Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17313 Sitting 327 2000-06-27 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċina — Tilqim

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tilqim obbligatorju kontra r-rubella ma jsirx fl-eta' ta' 11-il sena meta huwa meqjus iżjed effettiv għax it-tilqima tgħodd għal 30 sena u hekk meta qed tingħata lit-trabi ta' 15-il xahar mhix tipproteġi lin-nisa fl-aħħar snin li jista' jkollhom it-tqala?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17351 Sitting 327 2000-06-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17252 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Studji — Mobile phone antennae

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol għamel s'issa l-bord li nħatar biex jistudja l-impatt tal-mobile phone mast antennae fuq is-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Bord li nħatar biex jifformula kodiċi ta' prattika bbażat fuq studji xjentifiċi u rakkomandazzjonijiet minn istituzzjonijiet internazzjonali wasal fil-fażi li jifformula l-ewwel `Draft' ta' dan il-kodiċi.
Leg 9 PQ #17275 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar tal-Qroqq — Open day

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17033?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 17184.
Leg 9 PQ #17276 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Tal-Qroqq — Open day

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16737?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellat għall-mistoqsija parlamentari numru 17184.
Leg 9 PQ #17316 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Abort

Question

Billi tabibi Olandiża bl-isem ta' Rebecca Gomperts trid 'il quddiem tiġi Malta biex tagħmel counselling favur l-abort u mbagħad tieħu lil dawk li jridu jagħmlu dan barra l-ibħra territorjali Maltin, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-counselling huwiex permess bil-liġi? Persuna li tagħmel dan illum jew 'il quddiem tkun qed tikser il-liġi? Qed nistaqsi dan għaliex illum persuna barranija trid warrant biex teżerċita l-professjoni medika, (u għalhekk tista' tinżamm), liema warrant isir awtomatikament, għal ċittadini mill-pajjiżi membri ta' l-UE, meta Malta tidħol membru hi wkoll.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17367 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Bereġ — Ħinijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti jistgħux jiġu rrifjutati li tabib jarahom minħabba li jkun sar il-ħin minkejja li dawn il-pazjenti jkunu fil-berġa qabel il-ħin ta' l-għeluq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17368 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Riżultati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet meta pazjent jingħata r-riżultati tad-demm li pazjent ikun ħa f'ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17369 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Ħinijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hix proċedura li pazjenti li jkunu f'ċentru tas-saħħa siegħa qabel l-għeluq ta' dak iċ-ċentru tas-saħħa jiġu rrifjutati li jarahom it-tabib minħabba li jkun sar il-ħin u jkun għad hemm numru ta' pazjenti fil-waiting room?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17370 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile blood donor unit — Użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużat il-mobile blood donor unit mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Kemm kien hemm ġranet li l-mobile blood donor unit ma ntużatx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17249 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi persuni li jgħaddu żmien fl-Isptar Monte Carmeli li jkollhom iħallsu taż-żmien li joqogħdu hemm? Fil-każ, kemm hemm minn dawn il-persuni? Kemm iħallsu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17256 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar Monte Carmeli - Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 14058?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti li qegħdin fl-Isptar Monte Carmeli mhux minħabba mard mentali, iżda biss minħabba problemi soċjali, fosthom nuqqas ta' akkomodazzjoni huwa ta' 22. Dawn ma jinkludux pazjenti li qed jużaw l-Isptar Monte Carmeli bħala dar residenzjali għal persuni b'diżordni mentali.
Leg 9 PQ #17290 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Bonefos 400 mg

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pilloli Bonefos 400 mg jiġu l-isptar peress li qegħdin jiġu ordnati minn professuri u l-pazjenti qed ikollhom jixtruhom huma b'riżultat li familji bi dħul baxx qed ibatu finanzjarjament peress li dawn il-pilloli huma għoljin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li għalkemm Bonefos mhix ``available'' fl-isptar, hemm mediċini alternattivi. Dawn il-mediċini jingħataw mill-isptar lill-pazjenti li huma ntitolati. Dan l-aħħar kien hemm rikjesta biex Bonefos tiġi ntrodotta fl-isptar. Din ser tiġi diskussa fil-meeting li ġej tad-Drugs and Therapeutics Committee.
Leg 9 PQ #16908 Sitting 323 2000-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-Saħħa - Ilmenti

