Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti ta’ Malta u Għawdex – każijiet riferuti lill-avukati tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet riferuti lill-avukati tat-tfal fis-snin 2013 u 2014 separatament minn xulxin fil-Qorti ta’ Malta u ta’ Għawdex? Jista’ jgħid kemm ġew riferuti każijiet lil kull avukat separatament fis-snin imsemmija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, hekk kif hija l-Qorti li tappunta l-Avukat tat-Tfal.

Housing – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-Housing u kif inhi maqsuma lokalità lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha 2902 applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva mqassma kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Housing allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati housing f’kull lokalità minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-11 ta’ Ġunju 2015, l-Awtorità tad-Djar allokat 294 post li qegħdin murija fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Total Birkirkara9 Birżebbuġa12 Buġibba3 Burmarrad1 Cospicua19 Fgura6 Floriana7 Għaxaq3 Gżira1 Ħamrun6 Kalkara2 Kerċem Għawdex1 Kirkop1 Marsa5 Marsalforn Għawdex5 Mellieħa3 Msida7 Mtarfa1 Paola5 Pembroke1 Pieta'1 Qawra6 Qormi19 Qrendi4 Rabat5 Rabat Għawdex5 San Gwann4 Sannat Għawdex1 Senglea3 Siġġiewi8 Sliema1 St Julians3 St Paul's Bay36 Sta Lucia9 Sta Venera16 Ta' Xbiex2 Tarxien17 Valletta18 Vittoriosa8 Wied il-Għajn3 Xagħra Għawdex3 Żabbar6 Żebbug7 Żejtun4 Żurrieq7 Total294

Ċentri ta’ Riżorsi tal-Familja – twaqqif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imwaqqfa ċentri ta’ riżorsi tal-familja u fejn huma allokati? Kemm hemm impjegati f’kull ċentru u x’ħidma qed titwettaq fihom? Fejn sejrin jitwaqqfu aktar ċentri? Meta se jitwaqqfu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-LEAP s’issa għandu 7 ċentri, mifruxin madwar Malta u Għawdex, mqassma kif ġej: · Fir-reġjun tat-tramuntana, twaqqfu 2 ċentri għall-Iżvilupp Soċjali; wieħed ġewwa l-Qawra u l-ieħor il-Belt Valletta, kif ukoll Ċentru tar-Riżorsi għall-Familja ġewwa l-Imsida. · Fir-reġjun tal-Punent, insibu Ċentru wieħed għall-Iżvilupp Soċjali li qiegħed gewwa Ħal-Qormi. · Fir- reġjun tan-nofsinhar, insibu iċ-Ċentru għall-Iżvilupp Soċjali f’Ħal-Kirkop u iċ-Ċentru tar-Riżorsi għall-Familja ġewwa fiż-Żurrieq. · Fir-reġjun t’Għawdex infetaħ Ċentru għall-Iżvilupp Soċjali gewwa ix-Xewkija. Fix-xhur li ġejjien, sal-aħħar ta’ Settembru 2015, il-Ministeru ser ikun qiegħed ikompli bil-ħidma tiegħu biex jinfetħu ċentri ġodda ġewwa l-Birgu, l-Isla, Santa Luċija, il-Mosta, in-Naxxar, l-Pieta’, Marsaskala u l-Imġarr. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-ċentri imwaqqfa, b’kollox hemm total ta 28 impjegat fi rwoli ta’ Job Advisors, Social Mentors, Regional Development Agents u Community Workers. Il-ħidma ta’ dawn iċ-ċentri tikkonsisti f’analiżi tar-realtajiet li qegħdin jgħixu fihom ir-reġjuni ikkonċernati. Wara li rajna sew x’inhuma l-bżonnijiet ta’ ħafna mir-reġjuni, ħdimna biex jinħolqu servizzi li jkunu aċċessibli għar-residenti tal-komunità partikolari. F’ħidma konpunta ma’ diversi għaqdiet non-governattivi, kif ukoll l-paroċċi, il-proġett LEAP qiegħed iwessa’ l-ispettru mhux biss ta’ nies li qegħdin jirreferi għal programm imma ukoll l-inizzjattivi qed ikunu aktar u akbar. Fiċ-ċentru ta’ din il-ħidma hemm it-tagħlim fuq it-trobbija tal-ulied, tagħlim dwar il-ħajja u kif tipprepara lilek innifsek biex tidħol fid-dinja tax-xogħol. Wieħed mill-aħħar servizzi li ġie mniedi, kien il-kunċett tal-Boutique, fejn fl-Aċċess tal-Belt Valletta, qegħdin ngħinu lil persuni li għandhom bżonn imbuttatura finanzjarja, ikollhom portata tajba meta jmorru għal xi intervista fuq opportunita’ ta’xogħol. B’dan il-mod mhux biss qegħdin nagħtu dinjita’ lil dawn il-persuni imma motivazzjoni biex iħarsu ‘l quddiem u ma jieqfux milli jfittxu xogħol għax sempliċiment ma għandhomx ilbies xieraq. Finalment, iċ-ċentri tal-LEAP għandhom networks minn fejn tista’ tikseb kuntatt dirett ma’ diversi stakeholders, inkluż il-kunsilli lokali, skejjel, u dipartimenti tal-gvern fost oħrajn.

