Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies f’Malta u f’Għawdex bejn is-sena 2006 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u x’kienet l-età tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għall-Finanzi — talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeri, dekasteri u korporazzjonijiet – kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu awtorizzati kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi tul din is-sena fil-ministeri, fil-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeri kollha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ghal Ministeru tal-Finanzi qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-Ministeri l-ohra, l-Onorevoli Interpellant ghandu jitlob l-informazzjoni lill-Ministeri koncernati.
International Trade – news releases – esportazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi
Question
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26896, jista’ l-Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Uffiċċju tal-Istatistika, jgħid jekk mill-eżerċizzju tal-ġbir tal-istatistika jirriżultax li hemm raġuni wara din iż-żieda straordinarja fl-esportazzjoni tal-prodotti tal-farmaċewtika? L-Uffiċċju tal-Istatistika ħass li għandu jinvestiga din iż-żieda qawwija biex jassigura l-veraċità tagħha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi z-zieda qawwija fl-esportazzjoni tal-prodotti tal-farmacewtika hija bbazata fuq dikjarazzjoniijet fi hdan is-sistema tal-INTRASTAT (intra-EU).Bhal ma jsir dejjem, f'kaz li l-figuri rrapurtati jkunu jidhru li huma outliers, issir il-verifikazzjoni mehtiega. Din saret f'dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-impjegati tal-Bank Ċentrali li qed iservu fuq Bordijiet Governattivi u x’inhi l-funzjoni tagħhom fuq dawn il-Bordijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bank Ċentrali jikkonferma li bħal kif ġara fil-passat, numru limitat ta’ impjegati tal-Bank ġew magħżula mill-Gvern biex iservu fuq Bordijiet Governattivi. Dawn l-impjegati kollha japplikaw biex jitolbu permess qabel ma jaċċettaw din il-kariga minħabba l-awtonomija tal-Bank Ċentrali.
Dawn l-impjegati huma:
Is-Sur Joseph Esposito
Membru tal-Bord tal-Malta Sports Employees Association u jaqdi l-funzjoni ta Assistent Tezorier.
Dr Aaron Grech
Membru tal-Pension Strategy Group.
Deputat Chairman tal-Bord tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta
Membru tal-Bord tal-Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy (FEMA) fl-Università ta’ Malta.
Is-Sur Joseph Pace
Membru tat-Tendering Committee – Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ Għada. Dan il-kumitat jipprepara rakkommandazzjonijiet ta’ offerti għall-kumitat ġenerali tal-kuntratti u għall-kumitat tal-kuntratti dipartimentali. Is-Sur Pace huwa membru tal-kumitat tal-evalwazzjoni.
Is-Sinjura Alexia Pisani
Direttur fuq il-Bord tal-Environment and Resource Authority. Is-Sinjura Pisani hija membru tal-Bord.
Is-Sur Stephen Rizzo
Membru tat-Tendering Committee – Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ Għada. Dan il-kumitat jipprepara rakkommandazzjonijiet ta’ offerti għall-kumitat ġenerali tal-kuntratti u għall-kumitat tal-kuntratti dipartimentali. Is-Sur Rizzo huwa membru tal-kumitat tal-evalwazzjoni.
Membru tal-Government Property Department Tender Committee. Dan il-kumitat jiddiskuti materji relatati mal-bejgħ ta’ art tal-Gvern b’sejħa għall-offerti skont KAP. 268 tal-liġijiet ta’ Malta u jagħti rakkommandazzjonijiet lill-Ministru. Is-Sur Rizzo huwa membru tal-kumitat tal-evalwazzjoni.
Is-Sur Ian Sapiano
Membru fuq il-Fuel Procurement Committee (ENEMED) bil-focus fuq Foreign Currency Hedging. Is-Sur Sapiano iaghti opinjonijiet u pariri fuq ir-rati tal-kambju.
Is-Sur Sandro Zammit
Membru tal-Bord tal-Master It. Is-Sur Zammit huwa membru tal-interview panel.
