Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18885 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Parkeġġ

Question

Jista' l-Kummissarju tal-Pulizija jikkunsidra li l-arċiprieti/kappillani u l-viċi tagħhom jiġu awtorizzati jipparkjaw il-karozzi tagħhom f'postijiet ristretti waqt il-qadi ta' dmirijiethom bħalma hu l-każ għat-tobba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma tinħassx il-ħtieġa għall-ħruġ ta` permessi hekk kif suġġerit mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #18887 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Esproprjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art indikata fuq pjanta li qed tintbagħat separatament, illi ilha għal dawn l-aħħar 70 sena maħduma u kkultivata mill-istess familja, liema art ġiet indikata fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' April, 2000 għal liema skopijiet pubbliċi se tiġi esproprjata? Min se jkun il-benefiċċjarju tagħha? Għal liema raġuni se tiġi esproprjata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-art indikata fuq il-pjanta li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru hija proprjeta` tal-Gvern. Din l-art kienet imqabbla u permezz tad-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta, li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta` April 2000, il-qbiela ta` din l-art ġiet itterminata. Ninsab infurmat ukoll li din l-art hija nkluża fl-art li hemm il-ħsieb li tiġi nkluża fil-Proġett tal-White Rocks. Għal aktar dettalji dwar dan il-proġett, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tat-Turiżmu.
Leg 9 PQ #18889 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-area fil-village core li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex se tiġi żviluppata jew titwaqqa'? Jekk iva, x'se jsir u x'bini se jitwaqqa? Hemm ħsieb li din id-deċiżjoni tinbidel peress li din hija area antika?

Response (BORG, TONIO)

Il-policy ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hi li kemm jista` jkun ma jintilifx il-wirt urban ta` l-istreet pattern li għandna fil-qalba ta` l-irħula Maltin. Toroq wiesgħa mhux biss ifissru tkissir u demolizzjoni ta` djar li jistgħu jittranġaw għall-abitazzjoni, imma żieda ta` traffiku u konġestjoni żejda fiċ-ċentru. Dan hu konfermat fil-Pjan ta` Struttura. Għaldaqstant twessiegħ ta` toroq ma jistgħax ikun rakkomandat.
Leg 9 PQ #18892 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Imsida - Spralli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispralli tal-ventilazzjoni li hemm fuq il-bankini ġo Triq Ġdida, St Venera Rd., Imsida, għandhomx il-permessi neċessarji mill-Planning Authority? Jekk le, x'se jsir biex tiġi rranġata l-bankina?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret minn uffiċjali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, jirriżulta li s-sid ta` garaxxijiet li ġew mibnija fil-livelli tal-'basement', ħoloq spralli taħt il-bankina u barra mill-linja tal-bini bi skop li jipprovdi mezz ta` ventilazzjoni lill-istess garaxxijiet. Għalkemm dawn il-garaxxijiet huma koperti bil-permessi tal-bini meħtieġa, l-istess spralli saru mingħajr ebda approvazzjoni. Għaldaqstant qed jittieħdu l-passi ta` infurzar skond l-Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp fejn inħareġ avviż tat-Twettieq kontra min huwa responsabbli. (ECF 689/00). L-Iżviluppatur ġie avvżat sabiex ireġġa` lura l-iżvilupp għal mod kif ġie approvat fil-permess oriġinali u dan billi jelimina l-ispralli in kwistjoni. Fil-frattemp l-iżviluppatur issottometta applikazzjoni sabiex jirregolarizza din il-pożizzjoni (PA 3488/00). Minħabba f`hekk, skond kif huwa stipulat fl-istess Att, l-avviż ta` Twettieq irid jieqaf milli jkun operattiv sakemm l-applikazzjoni tiġi deċiża b`mod finali. Is-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ser tibqa` ssegwi l-każ sakemm il-proċeduri kollha ta` Infurzar jiġu eżawriti skond il-liġi.
Leg 9 PQ #18305 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq minn djar privati mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-20 ta` Lulju 2000, il-Pulizija kellha 361 rapport ta` serq minn djar. Infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew solvuti 28 il-każ.
Leg 9 PQ #18306 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Stabilimenti Kummerċjali - Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq minn stabilimenti kummerċjali mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-18 ta` Lulju 2000, il-Pulizija kellha 856 rapport ta` serq minn stabbilimenti kummerċjali. Infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew solvuti 47 il-każ.
Leg 9 PQ #18307 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi - Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq minn vetturi mil-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-18 ta` Lulju 2000, il-Pulizija kellha 2,039 rapport ta` serq minn vetturi. Infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew solvuti 18-il każ.
Leg 9 PQ #18625 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17358 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17358 ingħatat f`Seduta Nru. 356.
Leg 9 PQ #18260 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Enforcement orders