Programm LEAP – tnaqqis ta’ faqar fil-familji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programm LEAP li ilu mwaqqaf mill-2013 hux qed jikkontribwixxi lejn it-tnaqqis tal-faqar fil-familji u tal-individwi li jagħmlu parti minn gruppi żvantaġġjati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċji miksuba mill-LEAP li beda jigi implimentat f’Gunju 2014 speċifikament jimmiraw biex jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol għall-individwi vulnerabbli, u għall-integrazzoni tal-istess benefiċċjarji mill-ġdid fis-soċjetà ta’ madwarhom, minn fejn jitħarġu jirkupraw il-kompetenzi soċjali meħtieġa. L-għan ewlieni tal-proġett huwa li jnkiseb għarfien mill-individwu fuq suġġetti bażiċi li jgħinhom kif għandhom jaffaċjaw varji sitwazzjonijiet fil-ħajja ta’ kuljum,. Il-proġett LEAP qed iservi ta’ għajnuna għal 270 benefiċċjarju, fosthom membri tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, persuni b’diżabilita’, ġenituri adoloxxenti u persuni l-fuq minn 50 sena. F’ħidma sfieqa kontra l-faqar u l-qagħda diffiċli li ħafna familji qegħdin jaffaċjaw, il-proġett LEAP irnexxilu jgħin lil 34 benefiċċjarju jsibu xogħol. Barra min hekk, il-proġett LEAP irnexxilu jqanqal f’6 benefiċċjarji, ix-xewqa li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom. Numru ta’benefiċċjarji qegħdin ukoll jibbenefikaw minn top-up allowance ta’ €300 fix-xahar, meta jidħlu f’impjieg full-time, u/jew €150 fix-xahar, jekk ikunu f’impjieg ta’ bażi part-time. Dan it-top up qed jiġi mogħti mingħajr ma jsir tnaqqis mill-benefiċċji soċjali li t-tali individwi huma eleġibbli għalihom.

