Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5971 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet — Road rollers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif tqassmu ir-road rollers li nxtraw mid-diviżjoni tax-xogħlijiet f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kemm inxtraw min dawn ir-rollers?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn dawn ir-'Road Rollers' inxtraw sitta u tqassmu fid-Distretti Nri 2,4,9,10,11 u 13.
Leg 9 PQ #6038 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qiegħed isir Ħal Qormi fejn il-fabbrika tal-Lowenbrau waqaf ħesrem? Għaliex it-traffic islands ma tkomplewx u t-triq li tagħti għal area ta' Fleur-de-Lys tħalliet fi stat deplorevoli b'periklu għat-traffiku? Għaliex fil-korsa tal-wied tħalla materjal u ġebel? Meta se jitkompla x-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li: * Ix-xogħol ħdejn il-fabbrika tal-Lowenbrau għadu għaddej pero' b'workforce imnaqqsa; * It-traffic islands tan-naħa tat-triq ta' l-Erba' Qaddisin u t-triq li tgħaqqad magħha ma tkomplewx ghax: (i) Għad trid titlesta house connection tad-drenaġġ minn terzi persuni; (ii) Għad qed jiġi diskuss mar-residenti ta' l-inħawi kif l-aħjar isir xi parkeġġ pubbliku. * Ix-xogħol tat-tindif se jsir.
Leg 9 PQ #6050 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Bypass - Central strip

Question

Peress li kienet inbdiet central strip fil-bypass ta' Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn ftit metri bogħod mill-bidu tal-bypass, in-naħa ta' Ħaż-Żabbar fil-parti l-wiesgħa ħafna, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titkompla din is-central strip għaliex hemm il-ħtieġa li jsir xi ħaġa peress li hemm periklu għan-nies biex jaqsmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6051 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Triq Lia

Question

Peress li fi żmien il-gvern Laburista kien hemm il-ħsieb li jitkompla l-asfaltar ta' Triq Lia, f'Ħaż Żabbar, fil-parti li tmiss ma' Triq il-Karmnu, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jsir dan l-asfaltar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6079 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Kumitat ta' Azzjoni - Stqarrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-dipartiment konċernat dwar l-istqarrija maħruġa mill-Kumitat ta' Azzjoni tat-Toroq San Ġwann u l-Iskola fil-Fgura? Kopja ta' din l-istqarrija qed tintbagħat separatament.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #3934 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Exhaust emmission limits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix informazzjoni dwar l-exhaust emission limits f'pajjiżna? Jekk jeżisti, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni msemmija sena b'sena għal dawn l-aħħar erba' snin (1994 - 1998)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għajr għall-Clean Air Act, li tikkontrolla l-emissjoni ta' duħħan iswed, u li għalhekk ma titqiesx bħala leġislazzjoni moderna, ma jeżistux limits dwar emissions ta' gassijiet fl-arja li huma nfurzati fuq bażi legali f'pajjiżna. Fl-1994 id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ġabar informazzjoni f'forma ta' nventarji ta' emissjonijiet fl-arja minn sorsi ewlenin bħal dawk relatati ma' produzzjoni ta' elettriku, mit-traffiku, mill-qasam industrijali u dak agrikolu. Din l-informazzjoni tirrigwarda emissjonijiet ta' l-aktar kontaminanti antropoġeniċi mportanti u nġabret skond il-metodoloġija tal-Corinair. Fl-1998 twettaq għall-ewwel darba ġo Malta mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent programm preliminari ta' monitoraġġ tal-carbon monoxide f'ċentri abitati. Ir-riżultati miksuba jinstabu ppubblikati fuq il-website tad-dipartiment. Barra minn hekk id-Dipartiment jikkollabora man-National Oceanic and Atmospheric Administration biex jimmonitorja "background levels" ta' carbon monoxide, carbon dioxide u methane minn Ta' Pinu Point ġewwa Għawdex.
Leg 9 PQ #3936 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Miżbliet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' miżbliet f'Malta u f'Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid x'kapaċita' ta' tunnellaġġ jipposjedu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' miżbliet uffiċjali f'Malta u Għawdex huwa ta' tnejn - waħda fil-Magħtab, Malta u l-oħra fil-Qortin, ix-Xagħra, Għawdex. Il-kapaċita' li jipposjedu dawn iż-żewġ miżbliet hija:- madwar ħdax-il miljun (11,000,000) tunnellata, l-miżbla tal-Magħtab u ħames mija u ħamsa u għoxrin elf (525,000) tunnellata, l-miżbla ta' Għawdex.
Leg 9 PQ #3938 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Municipal solid waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' municipal solid waste separatament kif indikat hawn taħt? (1) corrgated boxboard; (2) newspapers; (3) magazine books; (4) all other papers; (5) plastic; (6) rubber leather; (7) wood; (8) textiles; (9) yard trimmings; (10) food waste; (11) metal; (12) glass/ceramics/etc; u (13) composite?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Skond statistika miġbura mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent (1990 - 1997), hu stmat li f'Malta jiġi prodott madwar 120,000 tunellata Municipal Solid Waste fis-sena. Dan jirreferi għal skart li daħal fil-miżbliet jew fl-impjant ta' Sant'Antnin. Il-persentaġġ tal-frazzjonijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma hekk: FRAZZJONI %, bil-piż -------------------------------------------------- -------------- Organiku (fdalijiet ta' ikel, green waste, eċċ.) 45 Karta u kartun 20 Plastik 14 Tessili 5 Metall 5 Ħġieġ u ċeramika 3 Injam 1 Oħra 7
Leg 9 PQ #3979 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Teatru Rjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet biex jinbena t-Teatru Rjali fil-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-bini tas-sit tat-Teatru Rjal li jifforma parti mill-Proġett kollu tal-bini ta' l-Arts Centre u rijabilitazzjoni ta' l-area tad-dawra nkluż il-Bus Terminus, bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant tħejjiet Master Plan li se tkun preżentata lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar permezz ta' Outline Development Application.
Leg 9 PQ #5090 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Pembroke — Kaptell tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa l-kaptell tad-drenaġġ ħdejn Blokk 10 fil-Qasam tad-Djar ta' St. Andrews f'Pembroke peress li huwa ta' periklu u nkonvenjent għar-resident?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-manhole ta' ħdejn Block 10 fil-Qasam tad-Djar ta' St. Andrews f'Pembroke ġiet irranġata fit-3 ta' Marzu 1999.
Leg 9 PQ #5892 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għal post ta' direttur fid-dipartiment: 1) Building & Engineering; 2) Waste Management Strategy Implimentation; 4) Building Construction Industry; 4) Finance & Administration; u 5) Manufacturing & Services? Min kienu l-persuni li applikaw u x'inhu l-grad tagħhom illum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Billi l-applikazzjonijiet għall-postijiet imsemmija ġew maħruġa mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #5896 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Konsorzju MIDI — Letter of intent

