Jista' il-Ministru jara li jiġi investigat l-ilma togħma tal- chlorine li għandhom fil-fond indikat separtament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-analiżi ta' chlorine li saret fil-fond indikat, il-livell ta' chlorine kien 0.4 mg/L.
Skond il-'Guidelines for Drinking Water Quality' Second Edition Volume 1, maħruġa mill-World Health Organization (WHO), il-livell 'threshold' tat-togħma hu 5 mg/L. Jista' jagħti l-każ, pero' li xi nies itogħmu l-chlorine mill-livell ta' 0.3 mg/L 'l fuq. Ma danakollu, huma l-livelli ta' bejn 0.6mg/L u 1.0 mg/L li jibdew normalment jikkawżaw problemi ta' aċċettabilta'.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġi offrut xogħol alternattiv lill-ħaddiema tal-Holiday Inn?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 8311 u 9585 u ninfurmah illi l-kumpanija ser tinbiegħ bħala "going concern".
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-użu ta' pajpijiet u fittings tal-plastic ta' kwalita' inferjuri matul is-snin li għaddew hijiex twassal għal numru ta' leakages sinifikanti fis-sistema tad-distribuzzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'qiegħed isir dwar din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14962 u jgħid apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surcharge x'miżuri qiegħda tieħu l-Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti u b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-persentaġġ fil-produzzjoni ta' l-ilma permezz ta' l-impjant tar-Reverse Osmosis u permezz ta' l-ippumpjar mill-acquifer matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14964, jista' il-Ministru jispjega r-raġuni wara s-sejħa għal expressions of interest għall-provvista ta' impjant għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li jitneħħa arblu tad-dawl quddiem ir-residenza tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħda tagħmel din it-talba ġiet mitluba tissottometti applikazzjoni Form D xi żmien ilu bex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ. Din l-applikazzjoni sal-lum għadha ma saritx.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn nies min-newsroom tal-PBS u ta' stazzjonijiet oħra ma tħallewx iġibu l-eżerċizzju li sar f'Burmarrad mill-gvern fil-kuntest tal-marda tat-tjur, dan speċjalment meta l-eżerċizzju kien fl-interess nazzjonali u għaldaqstant kellu jintwera fuq l-aħbarijiet ta' l-Istat? Jista' il-Ministru jgħid min ingħata l-esklussivita' biex jiffilmja dan l-eżerċizzju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu servizzi ta' dawl u ilma din is-sena għax waqgħu lura fil-ħlasijiet? Kemm minnhom kienu azjendi, kemm kienu djar privati u kemm kienu ħwienet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti mill-Maltacom għax ma ħallsux il-kontijiet? Kemm minn dawn kienu djar privati u kemm kienu ta' business?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-P.Q. 1130.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta ordnat lil-lukanda sussidjarja tagħha Crown Plaza biex ma taċċettax aktar bookings wara x-xahar ta' Marzu 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm telqu piloti minn ma' l-Air Malta plc minn meta ġie konkluż il-Memorandum of Understanding madwar sena ilu, bit-total maqsum bejn piloti Maltin u dawk barranin?
Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni lill-Kamra liema huma s-soċjetajiet barranin li qabel kienu jagħmlu użu mis-servizzi li jagħti l-freeport u li ma baqgħux jagħmlu użu minn dawn is-servizzi fl-aħħar tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba għar-rigward tat-tliet snin ta' qabel il-privatiżżazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jispjega kif sena ilu l-Air Malta ħaddmet magħha 120 airport handler u 40 skrivan klerikali, u sena wara qed tiġi mħejjija proċedura/skema biex jingħataw option li jirtiraw qabel iż-żmien? Il-Ministru jista' jassigura li dan hu fl-interess tal-ħaddiem Malti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li l-l-impjegati li kienu saru tal-post kienu ilhom jaħdmu mal-Air Malta għal erba' snin u aktar, (fi gradi fejn kien hemm ħtieġa għalihom) biex jiġi kkontrollat l-overtime għoli li kien qed isir.
L-iskema ta' l-irtirar kmieni mix-xogħol ser tkun imnedija biss f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm nies żejda li ma jkunux meħtieġa li jiġu sostitwiti, jekk dawn jieħdu l-irtirar kmieni mix-xogħol.