Pensjonijiet tal-età u tar-romol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jirċievu l-pensjoni tal-età? Kemm hawn qed jirċievu l-pensjoni tar-romol? Kemm hawn persuni li qed jirċievu l-pensjoni tad-diżabiltà? Kemm hawn persuni li qed jirċievu l-pensjoni tal-invalidità? X’inhuma l-age groups ta’ kull kategorija? X’inhuma l-minimu u l-massimu tal-pensjoni? Kemm hawn persuni li qed jieħdu l-minimu u kemm hawn qed jieħdu l-massimu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Pensjoni mhux Kontributorja tal-Età hu ta’ 4,955 b’age group bejn 60 u 103, dawk li qed jirċievu l-Pensjoni għal Irtirar hu ta’ 54,429 b’age group bejn 61 u 106, dawk li qed jirċievu Pensjoni għar-Romol hu ta’ 15,225 b’age group bejn 24 u 104, dawk li qed jirċievu Pensjoni għal Invalidità hu ta’ 3,993 b’age group bejn 27 u 62 filwaqt illi dawk li qed jirċievu Pensjoni għal Dizabilità hu ta’ 2,883 b’age group bejn 15 u 87. In-numru ta’ benefiċjarji li għandhom medja ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali massima u għalhekk jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €228.74 għall-Pensjoni għal Irtirar hu ta’ 5,867, dawk li jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €190.96 għall-Pensjoni għar-Romol hu ta’ 1,824, u dawk li jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €138.03 għall-Pensjoni għal Invalidità hu ta’ 599. In-numru ta’ benefiċjarji li jissodisfaw it-test tal-kapital u tal-dħul u għalhekk jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €106.11 għall-Pensjoni mhux Kontributorja tal-Età hu ta’ 906 filwaqt illi dawk li jissodisfaw it-test tad-dħul u għalhekk jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €99.79 għall-Pensjoni ta’ Dizabilità hu ta’ 2,695. In-numru ta’ benefiċjarji li għandhom medja ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali massima u jirċievu r-rata minima fil-ġimgħa ta’ €106.39 għall-Pensjoni għal Irtirar minħabba li jirċievu wkoll pensjoni tas-servizz hu ta’ 2,858, dawk li jirċievu r-rata minima ta’ €118.69 għall-Pensjoni għar-Romol hu ta’ 1681 u dawk li jirċievu r-rata minima fil-ġimgħa ta’ €94.16 għall-Pensjoni għall-Invalidità minħabba li jirċievu wkoll pensjoni ta’ servizz hu ta’ 117. Rata minima fil-ġimgħa għall-Pensjoni mhux Kontributorja tal-Età u għall-Pensjoni ta’ Dizabilità ma hemmx minħabba illi dawn iż-żewġ pensjonijiet jiddependu fuq it-test tad-dħul u tal-kapital iddikjarat minn min jagħmel it-talba.

Pazjenti li qed jistennew biex jidħlu f’dar jew sptar tal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li bħalissa qed jistennew biex jidħlu f’djar jew sptar tal-anzjani? Kif ivarjaw l-etajiet tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jistennew biex jidħlu fi djar jew residenzi ghall-anzjani huwa 1847, bl-etajiet li jvarjaw kif qed jidher f’din it-tabella: EtàNumru <303 30-395 40-4918 50-5955 60-69160 70-79528 80-89903 90-99171 100-1094 Total1847 L-anzjani jiddaħlu f’dar tal-anzjani abbażi tal-urġenza u l-istat soċjali tagħhom.

Ċentru ta’ Matul il-Jum – Sports Day

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal-liema raġuni l-iSports Day li s-soltu ssir f’dawn il-ġranet għall-anzjani li jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, ma ġietx organizzata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iSports Day li kienet issir f`dan iż-żmien ma saritx kif skedat minħabba r-riorganizzazzjoni li saret fl-amministrazzjoni fil-qasam taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Madankollu, fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bħalissa għaddejjin b’sezzjonijiet organizzati mill-Unit tal-Anzjanità Attiva, fejn fost oħrajn, qed jiġu organizzati diversi attivitajiet inkluż eżerċizzji fiżiċi għall-anzjani, kif ukoll laqgħat ta’ informazzjoni dwar is-saħħa u prevenzjoni ta’ mard. Hemm pjanijiet li l-iSports Day tkun organizzata aktar tard din is-sena b’differenza.

Residenza San Vinċenz de Paul — Dentistrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema parti fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul twaqqfet il-klinika tad-dentistrija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Klinika tad-dentistrija saret f’post li ma kienx qiegħed jiġi utiliżżat. Fil-fatt il-post indikat qabel kien jintuża bħala store għal mediċini iżda kien ilu vojt għal aktar minn sena. Intagħżel dan il-post minħabba l-fatt li s-sezzjoni qiegħda qrib tal-klinika ta’ kuljum.

Residenza San Vinċenz de Paul — Dentistrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-klinika tad-dentistrija l-ġdida fir-Residenza San Vinċenz de Paul u liema huma s-servizzi li qed jingħataw bħalissa? u

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-klinika tad-dentistrija l-ġdida fir-Residenza San Vinċenz de Paul giet tiswa €268,497. Fil-klinika tad-dentistrija qed jiġu offruti servizzi ta’ dentistrija preventiva u operattiva, endodontics, prostetika dentali li tkun waħda fissa jew ukoll li tinqala, paradontoloġija, servizzi ta’ radjoloġija u kirurġija orali minuri, kif ukoll mediċina orali. Dawn is-servizzi qegħdin iservu ta’ benefiċċju kbir għall-anzjani residenti u għal dawk li jgħixu fil-komunità u li jistgħu jagħmlu użu minn dawn is-servizzi, filwaqt li jintuża ukoll bħala post ta’ taħriġ speċjalizzat fil-qasam tad-dentistrija ġerjatrika għall-istudenti Universitarji.

