Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ir-revenue mill-Beef Intervention Scheme f'ċifra ta' flus matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Kemm kien is-sussidju tar-raħħala għall-istess perjodu?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għal perjodu tas-sena preċedenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tal-laħam taċ-ċanga li nbiegħ taħt il-'Beef Intervention Scheme' matul ix-xhur ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru kien ta' Lm65,787 fis-sena presenti, waqt li fis-sena 1998 kien ta' Lm147,276.
Is-sussidju li jinħareġ għax-xiri ta' ċanga minn għand il-produtturi huwa ta' madwar 75 cents kull kilo, dan is-susidju jvarja skond l-ammont ta' karkassi maħduma fl-emerġenza u skond kemm ikun nqatlu għoġiela.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm bdiewa fulltime u part-time reġistrati li joqogħdu Għawdex u Kemmuna u kemm minnhom huma taħt il-45 sena u kemm fuqhom? Jista' jara li din l-informazzjoni tingħata raħal b'raħal?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta'bdiewa reġistrati mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ huwa Kemmuna xejn u Għawdex kif ġej:
Fulltime: 203
Partime: 225 *
L-eta tagħhom huwa kif ġej:
Taħt-il 45 sena: 160
L-fuq minn 45 sena: 268
Dawn joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet:
Fontana 5
Għajnsielem 24
Għarb 28
Għasri 12
Kerce m 47
Mgarr 8
Munxar 3
Nadur 71
Qala 19
San Lawrenz 23
Sannat 19
Santa Lucia 3
Victoria 38
Xagħra 65
Xewkija 38
Żebbuġ 23
Għam mar 2
*Persentaġġ żgħir tal-bdiewa part-time huma rreġistrati mal-E.T.C. Skond iċ-ċensiment ta' l-Agrikoltura ta' l-1991 f'Għawdex kien hemm 4846 bdiewa part-time (li minnhom 1332 kienu taħt l-40 sena) imqasma raħal raħal hekk:
Għarb 241
Għasri 122
Żebbuġ 362
Xagħra 861
San Lawrenz 158
Kerċem 383
Victoria 494
Nadur 826
Qala 301
Munxar 106
Sannat 268
Xewk ija 544
Għajnsielem 180
Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8460?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-provi fuq il-basal li saru għal-istaġun 1998 - 99 kienu jikkonsistu f'dawn li ġejjin:
i) Provi f'fertilizzanti differenti.
ii) Provi f'razez diversi ta' basal.
iii) Provi b'tħawwil ta' xitel b' distanzi differenti.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rapporti ta' dawn il-provi.
Provi maħsuba għall-istaġun 1999 - 2000 huma dawn li ġejjin:
i) Repetizjoni tal-provi li saru s-sena ta' qabel.
ii) Aktar provi b'varjetajiet "hybrid" fejn dawn huma maħsuba li jipproduċu basal ta'daqs aktar uniformi u ta' kwalita aħjar minn ta' dawk il-varjetajiet lokali fejn iż-żerriegħa tinżzmm minn staġun għal ieħor u għalekk hemm aktar possibilta' ta' taħlit.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Biedja tax il-permessi meħtieġa biex art pubblika fl-inħawi ta' l-Għerien fil-konfini taż-Żurrieq tiġi okkupata biex tinħadem wara li minnha tqaċċtu s-siġar, ittella' ċint u tpoġġiet il-ħamrija? Meta ngħataw il-permessi? Lil min? Kien hemm oħrajn li xtaqu l-istess biċċa art? B'liema kondizzjonijiet ingħatat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment tal-Biedja la ta u lanqas jista' jagħti permessi biex isir dan it-tip ta' xogħol. Dan l-iżvilupp għandu bżonn permess ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar wara li jsiru konsultazzjonijiet ma' diversi dipartimenti tal-Gvern inklużi d-Dipartiment ta' l-Art u d-Dipatiment ta' l-Agrikoltura.
Peress li issa għaddew 12-ilxahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tal-ħalib tal-mogħoż u nagħaġ fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9664.
Ir-regolament relevanti jiprovdi għal għajnuna speċjali għall-ħażna tal-ġobon mill-ħalib tal-mogħoż u tan-ngħaġ.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet u l-liġijiet li tinponi l-UE mal-bdiewa tal-pajjiżi membri li jkabbru l-Cannabis għall-użu ta' l-industrija?