Membru tat-Tendering Committee – Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ Għada. Dan il-kumitat jipprepara rakkommandazzjonijiet ta’ offerti għall-kumitat ġenerali tal-kuntratti u għall-kumitat tal-kuntratti dipartimentali. Is-Sur Zammit huwa membru tal-kumitat tal-evalwazzjoni.
Monte di Pietà – deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar ta’ Lulju 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra liema hu l-ixjeħ rahan u li għadu veljanti u li ma nġabarax sal-aħħar tas-sena li għaddiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Lulju 2016 kien hemm 3,115 depożitu ta’ deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u l-ixjeħ depożitu ta’ rahan li għadu ma nġabarx ilu depożitat mill-1981.
International Trade – news releases – esportazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'wassal għal esportazzjoni qawwija ta' prodotti farmaċewtiċi kemm f'Marzu tal-2016 kif ukoll f'Mejju 2016 kif joħorġu min-news releases tal-International Trade tal-2016_78 u tal-2016_107?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li huma mqabbda mill-Bank Ċentrali fil-preżent? Kemm minnhom ġew ingaġġati mill-bidu tas-sena 'l hawn? Kemm qed jitħallas kull konsulent?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-Bank Ċentrali dejjem kienet il-prassi li l-promozzjonijiet ikunu dejjem approvati mill-Bord tad-Diretturi? Jista' jagħti spjega għaliex il-promozzjonijiet imħabbra fil-11 ta' Mejju lil tliet impjegati ġew approvati biss mid-Deputy Governor Financial Stability?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta japprova l-promozzjonijiet fil-Bank. Iżda l-Bord kien iddelega dan il-poter lid-Deputat Gvernatur tal-Bank Centrali fil-każ ta’ promozzjonijiet mill-grad ta’ skrivan għall-grad ta’ Supervisor (illum magħrufa bhala Officer I u Officer II rispettivament). Il-promozzjonijiet imħabbra fil-11 ta’ Mejju kienu kollha għall-grad ta’ Officer II.
Din id-delega kienet inagħtat mill-Bord waqt is-seduta numru 759 mizmuma fis-26 ta’ April 2004 u ntuzat sa minn dak iż-żmien. Id-Deputat Gvernatur Financial Stability huwa responsabbli mid-dipartiment tar-rizorsi umani.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jiffurmaw il-Financial Advisory Council? X'kontribuzzjonijiet differenti ta s'issa dan il-Financial Advisory Council lill-Ministeru tal-Finanzi li l-Bank Ċentrali ma tax?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern m’għandu l-ebda Kunsill b’dan l-isem.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop ta’ inspections li saru minn uffiċjali tal-VAT lil dealers tal-karozzi, meta dawn meta jbiegħu karozza, hemm il-kuntratt bil-vat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment jagħmel diversi spezzjonijiet fuq firxa kbira ta negozjii bl-iskop li jassigura li it-taxxa li tkun qed tinġabar mit-transazzjonijiet varji tkun qed tiġi ddikjarata korrettament u b’mod komplut fid-denunzja tat-taxxa.
