Tista' il-Ministru tgħid kemm żdied is-sick leave li ttieħed din is-sena komparat mas-sena l-oħra, u jagħti breakdown ta' kif żdied u fejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, paragunat mas-sena l-oħra, fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm żieda ta' madwar 9,000 ċertifikat tal-mard. L-akbar żieda kienet ġejja fiċ-ċertifikati sottomessi mis-settur privat, li jinkludi s-self employed, liema żieda kienet ta' madwar 7,300 ċertifikat.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqatgħalha r-relief għal sitt ġimgħat u jekk hijiex se teħodhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid jekk l-aġenzija Appoġġ titħallasx mingħand klijenti, eċċ. għal servizzi li tagħti? Liema servizzi jintalab ħlas għalihom? Xi kriterji jintużaw biex l-aġenzija tistabilixxi liema servizzi jimmeritaw ħlas mill-klijenti, eċċ u xi kriterji jintużaw dwar min mill-klijenti għandhom iħallsu għal dawn is-servizzi? Kemm daħlet fondi l-aġenzija Appoġġ minn dan it-tip ta' ħlas minn kemm ilha mwaqqfa l-aġenzija, sena b'sena? Għal xiex ġew użati l-fondi miġbura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aġenzija APPOĠĠ toffri 28 servizz differenti u kollha jiġu pprovduti bla ħlas. L-Aġenzija tiġi wkoll mitluba biex tassisti fl-għoti ta’ servizzi li l-Aġenzija ma’ tipprovdix hi direttament, bħal per eżempju, rapporti ta’ esperti lill-Qorti jew interventi li jintalbu mill-Qorti. F’dawn il-każijiet, l-Aġenzija tfittex freelancers biex jagħmlu dan ix-xogħol li għalih iħallas il-klijent. Id-digriti tal-Qorti fejn jintalab dan is-servizz jiġu riferuti lill-APPOĠĠ biex jinstabu dawk l-esperti li jkunu lesti li jagħmlu dan ix-xogħol. Għal konvenjenza tal-klijent, il-ħlas isir fl-uffiċini ta’ l-Aġenzija APPOĠĠ.
Ninsab infurmata li s-servizzi bi ħlas huma dawn:
Aċċess b’Superviżjoni – jitħallas depositu ta’ Lm 10 li jiġu rifużi lura kemm il-darba l-klijenti jonoraw il-laqgħat kollha li jkollhom ma’ uliedhom. Ħlasijiet għall superviżjoni jsiru biss f’ każijiet eċċessjonali u meta tkun il-Qorti li tordna l-ħlas.
Terapija Psikoloġika, jew Terapija għall-Familja ordnata mill-Qorti, f’liema każijiet il-klijenti jkunu jafu li ser jitqabdu professjonisti biex jagħmlu dan ix-xogħol fil-ħin tagħhom u jitħallsu mill-istess klijenti.
Psikoloġija tat-tfal ordnata mill-Qorti – f’każ fejn il-genituri jagħżlu li ma jistennewx biex jinqdew mis-servizz mogħti bla ħlas mill-Aġenzija, dawn jistghu jagħżlu li jitqabbad professjonist biex jagħmel dan ix-xoghol fil-ħin tiegħu u jitħallas mill-genituri.
Moniteraġġ ta’ sitwazzjonijiet ordnati mill-Qorti meta dan is-servizz jinghata minn freelance social workers fil-ħin tagħhom li jitħallsu għal dan ix-xogħol mill-klijent.
Ninsab infurmata li l-fondi li tħallsu mill-klijenti lill-Aġenzija matul dawn l-aħħar tlett snin, liema flus tħallsu lill-professjonisti mqabbda biex jagħmlu x-xogħol imsemmi qabel, kien kif ġej:
Sena
Total
Lm
2003
850
2004
2,200
2005
2,536
Ninsab infurmata wkoll li fil-każ ta’ l-iSmartKids Child Care Service, imexxi mill-APPOĠĠ jista’ jintalab ħlas nominali skond il-mezzi tal-familja.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' applikazzjoni mal-Housing Authority għal-lift għall-koppja anzjana - numru tal-każ qed jintbagħat separatament - li għand m'għandhom l-ebda risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-23 ta' Awissu 2005, l-applikanti ndikati mill-Onor. Interpellant u l-Awtorita tad-Djar iffirmaw il-ftehim li permezz tiegħu l-Awtorita' intrabtet li tagħti somma sa massimu ta' Lm2,200 għal stallar ta' stairlift.
Il-pagament isir wara li jiġi stallat dan l-istairlift u jiġu sottomessi l-irċevuti fiskali relatati lill-Awtorita'.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li tfal u żgħażagħ authistic jiġu msejħa kull sena biex jidhru quddiem il-bord mediku, meta din hija kundizzjoni permanenti? Ma jidhirlux li din hija moħqrija żejda meta ħafna minn dawn it-tfal u żgħażagħ jiġu aktar disturbati b'dawn it-tip ta' intervisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li persuna li ssofri minn autism mhux bilfors li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali biex tikkwalifika għall-pensjoni ta' diżabilita', jiġifieri li trid tkun gravament diżabilitata b'mod permanenti.