Kemm huwa s-sussidju li jingħata lill-bdiewa li jkabbru din il-pjanta fil-mument fl-UE? Kemm huwa s-sussidju li fil-fatt jieħdu l-bdiewa tal-pajjiżi membri fuq il-prezzijiet ta' prodotti bħal kaboċċi, pastard, karrotti, basal, patata eċċ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-partijiet relevanti tal-Aquis tal-UE b'mod partikolari għar-regolament tal-Kunsill Numru 1308/70.
Peress li fil-Portugal bejn l-1985 u l-1994 minkejja s-sussidju tal-CAP u l-opportunita' ta' l-esportazzjoni li tiggarantixxi l-UE, l-esportazzjoni tal-bdiewa niżlet min 10% għall-7%, l-persentaġġ tal-bdiewa jaħdmu r-raba niżel min 24% għall-11%. Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif Malta mhux se jkollha dawn id-disfatti fis-setturi tal-Biedja u Sajd bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq il-progress tal-Portugal u l-andament ekonomiku tiegħu minn meta l-Portugal sar membru ta'l-UE. Dan hu ta' siwi għall-preparazjonijiet tagħna għan-negozjati għall-biedja u s-sajd. L-Onor. Interpellant jista' jibqa' ċert li l-Ministeru qed jaħdem għall-aħjar kundizzjonijiet għall-biedja u s-sajd kif il-bdiewa u s-sajjieda, u l-poplu Malti kollu inġenerali, jixraqlu.
Il-figuri ikkwotati mill-Onor. Interpellant jindikaw żiedja sostanzjali fl-attivita' ekonomika tal-Portugal fil-perjodu indikat. Fil-waqt li s-sehem tal-prodotti tal-biedja fl-esportazjoni naqas, l-esportazjoni totali żdiedet b'mod konsiderevoli, u fil-waqt li n-numru tal-bdiewa naqas bħala persentaġġ tan-nies kollha li jaħdmu, n-numru tal-ħaddiema fis-settur relatat tal-ikel, inkluż it-trasport, l-ippakkjar u l-ipproċessar żdied għal 20.4% skond studju ta' l-OECD. Skond l-istess studju, bdiewa fil-Portugal saru ħafna aktar effiċjenti tant li l-"istandard gross margin" jiġifieri l-qliegħ tal-bdiewa żdied b'mod sostanzjali.
Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regola ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi taċ-ċanga fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar eżatt f'dawk li huma regoli u interpretazzjonijiet. Dawn se jerġgħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn wieħed ikollu stampa aktar ċara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta'l-UE.
Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw l-produtturi tal-ħalib frisk fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għal-parti relevanti tal-Acquis ta'l-UE b'mod partikolari R.1255/1999 li ser tibda tapplika fl-1 ta' Jannar 2000.
Dan ir-regolament introduċa s-sistema ta' pagament dirett lir-raħħala li jkun ta' benefiċċju għar-raħħala Maltin kemm il-darba Malta tissieħeb fl-UE.
Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tat-tjur fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar eżatt f'dawk li huma regoli u interpretazzjonijiet. Dawn se jerggħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn wieħed ikollu stampa iktar ċara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta' l-UE.
Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tad-dundjan fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar eżatt f'dawk li huma ragoli u interpretazzjonijiet. Dawn se jerġgħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn ikollu stampa iktar ċara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta'l-UE.
Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinformani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għall-produzzjoni agrikola organika fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi ta' l-EMU fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regoli li jirrigwardaw il-produtturi tal-EMU huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-Welfare ta' l-istess għasafar. Dawn ir-regolmenti huma l-istess bħal tal-'Council of Europe', liema 'Convention' Malta diġa ffirmat.
Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tat-tadam imqadded fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma hemm ebda provedimenti partikolari għall-produtturi tat-tadam imqadded.
Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tal-ġbejniet friski fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9368.
Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi ta' l-għeneb għat-tagħsir ta' l-inbid fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment ta'l-Agrikoltura fassal abbozz ta' liġi dwar il-produzzjoni ta' l-inbid li jinkorpora fih il-liġijiet u regoli ta' l-UE. Dawn il-liġijiet qed jiġu mibdula u simplifikati mill-istess UE.
Id-Dipartiment ta'l-Istatistika qed ifassal 'survey' dwar id-dwieli f'Malta u Għawdex bil-koperazjoni tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.