Adozzjonijiet ta’ tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema pajjiżi kien hemm diskussjonijiet jew se jsiru dawn id-diskussjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin, sabiex pajjiżna jagħti opportunitajiet lill-ġenituri sabiex jaddottaw tfal minn pajjiżi barranin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur il-Ministeru kellhu diskussjonijiet mal-Albanija, Slovakkja, l-Kosovo, il-Bulgarija, il-Latvja, il-Polonja, il-Vjetnam, iċ-Ċile, il-Kambodja u l-Ghana fost l-oħrajn. Ta’ min wieħed isemmi madanakollu li hija l-prerogattiva tal-pajjiżi msemmija jekk Malta tkunx fil-lista tal-pajjiżi li jaddottaw.

Sptar Zammit Clapp — Tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mit-tmexxija tal-Isptar Zammit Clapp? Meta tintemm din ir-responsabilità? Wara li jagħlaq dan it-terminu taż-żmien, se terġa’ tinfetaħ sejħa oħra għat-tmexxija ta' dan l-isptar??

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Djar tal-Anzjani — Xiri ta' sodod mill-privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod fid-Djar tal-Anzjani il-Gvern mill-Privat mill-2013 sal-lum, sena b'sena u kumpanija b'kumpanija? Jista' jgħid jekk sarx xi kuntratt ma' dawn il-kumpaniji? Għal kemm tul ta' żmien saru dawn il-kuntratti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta` kemm inxtraw soddod mill-Gvern mid-Djar ta` l-Anzjani mill-Privat hija kif ġej: SenaInxtrawB’KuntrattTul ta’ Żmien 201337 sodod oħraIVA – 5/03/201325 sena sa 9/04/2028 + 1 sena 201333 sodda oħraIVA – 21/02/2013sa 31/12/2018 201326 sodda oħraIVA – 1/03/2013sa 28/02/2032 201414-il sodda ġdida bħala Respite CareIVA – 17/10/201417/10/2019 20152 sodod ġodda bħala Respite CareIVA – 12/01/201511/01/2016 u b’sena oħra sa 11/01/2017 201510 sodod ġodda bħala LTCIVA – 15/01/201514/01/2016 u b’sena oħra sa 14/01/2017 20152 sodod ġodda bħal LTCIVA – 08/06/201515/01/2016 u b’sena 201545 sodda ġdidaIVA – 12/02/201511/02/2016 u b’sena oħra sa 11/02/2017. Kuntratt terminat fl 24/02/2015 201540 sodda ġdidaIVA – 28/05/201528/05/2016 u b’sena ohra sa 28/05/2017 201512-il sodda ġdidaIVA – 23/01/201522/01/2016 u b’sena 20159 sodod ġoddaIVA - 10/06/201522/01/2015 u b’sena

Fostering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ordna l-fostering ta’ minuri fl-aħħar 12-il xahar mingħajr id-deċiżjoni tal-Fostering Board?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ili Ministru responsabli fl-ebda ħin u fl-ebda każ ma kien hemm indħil mill-ministeru min jiġi fostered jew ma' min jiġi fostered xi tifel jew tifla.

Benefiċċji Soċjali – etajiet ta’ single parents

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12649 u jgħati l-lista ta' single parents li jieħdu benefiċċji soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartimenti tas-Servizzi Soċjali — sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ser jipprovdi sigurtà fid-Dipartimenti tas-Servizzi Soċjali mill-4 ta' Mejju 2015 peress li l-Pulizija ġew infurmati li huma mhux ser jibqgħu jkunu di sentu ma' dawn id-Dipartimenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi msemmija qed jiġu pprovduti minn Kumpanija tas-Sigurta'.

