Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl li għandha l-Enemalta, li huma stallati fuq faċilitajiet tal-bdiewa, bħal spieri, kmamar fl-għelieqi u serer, lokalità b'lokalità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub ma jistax jinġabar peress li l-indirizz tas-sit fejn il-klijenti jkollhom il-provvista tal-elettriku mhux dejjem jindika n-natura jew l-użu tal-propjeta’.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12364 u jgħid kemm hemm tfal taħt is-16-il sena jistennew biex isirilhom il-proċedura ta’ Intrathecal Baclofen?
Response (MIZZI, KONRAD)
Hemm erbat itfal li kienu identifikati għal din il-proċedura.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn (bħala Dipartiment), f’liema gradi u b’kemm għandu bżonn jingaġġa aktar riżorsi matul l-2015 biex l-operat tal-qasam tas-saħħa jkun qiegħed jopera kif jixraq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Ministeru bħalissa għaddej b’eżerċizzju biex jifforma HR plan għat-tliet snin li ġejjin.
Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla — Public Private Partnership
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-mudell li qed jiġi kkontemplat biex jintuża biex isir il-Public Private Partnership fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla, hekk kif imħabbar fid-diskors tal-Baġit ta’ din is-sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-istakeholders dwar kif il-privat jista’ jaħdem id f’id mal-Gvern fit-tmexxija taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se toħroġ sejħa pubblika għall-Public Private Partnership fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla li tħabbar fid-diskors tal-Baġit ta’ din is-sena?
Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla — Public Private Partnership - vot
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li jonfoq fl-2015 għall-Public Private Partnership fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla u minn taħt liema Vot se jittieħdu l-flus għal dan il-għan?
Korporazzjoni Enemalta –elettriku ġġenerat minn sistemi fotovoltajċi — kumpens
Question
Jista’ l-Ministru jagħti ċ-ċifra globali ta’ flus li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas illum lill-familji u lil stabbilimenti kummerċjali bħala kumpens għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajċi li bdew joperaw f’diversi postijiet? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13678 (tlettax-il elf, sitt mija, tmienja u sebgħin).
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ħallsu l-lukandi u ristoranti f’Malta u Għawdex f’kirjiet u konsum tad-dawl u l-ilma lill-Korporazzjoni Enemalta/Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-ARMS Ltd għas-snin bejn l-2013 u l-2014, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjon mitluba għandha valur kummerċjali.
Fid-dawl tal-bidliet strateġiċi li mistennija jsiru fix-xhur li ġejjin fil-Korporazzjoni Enemalta, jista’ l-Ministru jagħti figura indikattiva ta’ kemm nies mistennija jiġu redundant minn mal-Korporazzjoni u kemm mistennija jiġu redeployed ma’ dipartimenti oħrajn tal-kumpanija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda ħaddiem mhu ser jitlef il-post tax-xogħol tiegħu. It-titjib fl-Enemalta qed isir b’diskussjoni kontinwa mal-Unions.
Enemalta – stabbilimenti kummerċjali – provvista ta’ dawl u ilma sospiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2014, kemm kien in-numru ta’ stabbilimenti kummerċjali f’Malta u Għawdex separatament li l-Korporazzjoni Enemalta ssospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta tisspospendi l-provvista’ tal-elettriku meta ma jkunx qed isir ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. ARMS Ltd qed tiltaqa’ ma dawk li jkunu waqgħu lura fil-ħlasijiet biex tipprova ssib soluzzjoni dwar kif jistgħu jsiru l-ħlasijiet. L-informazzjoni dwar sospensjonijiet hija ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jelenka biss il-kuntratti u ftehim li minn Marzu 2013 s'issa huwa ppublika jew qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'rabta mal-produzzjoni tal-enerġija jew il-politika tal-Gvern dwar l-enerġija
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dak li qed jirreferi għalih diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Migrazzjoni mill-Isptar Boffa għal Sptar Sir Anthony Mamo — Dipartiment tad-Dermatoloġija
Question
Issa li bdiet il-migrazzjoni ta’ Sptar Boffa lejn Sptar Sir Anthony Mamo, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12361 u jgħid fejn se jiġi rikolat id-Dipartiment tad-Dermatoloġija ġaladarba ssir il-migrazzjoni tal-operat fl-Isptar Boffa?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-Trasferiment tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija se tifforma parti minn pjan ħolistiku dwar l-infrastruttura tas-saħħa li se jitħabbar fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm kuntratturi in delay jista’ jelenka min huma, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qeghdin in delay?
