Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6251 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Mid-Med Bank — HSBC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjeta' tal-Mid-Med Bank tagħmilx parti mill-bejgħ lill-HSBC? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tal-proprjeta'?

Response (DALLI, JOHN)

Ir-risposta hi iva. Għall-bqija tad-domanda m`għandi xejn x`inżid mad-dokumenti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6368 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Membru li fil-perjodu msemmi ebda mpjegat ġdid ma ġie mħaddem mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku għajr għall-individwu li ġie trasferit mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili.
Leg 9 PQ #6369 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

B`riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6369, it-tweġiba hija Xejn.
Leg 9 PQ #6370 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tad-Dipartiment ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta` Jannar 1999 `l hawn, ħlief għal xi ħaddiema li ġew trasferiti minn Dipartimenti oħra.
Leg 9 PQ #6371 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju tal-Budget mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma` l-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #6836 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Associated News Group Ltd. — PR

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-biċċa xogħol waħda ta' PR li għaliha l-Associated News Group Ltd. tħallset Lm1,338.50c?

Response (DALLI, JOHN)

L-ANG Ltd tħallset ta` assistenza fir-relazzjonijiet pubbliċi matul ix-xhur ta` April u Mejju.
Leg 9 PQ #6861 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Interest on public debt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jkun l-interest on public debt fl-1999?

Response (DALLI, JOHN)

Skond l-Estimi finanzjarji approvati għas-sena 1999, huwa stmat li l-intressi fuq id-dejn pubbliku għandu jkun kif imsemmi Stocks Lokali Lm 42,912,960 Treasury Bills Lm 4,942,000 Self Barrani Lm 1,814,000 Ma dawn wieħed irid iżid is-somma ta` Lm295,000 għall-`conversion stock MGS 5.9% 2007 II` li nħareġ sabiex jissostitwixxi MGS 6.0% 1999 I li għalaq fl-1999. Peress li l-Gvern huwa awtoriżżat li matul il-1999 joħroġ stock ġdid sa massimu ta` Lm100,000,000, u kemm l-ammont, l-interessi u ż-żmien meta se jinħarġu dawn l-stocks għadu ma ġiex deċiż, ma tistgħax tingħata risposta eżawrjenti ta` kemm se jkun l-imgħax fuq is-Self Pubbliku għal dan il-ħruġ ta` Stock ġdid.
Leg 9 PQ #5940 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija numru 3514; mid-data ta` din it-tweġiba sar kuntratt ma` erba` persuni oħra, jiġifieri: Mario Cardona Secretariat Pool Public Officer Victor Caruana Secretariat Pool Public Officer Frank Zammit Secretariat Officer On Contract Josette Abdilla Cunningham Secretariat Officer Mid-Med Bank
Leg 9 PQ #5637 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Irċevuta fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir min-naħa tal-gvern biex jiġi assigurat li l-professjonisti jagħtu r-riċevuta fiskali lil pazjenti/klijenti tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel riferenza għar-risposta li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 5300.
Leg 9 PQ #6450 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Settur Pubbliku — Fina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3964 dwar finanzi vis-a-vis impjegati fis-settur pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għar-rigward tad-dekasteru tiegħi qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-General Service Grades (Casual Typist, Clerical Assistant, Clerk, Data Entry Operator, Executive Officer, Graduate Trainee, Administrative Officer\Principal) jiġu ngaġġati mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mqassma fid-dipartimenti.
Leg 9 PQ #6617 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Relazzjonijiet pubbliċi — Aġenzija