Question

Peress li jirriżulta li l-poplu Rabti u dak ta' l-Imtarfa, Mdina, Baħrija, Ħad-Dingli huma rrabjati ħafna li l-gvern għalaq iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat bla ma ddiskuta din il-problema mal-kunsilli rispettivi tagħhom tant li llum dawn il-popli jinsabu f'sitwazzjoni tedjanti u ta' dwejjaq fejn persuna li isimha qed jintbagħat separatament, lanqas sabet tabib jassistiha fl-inċident li kellha quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa qabel tilfet ħajjitha, jista' l-Ministru jara li jibda laqgħat immedjatament mal-kunsilli lokali tal-lokalitajiet imsemmija sabiex il-poplu Rabti, ta' l-Imtarfa, Mdina, Baħrija u Ħad-Dingli jnaqqsu t-tensjoni dwar din il-kwestjoni li tant naqqsitilhom is-servizzi mediċi li jirrikjedu fil-ħajja ta' kuljum? Peress li jirriżulta li aktar minn 70,000 persuna jużaw f'sena waħda ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza u l-bżonn li ċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat jiftaħ fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum minnufih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jkun dejjem dispost li jiltaqa' nal-Kunsilli Lokali. Bin-numru ta' tobba li preżentament jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma hux possibbli illi ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat jinfetaħ fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum. L-egħluq ta' dan iċ-Ċentru sar bħala miżura temporanja sakemm jerġa' jkollna biżżejjed tobba.
Leg 9 PQ #17065 Sitting 323 2000-06-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti kontra d-dipartiment tas-saħħa quddiem il-qorti? X'inhi r-raġuni li għaliha d-dipartiment qed jittella' l-qorti f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17184 Sitting 323 2000-06-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid — Open Day

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16790?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-'Open weekend' organizzat fl-Isptar il-Ġdid żaru l-proġett 'il fuq minn 2500 ruħ. L-ispiża minfuqa kienet tammonta għal LM15583.09 li kienet imqassma hekk:- SKANSKA --------- Materjal 2212.45 Xogħol 4768.94 Xogħol Preliminarju u kont 898.85 VAT 1182.04 SPEJJEŻ OĦRA -------------- Trasport 180.00 Overtime 249.11 Reklamar 1754.77 Exhibition Area 3927.93 Streamers/Banners 409.00 ------------------------------------------ ------ TOTAL 15583.09 ---------------------------------------- -------- Ta` min jgħid li għalkemm xi xogħol sar għall-'Open Weekend' bħal per eżempju l-Mock Ward, ir-rampa għall-underground parking u xi ċnut ser jibqgħu jintużaw.
Leg 9 PQ #17040 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq San Ġorġ - Razzett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16775 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferita lilu, u cioe': Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu permess iżomm annimali l-uniku razzett li hemm fi Triq San Ġorġ f'San Pawl il-Baħar? X'tip ta' annimali għandu permess li jrabbi s-sid tar-razzett? Qiegħed iżomm mal-liċenzja li għandu għat-trobbija ta' l-annimali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-uniku razzett li hemm fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar, għandu permess mid-Dipartiment tas-Saħħa li jżomm tmien (8) baqar tal-ħalib. Wara spezzjonijet li saru, fosthom illum 19 ta` Ġunju 2000 mill-ispetturi tad-distrett, irriżulta li n-numru ta` baqar jeċċedi n-numru li għandu fil-permess. Għalhekk se jittieħdu passi legali dwar dan, kif ukoll dwar xi annimali oħra u tjur li qegħdin jinżammu kontra l-Avviż legali 28 ta` 1976, fl-istess razzett.
Leg 9 PQ #17058 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Magħtab — Intejjen

Question

Billi huwa fatt magħruf illi l-foga li toħroġ mill-Magħtab hija ta' dannu għan-nies, ma jidhirlux il-Ministru li għandhom jitwaħħlu tabelli dwar dan fiz-zona ta' ħdejn il-Magħtab ħdejn il-baħar illi jkun mimli bin-nies jgħumu u jagħnmlu barbecues kuljum ġo foga tinten b'dannu għal saħħithom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontrol tal-Magħtab kif ukoll 'monitoring' ta`tniġġis ta` l-arja jsir mid-Dipartiment ta` l-Ambjent. Jekk d-Dipartiment tas-Saħħa jiġi nfurmat b'riżultati fir-rigward ta` possibilita` ta` dannu għas-saħħa, jkun f'posizzjoni li jikkonsidra l-aħjar azzjoni li għanda tittieħed fir-rigward.
Leg 9 PQ #17059 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

HIV — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV din is-sena u kemm minnhom irriżultaw fil-pożittiv?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` testijiet għall-HIV li saru fid-dipartiment tal-Patoloġija l-Isptar San Luqa minn Jannar sa Mejju 2000 kienu ta` 2101. Minn dawn 11 il-kampjun irriżultaw posittivi. Dawn il-kampjuni huma kollha anonimi u jista jkun hemm xi ripetizzjonijiet.
Leg 9 PQ #17060 Sitting 322 2000-06-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Organi/Trapjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni llum illi huma lesti jagħtu l-organi tagħhom għal trapjant meta dawn imutu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni illi lesti jagħtu l-organi tagħhom għal trapjant meta dawn imutu bħalissa huwa madwar 50,000 persuna.