Migrazzjoni ta' kull dipartiment mill-Isptar Boffa
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tad-dati ta’ meta se ssir il-migrazzjoni ta’ kull dipartiment preżentement fl-Isptar Boffa kif ukoll ta’ dawk li se jiġu ttrasferiti mill-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
Id-Dipartimenti tal-Paeditaric Outpatients u tal-Haematology Outpatients se jlestu l-migrazzjoni lejn l-Isptar Sir Anthony Mamo f’April waqt li l-kumplament tad-Dipartimenti mistennija jirrilokaw f’Mejju.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proċess ta’ migrazzjoni mill-Isptar Boffa (u ż-żewġ dipartimenti mill-Isptar Mater Dei) se jieħdu sitt xhur meta n-numru ta’ soddod huwa biss ta’ 96?
Response (MIZZI, KONRAD)
Parti essenzjali tal-proċess tal-migrazzjoni lejn iċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo hija l-commisioning tal-apparat istallat. Dan qiegħed isir kemm minn esperti Maltin kif ukoll barranin.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li n-numru ta’ soddod fl-Isptar Sir Anthony Mamo se jkun ta’ 113 (mija u tlettax).
Jista’ l-Ministru jgħid fejn se jipparkjaw il-ħaddiema tal-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo ġaladarba dan ikun qed jopera kompletatment?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li meta titlesta l-migrazzjoni lejn iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sit Anthony Mamo, huwa pproġettat li jkun hemm madwar 140 (mija u erbghin) post tal-parkeġġ għall-ħaddiema.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx qbil mal-MUMN dwar il-kwistjoni li kienet ippronunzjat ruħha dwarha dwar il-parkeġġ tal-ħaddiema fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?
Jista’ l-Ministru jgħid min kien parti mid-delegazzjoni li żaret iċ-Ċina u li kienet irrappurtata fil-gazzetta Ċiniża China Daily (9 ta’ Jannar 2015)? X’kien ir-rwol ta’ kull rappreżentant tad-delegazzjoni Maltija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħat f’ Nanjing ġew organiżżati minn Sai Mizzi Liang, mill-Konsolat Ġenerali ta’ Malta f’Shanghai, u d-dati tal-laqgħat ġew ikkordinati ma’ laqgħat oħra li l-Ministru kellu f’Shanghai.
Il-provinċja ta’ Jiangsu ilha għal ħafna snin tipprovdi servizzi ta’ mediċina ċiniża permezz ta’ Ċentru f’Kordin.
Saret laqgħa mad-Direttur Generali, id-Deputat Direttur Ġenerali, u mad-Diretturi tal-provinċja u mat-team mediku ġdid li ġej Malta din is-sena.
Saru wkoll laqgħat mal-Universita’ ta’ Nanjing ta’ Mediċina Ċiniża, Jiangsu Province Hospital of Traditional Chinese Medicine and Nanjing Drum Tower Hospital.
Din iż-żjara ġiet ospitata minn Jiangsu Province .
Din il-ġimgħa delegazzjoni minn Jiangsu ġiet Malta u kellha laqgħa mal-Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx parti mid-delegazzjoni li żaret iċ-Ċina u li kienet irrappurtata fil-gazzetta China Daily (9 ta’ Jannar 2015)? Jekk iva, x’kienet il-funzjoni tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmja ma kinitx parti mill-ismemmija żjara.