Question

Il-Ministeru għandu xi aġenzija tar-relazzjonijiet pubbliċi tagħmillu xogħol ta' P.R.? Jekk iva, liema hi u kemm qed titħallas?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Ministeru qabbad l-Associated News Group Ltd. fuq biċċa xogħol waħda ta` P.R. li għaliha din l-aġenzija tħallset Lm1,338.50. Il-Ministeru ħatar ukoll lic-Centre for Communications Technology ta` l-Universita` ta` Malta bħala konsulent bir-rata ta` Lm5,000 fis-sena għal servizzi fl-iżvilupp ta` edukattiva biex toħloq `awareness` pubblika dwar il-finanzi tal-Gvern.
Leg 9 PQ #6731 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Task Force dwar il-Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' t-task force dwar il-privatizzazzjoni? Meta saret l-ewwel laqgħa tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-task force ltaqa` disa` darbiet u l-ewwel laqgħa saret fit-3 ta` Marzu 1999.
Leg 9 PQ #6736 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn prodotti li għadha titħallas levy fuqhom meta jiġu mportati? Liema huma dawk il-prodotti li huma fuq quddiem nett li titneħħilhom il-levy?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #5634 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Anzjani — Kontijiet ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex bħalissa għadd t'anzjani pensjonanti qed jirċievu kontijiet ta' taxxa fuq id-dħul li m'huwiex reali? Konxju l-Ministru dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tkun aktar speċifika u tagħti xi dettalji biex ikunu jistgħu jiġu ċċekkjati l-affarijiet imsemmija.
Leg 9 PQ #4990 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Catering ta' tiġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fuq catering ta' tiġijiet hemmx VAT? Jekk le, għaliex f'kull stabbiliment ta' catering jgħidulek li trid tħallas il-VAT? Għaliex meta ċċempel il-VAT Office jgħidulek li lanqas huma ma jafu? Jista' l-Ministru jagħti bil-miktub x'inhi l-pożizzjoni tal-VAT fuq catering ta' tiġijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif kien ġie mħabbar fid-diskors tal-Budget 1999 f`paġina 74, fil-jiem li ġejjin ser jitniedu skemi ta` refużjonijiet tal-VAT fuq spejjeż konnessi ma` tiġijiet u funerali bħal dik li diġa` teżisti fuqil-bini ta` l-ewwel dar. Skond dawn l-iskemi, persuni kkonċernati ser ikunu jistgħu jitolbu lura l-VAT li jkunu ħallsu fuq spejjeż li jkunu għamlu fuq tiġijiet u funerali.
Leg 9 PQ #6427 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi assenjat ix-xogħol fuq barra lill-VAT Inspectors? Kemm jitħallsu ta' dan ix-xogħol fuq barra? Jieħdu xi forma ta' re-imbursement meta jużaw il-karozza privata tagħhom? Jekk fl-affermattiv, x'rati ta' l-użu tal-vettura personali għandhom? Huwa permissibbli mid-Dipartiment tal-VAT li uffiċjali jużaw karozza waħda privata meta jkunu żewġ jew tlett uffiċjali fl-istess area/lokalita' ta' xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta` spezzjonijiet fuq barra jiġi assenjat lill-Inspectors tal-VAT fuq bażi ta` roster mit-Tnejn sal-Ħadd. Meta dan ix-xogħol isir barra l-ħin normali ta` l-uffiċċju, l-Inspectors jitħallsu bir-rata ta` sahra stabbilita skond il-grad sostantive ta` l-Inspector konċernat. L-Inspectors huma meħtieġa li jużaw il-mezz tat-trasport tagħhom waqt il-qadi tad-dmirijiet tagħhom li għalih jingħataw lura l-ispejjeż li jagħmlu bir-rata ta` 5c6 kull kilometru kif stabbilit fl-Estacode. Ix-xogħol ta` l-Inspectors iġorr miegħu ukoll allowance ta` sittin lira (Lm60) fix-xagħar.
Leg 9 PQ #6428 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement preżenti ta' VAT Inspectors f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanza ta' VAT Inspector hemm wara li ħarġet iċ-ċirkolari MPO Nru.51/99?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istaff complement preżenti tal-VAT Inspectors hu wieħed u erbgħin (41) li minnhom hemm għaxra (10) nisa. Il-mira tad-Dipartiment hija ta` sittin (60) VAT Ispectors. L-applikazzjonijiet li saru skond iċ-ċirkolari MPO Nru. 51\99 għadhom qed jiġu proċessati u għalhekk għadu mhux magħruf kemm ser ikun in-numru ta` vakanzi skond il-mira tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #5450 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Entitatjiet pubbliċi — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex ħaddiema li kienu mal-gvern u li mbagħad marru ma' entitajiet pubbliċi u llum huma pensjonanti b'pensjoni maħduma fuq il-paga ta' meta kienu mal-gvern, issir ġustizzja magħhom u jiġu mogħtija lilhom dak li ħaqqhom skond il-paga li kellhom fl-entita' pubblika rispettiva li kienu fiha qabel spiċċaw mix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4436 f`Seduta Numru 71. Narġa nirreptilu li matul kważi sentejn il-Gvern preċedenti raqad fuq din il-kwistjoni.
Leg 9 PQ #5452 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Dejn pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-livell tad-dejn pubbliku meta tinkludi s-self tal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi bħala ratio tal-GDP mill-1987 sa l-1998, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitlub L-Onorevoli Interpellanta jiġi ppubblikat mill-Bank Ċentrali.
Leg 9 PQ #5455 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Ħwienet li jbiegħu vated items