Question

L-Awtorita' ta' l-Ippjanar kemm għandha enforcement orders xi twettaq bħalissa? Ta' liema natura huma? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' liema enforcement orders li jridu jitwettqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha 1,080 enforcement orders xi twettaq. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-enforcement orders.
Leg 9 PQ #18349 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Xogħol ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s-Segretarju Parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18616 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17348 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18255 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Pescatore

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar milli tinforza d-deċiżjoni tagħha li tneħħi l-istrutturi llegali tal-Pescatore f'San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` ġie aċċennat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16573, il-każ ġie riferut sabiex tittieħed azzjoni diretta mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-mument opportun sabiex jitneħħew l-istrutturi legali.
Leg 9 PQ #18586 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mużika ġo diskoteki

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ġustifikazzjoni li biha - din is-sena wara r-regolamenti ġodda - waqt li l-istabiliment tal-Gianpula u oħrajn qed jitħallew iżommu l-mużika sa l-4.00 a.m., jek mhux aktar, il-Grotta f'Għawdex qed jiġi ordnat jagħlaq il-mużika mis-2.00 a.m.? Iż-żewġ stabilimenti huma open air u s-sena li għaddiet tqiesu li jissodisfaw il-kriterji li hemm anqas minn 100 resident fuq dawra ta' 500metru.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-talba sabiex tkun tista` tindaqq mużika fil-miftuħ bejn is-2.00a.m. u l-4.00a.m. fl-istabbiliment La Grotta ġiet rifjutata peress li kien meqjus li din ma kienetx tissodisfa r-rekwiżiti li l-post ikun jinsab f`distanza ta` aktar minn 500 metru `l bogħod minn post abitat. Minkejja dan, l-applikant jista` jikkontesta din id-deċiżjoni billi jagħmel appell quddiem it-Tribunal ta` tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #18650 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Gallarijiet ta' l-injam

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm flus ġew effettivament żburżjati sabiex isiru numru ta' gallarijiet ta' l-injam taħt l-iskema relattiva u jistax ukoll jiġi elenkat kemm kien hemm persuni li bbenefikaw minn dan u jistgħux dawn jitqassmu skond liema bliet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kienu tnedew żewġ skemi mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar gallarijiet ta` l-injam, waħda fl-1996, u oħra fl-1999. It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : - Skema 1996 - 1997 ----------------- Imħallsa Kommessi -------- -------- Lokalita` Nru. ta` Ammont Nru. ta` Ammont Applikanti (Lm) Applikanti (Lm) Birgu 13 3,217.36 3 1,171.00 Bormla 3 972.00 6 2,240.00 Isla 15 4,544.00 7 2,632.00 Kalkara 2 625.00 5 1,820.00 TOTAL 33 9,358.36 21 7,863.00 Skema 1999 - 2000 ----------------- Kommessi -------- Lokalita` Nru. ta` Ammont Applikanti (Lm) Birgu 9 2,689.00 Bormla 8 3,450.00 Isla 6 2,740.00 Kalkara 2 800.00 TOTAL 25 9,679.00
Leg 9 PQ #18651 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Imsida - Karozzi bla liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu fuq il-karozza bla liċenzja u li qegħdin jiżgumbraw żona li suppost tinżamm żgumbrata fi Triq l-Irmiġġ, l-Imsida u dan wara li ilhom isiru rapporti għal diversi snin mir-residenti u baqa' ma sar xejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-vetturi li kienu b`xi mod joħolqu ngombru fit-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, tneħħew.
Leg 9 PQ #18145 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sezzjoni tal-Klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sezzjoni tal-klieb tal-pulizija ġiet imwaqqfa milli tkompli tagħmel xogħol regolari fid-dwana tal-portijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija, tkun dettaljata fl-inħawi tas-Sea Terminal, skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #18148 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Konsulenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18129.
Leg 9 PQ #18233 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Baħrija — Spiżerija

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari numru 17393 dwar l-ispiżerija fil-Baħrija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 2480/99 ma dehritx quddiem il-Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp fit-12 ta` Lulju 2000 kif indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17393 għar-raġuni li dakinhar ma kienux appuntati rikonsiderazzjonijiet. Din l-applikazzjoni ser tiġi trattata mill-Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp fl-24 ta` Lulju 2000. L-applikant u l-perit diġa` ġew infurmati bid-data u l-ħin ta` din is-seduta.
Leg 9 PQ #18506 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' vjolenza domestika fuq nisa matul din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-0norevoli Interpellant, ġew irrapurtati lill-Pulizija 74 każ li jistgħu jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika.
Leg 9 PQ #18507 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mtella' qorti fuq tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu u tressqu l-qorti persuni li kienu qed ipejpu waqt li kienu qed jużaw it-trasport pubbliku matul l-1999 u sal-lum, is-sena separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant, inqabdet mill-Pulizija persuna waħda li kienet qed tpejjep waqt li kienet f`xarabank.