L-Ispettorat jagħmel dawn it-tip ta ezerċizzji fuq setturi differenti ta negozju għal fini ta' infurzar. L-ezerċizzju li sar mid-Dipartiment jikkonċerna id-dinunzji tal-
auto dealers
, dak li jiġi sottomess meta jigi komparat ix-xiri ta stokk ta’ vetturi mal-bejgħ u x’eventwalment qed jiġi dikjarat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju wasal il-proċess għar-reklutaġġ ta’ Uffiċjal Kap Operattiv (Chief Operating Officer) fi ħdan l-MFSA? Jista’ jindika kemm hemm applikanti u minn min hu magħmul il-bord tal-għażla?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proċess ta' rekluttaġġ għall-pożizzjoni ta' Uffiċjal Kap Operattiv (Chief Operating Officer) fi ħdan l-MFSA għadu ma ġiex konkluż. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Membru hija ta' natura kunfidenzjali u ma jkunx fl-interess tal-MFSA u tal-applikanti li din tkun ippubblikata. Il-proċess ta' proċedura għal kull reklutaġġ fi ħdan l-MFSA huwa deskritt fl-iStaff Handbook tal-MFSA. Bhal f’kull każ ta’ reklutaġġ ieħor, fit-tmiem ta’ kull proċess, l-MFSA tipprovdi rapport iddettaljat lill-Jobsplus (li kienet ETC), b’kopja lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi u kopja lill-PAHRO skont il-proċedura.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju wasal il-proċess għar-reklutaġġ ta’ Direttur tal-Unità Legali fi ħdan l-MFSA? Jista’ jindika kemm kien hemm applikanti u minn min hu magħmul il-bord tal-għażla?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proċess ta' reklutaġġ għall-pożizzjoni ta' Direttur tal-Unità Legali fi ħdan l-MFSA għadu ma ġiex konkluż. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Membru hija ta' natura kunfidenzjali u ma jkunx fl-interess tal-MFSA u tal-applikanti li din tkun ippubblikata. Il-proċess ta' proċedura għal kull reklutaġġ fi ħdan l-MFSA huwa deskritt fl-iStaff Handbook tal-MFSA. Bħal f’kull każ ta’ reklutaġġ ieħor, fit-tmiem ta’ kull process, l-MFSA tipprovdi rapport iddettaljat lil-Jobsplus (li kienet ETC), b’kopja lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi u kopja lill-PAHRO skont il-proċedura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25539 u jgħid kemm hemm kumpaniji, ta’ kwalunkwe tip, li għadhom joperaw u li mhumiex fi proċess ta’ stralċ, li waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts annwali tagħhom mal-MFSA u li qatt ma rrettifikaw ruħhom tant li ilhom iktar minn sentejn ma jissottomettu accounts tagħhom mingħajr raġuni valida? Minn dawn, meta kienet l-aħħar data ta’ sottomissjoni ta’ accounts tal-kumpaniji li għandhom accounts b’lura għal aktar minn sentejn? Jista’ jagħti statistika, sena b’sena (numri biss), ta’ kemm-il kumpanija waqgħet lura, u li s’issa qatt ma għadha rrettifikat il-pożizzjoni tagħha, u għal snin konsekuttivi, mingħajr interruzzjoni la ssottomettiet accounts u lanqas għaddiet għal stralċ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25540 u jiddentifika liema huma l-kumpaniji li waqgħu b’lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts tagħhom għal aktar minn sentejn, skont l-isem, sena b’sena u li qatt ma rrettifikaw ruħhom sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25541 u jgħid minn dawn il-kumpaniji li qatt ma rrettifikaw ruħhom, kemm hemm li qatt ma ġew immultati f’dan is-sens? Kemm jiġu mmultati kumpaniji fis-sena għaliex waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25542 u jagħti statistika, sena b’sena, tal-kumpaniji li waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts, u li ilhom iktar minn tliet snin biex irrettifikaw il-pożizzjoni tagħhom u reġgħu bdew jissottomettu accounts b’mod regolari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25543 jgħid minn dawk il-kumpaniji li waqgħu lura għal aktar minn sentejn biex jissottomettu l-accounts tagħhom, kemm hemm minnhom li qed juru profitti u għalhekk mhumiex f’riskju ta’ falliment? Kemm hemm minnhom li jistgħu jkunu f’riskju ta’ falliment? Dawk li jistgħu jkunu f’riskju ta’ falliment, f’liema data ssottomettew l-aħħar accounts tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma taqax fil-kompetenza tar-Reġistru tal-Kumpanniji skont ir-responsabbiltajiet mogħtija lilu taħt l-Att dwar il-Kumpanniji u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25544 u jgħid kemm hemm kumpaniji li ssottomettew l-accounts ta’ sena u nofs jew sentejn f’daqqa, jew b’xi mod ieħor għal perjodi itwal, minflok sena b’sena mill-2008 ‘l hawn?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk qed nifhmu l-mistoqsija sew, il-Liġi dwar il-Kumpanniji ma tippermettix li xi perjodu tal-kontijiet (accounting period) ta kumpannija ikun itwal minn sena u nofs.