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4656, peress li t-tweġiba hija bażikament tagħrif dwar x'tgħid il-liġi, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment biex jaqbad l-abbużi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif kelli diġa` l-okkażżjoni nuri fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4656, l-ispetturi tad-Dipartiment tal-VAT kontinwament jagħmlu spezzjonijiet għall-għarrieda fi stabbilimenti tan-negozju biex fost affarijiet oħra jivverifikaw jekk irċevuta fiskali tkunx ġiet reġistrata tajjeb fil-cash register jew le billi jqabbli l-lista ta` oġġetti mixtrija kif murija fuq l-irċevuta mal-mod kif dawn ikunu ġew reġistrati fil-cash register. Jekk ikun hemm bżonn, l-ispetturi tad-Dipartiment jiċċekkjaw fiżikament il-prodotti mixtrija ma` l-irċvuta li tkun ingħatat. Barra minn dawn l-ispezzjonijiet, l-ispetturi tad-Dipartiment jagħmlu wkoll żjarat ta` sorveljanza f`ħinijiet u fi ġranet differenti fejn huma josservaw għal ħin twil l-attivita` li tkun għaddejja f`dak l-istabbiliment. Id-Dipartiment jirċieva wkoll rapporti direttament mingħand il-pubbliku u mingħand id-dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u safejn l-informazzjoni li tasal mar-rapport tkun tippermetti, id-Dipartiment jistħarreġ kull każ. Fejn jinstab li jkunu ġew reġistrati prodotti taxxabbli bħala eżenti, l-każ jiġi mgħoddi biex jittieħdu passi kriminali kontra l-persuna li tkun għamlet dan l-abbuż. Fejn jinstab li ma jkunx hemm bażi biżżejjed biex jittieħdu passi kriminali, l-każ jiġi mgħoddi biex isiru spezzjonijiet oħrajn aktar `il quddiem. Matul Jannar u Frar ta` din is-sena, l-ispetturi tad-dipartiment għamlu b`kollox 744 spezzjoni u 159 żjara ta` sorveljanza fi stabbilimenti tan-negozju. B`riżultat ta` dan, 73 każ ġew mgħoddija biex jitressqu l-Qorti filwaqt li 153 oħra ġew mgħoddija għal aktar investigazzjoni. Wieħed japprezza li l-ispetturi tad-Dipartiment ma jistgħux ikunu f`kull stabbiliment f`kull ħin, u għalhekk il-koperazzjoni tal-konsumaturi tibqa` element essenzjali f`kull sforz li jsir biex jiġu mrażżna l-abbużi. Bil-għan li jħeġġu aktar din il-koperazzjoni, f`dawn l-aħħar xhur, uffiċjali tad-Dipartiment ħadu sehem f`diversi programmi fuq ir-radju dwar affarijiet li jolqtu lill-konsumatur.