Ninsab infurmata wkoll li, ħafna drabi, d-diajonisi ta' l-autism ma tkunx ċara biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni definita mill-ewwel dwar il-grad ta' gravita' u l-permanenza diżabilita' f'dawn il-każijiet. Għal din ir-raġuni jkun meħtieġ li l-pażjent jerġa jiġi eżaminat wara sena jew aktar skond kif indikat mill-konsulenti mediċi.
Tista' il-Ministru tara li jinħareġ ir-relief ta' mara separata li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li m'għandha l-ebda dħul? Tista' tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 13691 f’Seduta Numru 295.
Tista' il-Ministru tara għaliex anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma ħax arretrati tal-collective agreement li ħaddiema oħra ħadu? Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Tista' il-Ministru tara jekk is-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux tieħu pensjoni tajba peress li jidher li għandha pensjoni baxxa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Tista' il-Ministru tara li jinħarġu l-flus tal-wens tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nformata bid-dettalji relattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tagħti lista dettaljata, bl-indirizz eċċ., ta' l-għaqdiet mhux governattivi - NGOs - li huma reġistrati u/jew magħrufa b'mod uffiċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fin-nuqqas, s’issa, ta’ sistema ta’ registrazzjoni ta’ Għaqdiet mhux Governattivi, liema nuqqas qed jiġi ndirizzat bil-liġi proposta dwar is-settur volontarju, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bid-dettalji ta’ dawk l-Għaqdiet mhux Governattivi u Support Groups li, f’dawn l-aħħar ħames snin, applikaw għal fondi mill-Vot provdut apposta fl-Estimi Finanzjarji taħt il-Ministeru tiegħi.
dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Każ dwar file number
Question
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għadu mingħajr file number?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tibda tiġi proċessata hekk kif tipproduċi d-dokumenti mitluba mid-Dipartiment meta ressqet it-talba fl-1 ta’ Lulju 2005.
Ħal-Luqa — Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija l-ħaddiema tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jagħmlu inspection f'fond f'Ħal-Luqa li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-ġranet li ġejjin l-Awtorita` tad-Djar mistennija tiffissa d-data għall-ispezzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' relief ta' omm li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi separata b'tifla u li m'għandha l-ebda dħul ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie konkluż u l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-miktub dwar dan mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għal kulmin għandu lift fl-appartamenti tal-gvern provdut mill-awtorita' tad-djar mingħand il-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inbidlulhom il-kondizzjonijiet tal-ftehim b'mod partikolari klawsola 10 kif jidher mid-dokument li wkoll qed jintbagħat separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita` tad-Djar tesiġi li kull fejn jiġi stallat lift fi blokk tal-Gvern tiġi ffurmata Assoċjazzjoni tar-Residenti. Din l-Assoċjazzjoni tkun responsabbli għall-manutenzjoni regolari u tiswijiet meħtieġa fil-lift, kif ukoll għal spejjeż oħra relatati.
Il-manutenzjoni tal-lift fl-ewwel sena jitħallas mill-Awtorita` tad-Djar peress li dan is-servizz ikun inkluż fil-kuntratt tax-xiri u l-istallar tal-lift. Wara din l-ewwel sena l-Assoċjazzjoni tar-Residenti tidħol responsabbli li tagħmel ftehim direttament ma’ xi kumpannija li tagħżel hi biex issir il-manutenzjoni tal-lift.
L-Awtorita` torbot biss lill-Assoċjazzjoni bir-responsabbilita` li l-lift jinżamm f’kundizzjoni tajba u operabbli u ma tindaħalx fl-għażla tal-kumpannija u wisq anqas fil-kundizzjonijiet tal-ftehim dwar il-manutenzjoni. Dawn il-kundizzjonijiet ikunu stabbiliti bi ftehim bejn il-kumpannija u l-Assoċjazzjoni tar-Residenti a bażi tal-policies tal-kumpannija konċernata u r-regolamenti tal-ġurnata dwar il-lifts u dawk tas-saħħa u s-sigurta`.
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm illi fil-housing estate ta' Barbara Street, Ħamrun jiġu stallati l-lifts? Jekk f-affermattiv, meta beħsiebu jiġi inizjat dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita` tad-Djar tikkonsidra applikazzjonijiet għal stallar ta’ lifts fi blokki residenzjali tal-Gvern skond l-iskema ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta’ April 2005.
Ninsab infurmata li l-Awtorita` ma rċeviet ebda applikazzjoni għal stallar ta’ lift taħt din l-iskema minn residenti tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Tista' il-Ministru tirriispondi mistoqsija parlamentari 13583 u tagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.