Legislature:
Category:
Reset
Active:

Chief Quality Controller

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir ir-reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna indikata separatament li kellha grad ta' Chief Quality Controller ma' ażjenda private? Peress li dan hu grad maniġerjali, jista' jgħid f'liema skala tal-gvern jaqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninfoma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna ndikata minnu ġie investigat u l-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.

Inspection

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif id-Dipartiment qed jippermetti lill-familja li qiegħda toqgħod fil-flat imsemmi fil-PQ 30813 u 30511 meta dan suppost hu okkupat mill-istess tifla tal-kerreja llum mejta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza ghall-Mistoqsija Numru 30813 jien infurmat illi d-Dipartiment kellu talba mit-tifla tal-kerreja li mietet għal rikonoxximent u laqgħa din it-talba. Jekk it-tifla għandha xi nkwiet ma membri oħra tal-familja għandha titlob l-għajnuna tal-pulizija.

Playing Fields — Investimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu playing fields mill-1998 'l hawn? Liema kienu u kemm kien l-investiment f'kull kas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar żviluppa għoxrin proġett ta' ġonna/landscaping mill-1999 sallum. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista tagħhom flimkien ma' indikazzjoni ta' kemm intefqu flus fuq kull proġett. Minnhom ġew inawgurati dawn li ġejjin: Attard (Tal-Fuklar) Fgura (Patri Redent Gauci) Floriana (Binja Vilhena) Għaxaq (Ħal-Dmikki) Kirkop HE (Phase I) Pieta' HE Sta Venera (Tal-Palazz l-Aħmar) Senglea (Triq il-Ħabs l-Antik) Xgħajra Zabbar (San Pietru)

Case Conference

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saretx il-case conference dwar it-tfalja li isimha qed jintbagħat separatament biex jiġi stabbilit jekk jistax jaraha missierha f'dawn il-jiem tal-Milied? X'inhuma r-raġunijiet li l-missier u l-bint mhux qed jitħallew jiltaqgħu? Tista' tittieħed deċiżjoni f'dawn il-jiem biex ma jibqgħux 'il bogħod minn xulxin f'dawn il-jiem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-minuri li għamel referenza għaliha l-Onor Interpellant qiegħda taħt Ordni ta' Ħarsien. Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwiet mill-qrib u regolarment mit-Taqsima għall-Ħarsien tat-Tfal ta' l-Aġenzija Appoġġ. Bħal f'każijiet oħra simili, din it-Taqsima ressqet care plan dwar din il-minuri quddiem il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u Żagħżagħ, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-professjonisti. Dan il-care plan ġie approvat u qed jiġi segwit.

ETC — Tender

Question

B'referenza għat-tender maħruġ mill-ETC għal renewal of registration via fingerprint recognition devices (ETC Tender 5/2001) jista' l-Ministru jgħid: 1 Min kienu dawk li parteċipaw fit-tender? 2 Kemm kienet l-offerta tagħhom? 3 Min ħa t-tender? X'kienu l-kriterji ta' l-għażla? B'kemm ingħata u x'kienet il-contract value? 4 Meta huwa mistenni li jibda' dan il-proġett? 5 Sar studju tal-benefiċċji li tista' tiggwadanja l-korporazzjoni minn din is-sistema? Min għamel dan l-istadju u jista' l-Ministru jippreżenta kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-ditti li tefgħu t-tender dwar il-proġett indikat mill-Onor. Interpelant u l-prezzijiet relattivi kienu kif ġej: Ditta Prezz(inkluż VAT) Advanced Industrial Systems Ltd. Lm37,950 Alberta Lm245,617 Option l Lm275,057 Option 2 Apco Ltd. Lm92,307 BDS Ltd Lm103,383 J.Grima & Co Ltd Lm74,659 Megabyte Ltd. Lm138,109 It-tender ingħatat lil Apco Ltd, li offrew l-irħas soluzzjoni wara li ġew eliminati ż-żewġ ditti li offrew prezz irħas. Waħda minn dawn id-ditti ġiet eliminata għaliex kienet nieqsa ħafna mill-lat tekniku u l-ispeċifikazzjonijiet mitluba fit-tender, u l-oħra ġiet eliminata għax is-soluzzjoni offruta kienet ser tinvolvi spejjeż rikurrenti ferm ogħla minn dik li ngħatat it-tender. Ix-xogħol inizjali tal-proġett beda fit-3 ta' Jannar 2002. Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ ħadet id-deċiżjoni li tidħol għal dan il-proġett wara analiżi u diskussjoni interna fl-istess Korporazzjoni. Dan il-proġett mistenni jwassal għal aktar kontrol fuq ir-reġistrar kif ukoll bħala mezz effettiv ġdid ta' komunikazzjoni bejn il-Korporazzjoni u l-klijenti tagħha. Dan barra li s-sistema mistennija twassal ukoll għal re-deployment ta' mpjegati tal-Korporazzjoni.

Kera tad-Dar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni fil-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament liema persuna hija armla, għandha tlett itfal minuri u tgħix bl-għajnuna soċjali w issa tneħħa s-sussidju fuq il-kera tad-dar tagħha allovolja id-dipartiment jafu b'kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna ndikata għandha tmur id-Dipartiment u tipproduċi d-dħul tagħha matul is-sena li għaddiet biex tinħadmilha r-rata ġdida ta' sussidju wara li ġiet rikonoxxuta bħala inkwilina flok żewġha mejjet.

European Convention on the Adoption of Children

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-European Convention on the Adoption of Children 1967 li tagħha Malta kienet waħda mill-firmatarji oriġinali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-European Convention on the Adoption of Children ta' l-1967.

Fi Sħab Indaqs fiż-Żwieġ

Question

Jista' l-Ministru iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-White Paper : 'Fi Sħab Indaqs fiż-Żwieġ' li ġiet ippubblikata f'Ottubru 1991 u li kienet serviet bħala bażi għall-emendi tal-Kodiċi Ċivili l-1993?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-White Paper "Sħab Indaqs fiż-Żwieġ" li kienet ippubblikata f'Ottubru 1991.

Relief

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' armla li l-uniku dħul tagħha huwa mir-relief u li xi xahar ilu ġie maqtugħ, u dawn l-aħħar ġranet ġiet maqtugħa wkoll ic-children allowance u allura ma għandhiex l-ebda dħul ieħor, jitmexxu l-quddiem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.

Pensjoni tar-Romol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li anzjana li għada kif romlot ftit tal-ġimgħat ilu tinħarġilha l-pensjoni tar-romol peress li ma għanda l-ebda dħul?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna indikata minnu ġie investigat u l-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinħareġ l-għajnuna soċjali lil omm b'żewġt itfal li l-partikularijiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija? Tista' din l-omm tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.

Ċittadini Ingliżi — Appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm xi limiti ta' żmien li ċittadini ingliżi jistgħu jgħixu ġo appartament tal-privat b'kiri f'pajjiżna bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ebda Dipartiment jew entita' li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi mhu responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-kirjiet fil-privat. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ta' Xbiex — Installar ta' Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jinbeda l-installar ta' lift fl-appartamenti D1 H/E Ta' Xbiex peress li x'inkwilini b'diżabilita' qed ibatu ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-tender għall-istallar tal-lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant ġiet allokata. Ix-xogħol strutturali hu programmat li jinbeda fi Frar u l-lift mistenni jiġi stallat f'April.