Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żvilupp Urban u t-Toroq — Hospitality

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Ottubru u Diċembru 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġa sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.

ADT — Dħaħen eċċessivi

Question

Jista’ il-Ministru jindika n-numru ta' rapporti li daħlu lill-awtorita’ tat-trasport fuq dħaħen eċċessivi fl-inizjattiva lodevoli li tniedet fi tmiem Awissu 2005 sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport irċiviet 45,327 rapporti fuq dħaħen eċċessivi sat-12 ta’ Jannar 2006.

Żvilupp Urban u Toroq — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta hija l-Awtorita' li taqa' taħt il-Ministeru għal Iżvilupp Urban u t-Toroq. Ninsab infurmat li l-avukati mqabbda minn din l-Awtorita' huma dawk ta’ Sapiano & Associates. Dawn qegħdin jitħallsu s-somma ta' elf seba mija u sebgħin lira (Lm1,770) kull xhar. Barra minn hekk, l-Awtorita' tuża s-servizzi ta’ Dr Andrew Borg Cardona fuq konsulenza legali. Dr Borg Cardona kien b’retainer ta’ Lm236 kull tlett xhur sa Marzu 2005. Wara dan il-perjodu l-ħlas beda jsir skond ix-xogħol mgħoddi lilu.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.

Bormla — Pjazza G Gulia

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex l-ispralli u kaptelli li hemm jaqsmu Pjazza G Gulia, Bormla, jiġu rranġati u ma jibqgħux ta' periklu kif inhuma issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport se tagħmel xogħlijiet ta’ emergenza biex jitranġaw temporanjament dawn l-ispralli u kaptelli. Barra minn dan l-ADT se tagħmel proposta għall-xogħlijiet permanenti fuq dan il-culvert.

Imsida — Triq Mikiel Anton Vassallo

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isir, jew hux ippjanat, xi xogħol fil-bidu ta' Triq Mikiel Anton Vassallo, l-Imsida billi qed jinġabar ħafna ilma u qed ikun hemm ilmenti dwar ħsarat fil-karozzi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi studji dwar kif tista’ tiġi kkontrollata il-problema tal-għargħar f'Birkirkara u l-Imsida. Dan ix-xogħol ta’ titjieb isir skond il-prijoritajiet u l-finanzi tad-Direttorat. Sa dan it-tant bħalissa qed isir xogħol fuq l-access road għall-bini li sar mill-Awtorita’ tad-Djar. Dan ix-xogħol qed isir b’mod li jiġi nkorporat fil-proġett ippjanat għall-storm water relief fl-inħawi

Mini ta' Triq Reġjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma qed issir billi fil-mini ta' Triq Reġjonali qed ikun hemm rapporti li hemm ilma nieżel mis-saqaf?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dan l-ilment qed jiġi nvestigat min-naħa ta' l-Awtorita dwar it-Trasport sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.

Swieqi/Madliena

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li hemm ippjanat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena fis-Swieqi u l-Madliena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-area imsemmija mill-Onorevoli Interpellant saru spezzjonijiet biex naraw x'kundizzjoni jinsabu fiha dawn it-toroq. Id-direttorat qed ihejji program għal bini ta' toroq ġodda, u t-toroq li jinħtiġilhom xogħol ser jiġu nkużi f'dan il-program skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Bus terminus għall-Universita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bus terminus propost għall-universita' hux kopert bil-permessi tal-MEPA? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess? Jekk fin-negattiv, jista' jindika fuq site plan is-sit propost għal bus terminus?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-bus terminus propost għall-universita għadhu mhux kopert minn permess tal-MEPA iżda l-Awtoritsa' dwar it-Trasport tefgħet applikazzjoni mall-MEPA għal ħruġ ta’ dan il-permess. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-applikazzjoni tal-MEPA kif ukoll site plan tas-sit propost għal biex isir bus terminus .

Naxxar — Parish Street

Question

Jista' il-Ministru jara li jkun hemm dawl tajjeb u regolari maż-zebra crossing f'Parish Street, Naxxar, ħdejn ir-roundabout, għax bħalissa kif inhi fid-dlam hi ta' periklu għal min jużaha wara li jidlam?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ser isiru site inspections fuq iz-zebra crossing imsemmija mill-Onorevoli Interpellant biex ikun jista' jsir ix-xogħol neċessarju biex jinxtel id-dawl u ma tibqax ta' periklu.

Protokoll Taljan — Bini ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew jiswew it-toroq kollha li saru s'issa f'pajjiżna bl-aħħar protokoll Taljan? X'kienu l-ammonti ta' varjazzjonijiet li saru fuq l-offerti oriġinali tal-kuntratti magħrufa? Jista' jagħti lista sħiħa tal-kumpanniji, barranin u lokali, li b'xi mod jew ieħor għamlu xogħol fuq dawn it-toroq u jgħid f'kull każ kemm tħallset jew se titħallas kull kumpannija li għamlet xogħol fuq dawn it-toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant ser tingħata f'seduta oħra.

Siġġiewi — Triq it-Tank

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16315 u 16959 u l-problemi ta' flooding fi Triq it-Tank, Siġġiewi, jista' il-Ministru jgħid issa li tlesta s-survey tal-MEPA x'se jsir dwar il-culvert għall-ilma tax-xita biex tonqos il-problema ta' flooding sakemm titlesta t-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Inteprellant tingħata f'seduta oħra.

Stallazzjoni ta' pelican lights

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il pelican light ġew stallati fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pelican lights li ġew installati tul dawn l-aħħar ħames snin huma dawn: 2000 30 2001 21 2002 29 2003 6 2004 11 2005 8 105

Żvilupp Urban u Toroq — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B'riferenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-riposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16426. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16426.

Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li impjegati ġodda tul is-sena 2005 ma’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport kien hemm wieħed u erbgħin (41), li kienu:- Land Surveyor 1 Quantity Surveyor 2 IT Support 1 Systems Administrator 1 Chief Executive Officer 1 Clerks 4 Part-Time Clerks 9 Finance Manager 1 A&CE Student Workers 18 Vehicle Evaluator 2 Technical/Quality Assurance Officer 1 Mall-Ministeru/Dipartiment Projects Coordinator 1 Director EU Affairs, Policy Development 1 & Programme Implementation Secretariat Officer 1

Proġett tal-Park and Ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-park and ride fil-Furjana, minħabba li jidher ċar li x-xogħol marbut ma' dan il-proġett waqaf ħesrem? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni għal dan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ta' Paris, Birkirkara

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħata t-tarmac fil-parking area ta' ħdejn il-blokka ta' flats B1, C1 u D Ta' Paris, Birkirkara, wara l-playground ta' l-iskola sekondarja ta' Ta' Paris, Birkirkara, liema area ilha mingħajr tarmac għal ħafna aktar minn 20 sena sħaħ? F'każ li ser jingħata t-tarmac, jista' jgħid meta se jinbeda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq in-Nassab

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol tat-tarmac fi Triq in-Nassab, Ħal Qormi waqaf ħesrem diversi xhur ilu meta l-istess Ministru qal fi tweġiba parlamentari li dan kien se jitkompla wara li l-MEPA tati l-liveli f'din it-triq? Jista' jgħid meta dan ix-xogħol beħsiebu jitkompla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Mtarfa — Triq l-Imtarfa

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn qed ikun hemm daqshekk dewmien biex tiġi rranġata b'asfalt/tarmac Triq l-Imtarfa, fl-Imtarfa? Jista' jagħti data approssimattiva meta se ssir din it-triq daqshekk importanti għan-nies ta' dan il-lokal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluża fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.