Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Saħħa — Każi ta' food poisoning

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il każ ta' food poisoning ġie rappurtat f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? X'kienet il-kawża f'kull każ? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 2003, 2002, 2001 u 2000 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tipjip tat-tabakk

Question

Skond l-iskeda ta' l-Att dwar it-tipjip tat-Tabakk, jista’ il-Ministru jispjega liema huma kkonsidrati bħala 'postijiet oħra' f'dak li hemm f'numru.8 li tghid 'Bini u postijiet oħra fejn isir l-isport'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kull post fil-magħluq fejn jiġi pprattikat xi tip ta' sports, bħall-Pixxina Nazzjonali, gyms u postijiet simili huma koperti bl-Att dwar it-Tipjip tat-Tabakk imsemmija.

Tipjip

Question

Issa li l-Liġi dwar it-trażżin tat-tipjip ilha xahar minn meta daħlet fis-seħħ, jista’ il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tad-dipartiment hux qegħdin iżuru postijiet biex jaraw li l-liġi qed tigi osservata kif ukoll li hemm espost b'mod ċar li ma jistax isir tipjip fejn dan huwa pprojbit? Ħadu passi biex il-liġi tkun effettiva?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm sa issa m'humiex isiru spezzjonijiet speċifiċi dwar il-Liġi referuta, uffiċċjali tad-Dipartiment waqt ix-xogħol tagħhom ta' spezzjonijiet li jsiru fuq bażi regolari, qegħdin jieħdu nkonsiderazzjoni l-osservanza għal tali Liġi, kif ukoll li jkun hemm espost b'mod ċar li ma jistax isir tipjip fejn dan ikun il-każ. Dwar tipjip fuq il-post tax-xogħol nissuġġerixxi l-Onor. Interpellant li jirreferi tali mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Occupational Health and Safety Authority.

Miniseru tas-Saħħa — Safar

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-safar li sar mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu għall-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta` sabiex nipprovdi lill-Onor Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin. Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar.

Dipartiment tas-saħħa — Nursing aides

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li toħroġ is-sejħa biex jiġu reklutati nursing aides? Xi kwalifiki se jkollhom bżonn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li għad ma hemmx data stabbilita għal meta se toħroġ is-sejħa biex jiġu reklutati nursing aides. Il-kwalifiki li se jkun hemm bżonn għadhom qed jiġu stabbiliti.

SVPR — Talba ta' anzjana biex tidħol fir-residenza

Question

Tista' tiġi kkonsidrata b'mod urġenti t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tintbagħat fir-residenza San Vinċenz de Paule għax mhijiex f'kondizzjoni li tinżamm id-dar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni msemmija issottomettiet l-applikazzjoni biex tidħol San Vinċenz fil-03/12/03. Din l-applikazzjoni ġiet mressqa quddiem l-Admission Board u tpoġġiet fil-lista tal-prijorita'. Nixtieq inżied illi din l-anzjana ilha rikoverata ġewwa l-isptar San Luqa Ward M6 mill-15 ta' Mejju 2004 minħabba raġunijiet mediċi.

Skejjel — Ikel li jinbiegħ fl-iskejjel

Question

Peress li kelli ilmenti minn xi ġenituri rigward ikel xaħmi bħall-pizza mimlija żejt u ħobż bil-bajd u bacon moqli servut fl-iskola li isimha qed jinghata separatament, jista’ il-Ministru jara li ssir spezzjoni malajr kemm jista’ jkun u jara jekk dawn l-ilmenti jirrizultawx jew le?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.

Ħal Qormi — Persuni li żaru ċ-ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta' ċittadini li żaru ċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa dan: Sena Kliniċi Speċjaliżżati Kura mill-Infermiera Servizz mit-Tobba Spiżerija 1998 18771 11752 22100 18200 1999 21496 11363 24838 18261 2000 13974 10815 25049 18534 2001 12781 7353 25049 17611 2002 13179 6267 22292 18957 2003 15185 8773 18312 19192 2004 17836 15724 19692 20112

Floriana — Persuni li żaru ċ-ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta'ċittadini li żaru ċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa dan: Sena Kliniċi Speċjaliżżati Kura mill-Infermiera Kura mit-Tabib Spiżerija 1998 25179 10896 23445 20540 1999 24598 10623 24362 24769 2000 26192 10833 23489 16707 2001 24942 10899 23489 18091 2002 27776 10878 25614 20547 2003 25759 11033 25124 23977 2004 25269 12012 25529 25431

Bormla — Persuni li żaru ċ-ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta ċittadini li żaru ċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa dan: Sena Kliniċi Speċjaliżżati Kura mill-Infermiera Servizz mit-Tobba Spiżerija 1998 1541 5440 17078 Nil 1999 1024 4713 14216 Nil 2000 3305 5181 14013 Nil 2001 5573 3884 14013 Nil 2002 5336 3293 11011 Nil 2003 6643 3557 10680 Nil 2004 10645 4086 11424 4838

Stabbilimenti ta' l-ikel — Titjib fil-livell sanitarju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ristoranti u stabbilimenti ta' l-ikel li fil-preżent ġew mitluba mid-dipartiment tas-sanita' sabiex itejbu l-livelli sanitarji u ta' iġjene tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena sallum in-numru ta' ristoranti u stabbilimenti ta' l-ikel li ġew mitluba mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika sabiex itejbu l-livelli sanitarji u ta' iġene tagħhom jammonta għal 1989. Dan ma jfissirx li l-livell sanitarju ta' dawn l-istabbilimenti huwa ta' periklu għas-saħħa pubblika.