Residenza San Vinċenz de Paul – rapporti ta’ każi ta’ frodi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14971 u jgħid jekk minn Marzu 2013 ‘il hawn kienx hemm rappurtati każi ta’ frodi fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm-il każ kien hemm? Kemm-il persuna kienet involuta? Xi gradi u rwoli qed jaqdu dawn il-persuni? X’tip ta’ investigazzjonijiet saru? X’irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 lil hawn kienu rappurtati tmien (8) każijiet ta’ frodi li kienu jinvolvu tmien (8) persuni fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Il-gradi, it-tip ta’ investigazzjonijiet li saru, u xi rriżulta mill-investigazzjonijiet qed jiġu indikati fit-tabella t’hawn taħt: Gradi u Rwoli Il-Każ ikkonċernat kien jikkonċerna ksur ta’ Regolament Numru (X) X’Azzjonijiet ittieħdu minn dak li Irrizulta mill-Investigazzjonijiet li Saru Pharmacist Regulament numru 19 (Twissija rigward “minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”). Mill-investigazzjoni li saret, ħareġ li it-twissija għandha tinbidel f’waħda verbali. Senior Staff Grade (Medical Class) Regulament numru 19 (Twissija rigward “minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”). Mill-investigazzjoni li saret, ħareġ li it-twissija għandha tinbidel f’waħda verbali. Senior Clerk (Gardening Section Role) Regulament numru 20 (F’ka¿ ta’ criminal offence, tinħareġ charge letter) Sospensjoni ta’ tlett (3) ijiem Health Assistant Regulament numru 18 (Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”) Admonishment Social Assistant Regulament numru 18 (Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”). Admonishment Senior Tradesman Regulament numru 18 (Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”) Admonishment +Tnaqqis fil-paga Health Assistant Regulament numru 18 (Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”) Mill-investigazzjonijiet li saru, irri¿ulta li dan il-ka¿ partikolari ma kienx ka¿ ta’ frodi. Supervisor Regulament numru 18 (Admonishement “for minor misconduct or breach of discipline or unsatisfactory work”) Admonishment + Tnaqqis fil-paga

Tnaqqis tal-faqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux indikazzjonijiet ta’ kemm tnaqqas il-faqar sa issa b’effett tal-istrateġija kontra l-faqar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif l-Politika Strateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali ġiet mnehdija f’Diċembru 2014, għadu kmieni wisq biex wieħed janalizza x’effett din kellha fuq il-faqar u l-esklużjoni soċjali f’pajjiżna. Biex nagħti eżempju lill-Onor Interpellant, meta illum ninsabu fl-2015, l-istatistika li tħabbret riċentament dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali tirreferi għall-2013, u hija bbażata fuq id-data tal-2012. Jiġifieri l-effett ta’ kwalunkwe miżuri li qed jittieħdu bħalissa, f’termini statistiċi mhux se jkun magħruf qabel l-2018. Ta’ min wieħed isemmi illi l-Politika Strateġika fiha 94 azzjoni li jridu jiġu implimentati sal-2024. Madanakollu, diġa’qed tittieħed azzjoni fuq diversi miżuri; ewlenin fosthom il-miżuri mħabbra fl-aħħar Baġit, li huma intiżi li jgħinu lil dawk il-persuni li huma l-aktar vulnerabbli jew fil-bżonn fis-soċjetà. Uħud minn dawn il-miżuri li ġew implimentati riċentament taħt din il-leġislatura u li huma lkoll miżuri kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali huma dawn li ġejjin: - Ftuħ ta’ Childcare Centres b’xejn; - Inċentivi fiskali li jippromovu x-xogħol; - Tnaqqis fit-Taxxa tad-Dħul; - Il-Garanzija taż-Żgħażagħ, - Kumpens għal kontribuzzjonijiet imħallsa lil min sal-aħħar tal-2014 ma kellux bolol biżżejjed biex seta’ jikkwalifika għal pensjoni minima nazzjonali; jew biex itejjeb il-pensjoni; - Tneħħija ta’ anomaliji fil-pensjonijiet; - Tnehdija fil-jiem li ġejjin għal riforma fil-pensjonijiet.

Ċekk ta' kumpens — każ ta' persuna

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15941 u 16345 jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna rigward ċekk ta' kumpens?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti d-dettalji tal-persuna kkonċernata.

Benefiċċji soċjali – single parents

Question

B’referenza għall-mistosija parlamentari 12648, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn single parents jieħdu benefiċċji soċjali fl-aħħar tas-sena 2014 u kemm naqsu llum wara l-miżuri mħabbra fil-baġit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2014 kien hawn 5,555 single parents jieħdu l-benefiċċji soċjali. Fl-aħħar ta’ April 2015 l-ammont niżel għal 5,184.