp tal-Pulizija u l-operat tagħhom, kif ukoll kopji ta’ Komunikazzjonijiet interni tal-korp għandhom ikunu ippublikati. Nfakkar ukoll li ħafna mit-talbiet għal dawn it-trasferimenti jsiru mill-individwi stess. l-Kummissarju tal-Pulizija jikkunsidra dawn it-talbiet billi jara xi jkun l-aħjar interessi tal-Korp.

Korp tal-Pulizija — transfers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għat-transfers li ġew ordnati fil-Korp tal-Pulizija l-Ħamis 22 ta’ Mejju u l-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2014, lejliet l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-esiġenzi tas-servizz kienu jinħtieġu li jsiru it-trasferimenti kif deskritti mil-Interpellant.

Korp tal-Pulizija – numru ta’ transfers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ transfers li ġew ordnati fil-Korp tal-Pulizija l-Ħamis 22 ta’ Mejju u l-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba esiġenzi ta' servizz, nhar il-Ħamis, 22 ta' Mejju 2014, kien hemm 20 trasferiment, filwaqt li l-Ġimgħa, 23 ta' Mejju 2014, ġew effetwatati 41 trasferiment ta' membri tal-Korp.

Akkademja tal-Pulizija – suġġetti mgħallma

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ suġġetti li kienu mgħallma fl-Akkademja tal-Pulizija bejn l-2007 u Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi is-suġġetti li kienu mgħallma fl-Akkademja tal-Pulizija bejn l-2007 u Marzu 2013. Ir-repetizzjoni ta’ ċertu suġġetti jew partijiet minnhom hija minħabba li dawn kienu mifruxa matul 6 snin b’indikazzjoni ta’ isem differenti.