Sptar Mater Dei — provvista ta' ħobż

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5563 u cioe' jista' jgħid meta jiftaħ l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq it-tender tal-provvista tal-ħobż se tkun miftuħa għall-kulħadd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'dan l-istadju għadu kmieni li tingħata informazzjoni ta' kif ser issir il-provvista tal-ħobż, minħabba li hemm alternattivi varji dwar kif il-proċess ta' l-ikel se jkun.

Sptar San Luqa — Occupational therapists

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists reġistrati l-isptar San Luqa? Jista' jgħid kemm hemm occupational therapists li huma reġistrati l-isptar San Luqa imma qegħdin jaħdmu fl-isptar Zammit Clapp jew inkella f'postijiet oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-isptar San Luqa hemm reġistrati 28 Occupational Therapists. Ma' dawn wieħed irid iżid 11 Occupational Therapists oħra li qegħdin jagħmlu sentejn rotation mal-isptarijiet kollha, fosthom fl-isptar San Luqa. Minn dawn l-Occupational Therapists fl-isptar San Luqa, 7 qegħdin jaħdmu fl-isptar Żammit Clapp, 1 qiegħed jaħdem fl-Institute of Health Care, 1 qiegħed jaħdem fl-isptar Ġenerali t'Għawdex u 1 jinsab misluf mal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita'.

Nurses barranin

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6002 u cioe' jista' ġentilment jgħid x'inhuma l-kriterji stabbiliti li jintużaw biex nurses barranin jiġu reġistrati Malta? Possibli jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kriterji? Dawn il-kriterji huma l-istess użati f'pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-kriterji użati mill-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel biex jirreġistra nurses barranin huma l-istess bħal dawk użati biex jirreġistra nurses Maltin. Dawn il-kriterji huma l-istess bħal dawk użati f'pajjiżi oħra tal-Ewropa. Kopja tal-kriterji qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru Detox

Question

Peress illi xi żmien ilu l-Ministru kien ta ħjiel li kien beħsiebu jittrasferixxi ċ-ċentru tad-Detox band'oħra u peress illi għadda ħafna żmien minn dakinhar, jista' jgħid jekk il-gvern għadux deċiż li jagħmel dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment tas-saħħa — Grad sanitarju li għandhom l-istabbilimenti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra breakdown tal-grad sanitarju li għandhom l-istabbilimenti kummerċjali ta' l-ikel, jiġifieri ristoranti, pizzeriji, eċċ., lokal lokal, f"Malta u Għawdex separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rabat — Persuni li żaru ċ-ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat, Malta matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta' ċittadini li żaru iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa dan: Sena Kliniċi Speċjaliżżati Kura mill-Infermiera Servizz mit-Tabib 1998 3660 8434 17284 1999 3796 7904 17225 2000 5030 7872 17257 2001 6097 5338 17257 2002 6191 5015 12442 2003 7265 5713 10798 2004 8103 5291 12902

Mosta — Persuni li żaru ċ-ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta' ċittadini li żaru iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa dan: Sena Kliniċi Speċjaliżżati Kura mill-Infermiera Servizz mit-Tabib Spizerija 1998 23140 9367 30859 27081 1999 21813 9233 30757 19048 2000 19448 10410 31281 13487 2001 21113 10710 31281 15449 2002 21627 10878 32029 18205 2003 23549 11120 32453 19734 2004 24239 11097 32369 20733

Birkirkara — Persuni li żaru ċ-ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta' ċittadini li żaru ċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa dan: Sena Kliniċi Speċjaliżżati Servizz mit-Tabib Spiżerija 1998 Nil 7447(Berġa) Nil 1999 2887* 8462 Nil 2000 4200* 6948 Nil 2001 5224* 6800 Nil 2002 7404 5671 Nil 2003 9367 6461 18328 2004 12152 6889 19017 *Stima

Dipartiment tas-saħħa — Spezzjonijiet fi stabbilimenti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' stabbilimenti ta' l-ikel u tax-xorb li d-dipartiment tas-saħħa spezzjona matul il-perjodu bejn Jannar u Mejju 2004, kull xahar separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2003, 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni għall-istess perjodu ndikat għas-sena 2000, ma tistax tingħata peress li f'dik is-sena tali statistika kienet tinġabar b'mod differenti.