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet l-ewwel letter of intent lill-konsorzju MIDI għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim preliminari li kien sar bejn il-Gvern u l-konsorzju, u li jġib id-data tat-22 ta' Diċembru 1993.
Leg 9 PQ #5901 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Pollution Control Division

Question

Peress li fl-area ta' taħt Sant'Anġlu hemm iċ-ċentru tal-Pollution Control Division, jista' l-Minsitru jgħid jekk dawn humiex se jkollhom jiċċaqilqu minn hemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Pollution Control Section fi ħdan id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent sejra tiċċaqlaq u bħalissa għaddej proċess biex jiġi identifikat post alternattiv.
Leg 9 PQ #5904 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li meta jkun lest il-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, f'Bormla t-tmexxija tal-ground li se jkun hemm fl-area, jgħaddi f'idejn it-team tas-St. George's?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Meta x-xogħol ikun lest, il-ground jgħaddi f'idejn il-Ministeru responsabbli li jiddisponi minnu skond il-proċeduri stabbiliti u għalhekk nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5905 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn se jibdew jgħaddu l-purċissjonijiet bħal tal-Kunċizzjoni, l-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt, meta mill-pjanti tal-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita jidher li t-triq użata bħalissa, quddiem il-Kunsill Lokali ta' Bormla, mhux se tibqa' teżisti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-pjanti ġie maħsub illi peress illi dawn il-purċissjonijiet jirrapreżentaw tradizzjoni importanti u sabiħa, dawn jibqgħu jgħaddu mill-istess post li qegħdin jgħaddu minnu bħalissa.
Leg 9 PQ #5906 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla jikber kemm possibbilment jista'? X'se jkun id-daqs ta' dan il-ground?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi m'hemmx possibilita' li l-ground ta' quddiem l-Iskola Primarja ta' Bormla jikber, iżda sejjer jibqa' kif inhu bħalissa.
Leg 9 PQ #5675 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dingli — Main tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li l-main tad-drenaġġ li ħiereġ mill-iskola ta' Ħad Dingli fi Triq Santa Marija u li żbroffa xi tliet xhur ilu jitranġa minħabba li fl-istat li hu qiegħed jikkawża inkonvenjent kbir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5796 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Baċir Nru. 1 — Wirt storiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat il-wirt storiku li jeżisti fiż-żoni tal-proġett tal-Baċir Nru. 1 u f'qiegħ il-baħar tad-daħla ta' Bormla? X'se jsir dwar dawn jekk jirriżultaw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kuntratt propost mill-Gvern preżenti jipprovdi biex jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex ikunu mħarsa l-fdalijiet,jekk hemm,li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Jekk dawn il-fdalijiet jirriżultaw jitqiesu bħala propjeta' tal-Gvern.
Leg 9 PQ #5898 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Club tar-Regatta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-imħażen użati mill-Club tar-Regatta, f'Bormla humiex se jintmissu minħabba l-proġett tal-Marina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Assolutament le.
Leg 9 PQ #5899 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Xatt ir-Risq — Mini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm fil-futur għal dawk il-persuni li krew mina milli hemm f'Xatt ir-Risq sabiex jagħmluha garage? Hemm xi perikli li titwaqqaf il-kirja tagħhom mil-Lands Dept?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kirja in kwestjoni mhix milquta mill-proġett tal-Kottonera.