Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31552 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex tinxtara għamara għall-MCAST? Meta ħarġu l-offerti pubbliċi biex tinxtara l-għamara? Min awtorizza x-xiri tal-għamara?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31553 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Soċjali — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2001 kif intefaq il-vot għall-edukazzjoni speċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Vot ta' l-Edukazzjoni Speċjali (Vot 5270) kien jammonta għal Lm240,000. Din is-somma ġiet mgħoddija lill-Eden Foundation f'erba' pagamenti ta' madwar Lm60,000 'l wieħed. Din is-somma tkopri salarji ta' facilitators ma' tfal klijenti ta' l-Eden Foundation fi skejjel tal-Knisja, kif ukoll ta' xi professjonisti li jservu fil-fondazzjoni, u spejjeż oħra ta' amministrazzjoni ta' l-istess fondazzjoni. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni titlob rendikont dettaljat dwar kif jintefqu l-flus. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kkuntrattat din il-Fondazzjoni sa mill-1996 - liema servizz żdied progressivament sena wara sena.
Leg 9 PQ #31555 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Civil Works

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta tħejjiet is-sejħa għall-offerti għal civil works fiċ-Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza ibbażat f'Pembroke? Meta ġiet mgħoddija lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sejħa għall-offerti għal civil works fiċ-Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza f'Pembroke ġiet imħejjija fl-2001 u mgħoddija lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fis-6 ta' Ġunju 2001.
Leg 9 PQ #31557 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf l-Istatementing Moderating Board? Kemm intefqu flus fuq ix-xogħol ta' dan il-Board? Fuq x'hiex intefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istatementing Moderating Panel twaqqaf fis-27 ta' Ġunju, 2001. L-infieq li sar sa issa hu kif se nsemmi: 300 Pocket Files x 15c Lm 45.00 3 Kaxxi photocopying paper x Lm9.50 Lm 28.50 3 Toners għall-photocopier Lm 60.00 Posta minn Settembru 2001 Lm480.00 1 Calculator u stationery ieħor Lm 20.00 1 Four drawer steel filing cabinet Lm135.00 1 Two drawer steel filing cabinet Lm 75.00 Total Lm843.50 Għad iridu jsiru ħlasijiet tal-ħidma tal-membri fuq il-Bord.
Leg 9 PQ #31586 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilita li studenti fl-Universita li jeħlu fl-eżamijiet f'xi sena partikolari u li jkollhom jirrepetu s-sena ma jinqgħatalhomx l-istipendju b'mod li ma jkunux ta' piż għall-familji tagħhom u anke jkun possibbli li fil-fatt ikomplu jistudjaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-miżura li studenti li jirrepetu xi sena li għaliha diġa` jkunu ħadu stipendju, ma jerġgħux jieħduh waqt li qed jirrepetu, ilha teżisti minn meta kienu ntrodotti l-istipendji. Diġa` qed ikunu vvutati madwar Lm8 miljun fis-sena biex imorru għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti. Din hi spiża konsiderevoli. L-istudenti japprezzaw l-investiment li l-pajjiż qed jagħmel fihom u jagħmlu ħilithom kollha biex jiksbu l-aħjar riżultati fl-eżamijiet.
Leg 9 PQ #31588 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Foundation of International Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni tal-Foundation of International Studies in kwantu għal personnel u finanzi/budgeting? Veru li mhux qed ikun hemm flus biżżejjed biex jitħallsu l-ħaddiema b'mod li kellhom jiġu utilizzati flus li suppost marru għal skopijiet oħrajn? Xi skopijiet oħrajn kienu dawn u kemm ilha din is-sitwazzjoni? Xi pjanijiet għandu l-gvern għal din il-foundation?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn mindu l-Gvern fl-1997 naqqas il-kontribuzzjoni tiegħu lill-Fondazzjoni għal Lm140,000 (minn Lm210,000 fl-1996) u għal Lm90,000 fl-1998, din sabet ruħha f'pożizzjoni li trid tiġġenera mal-Lm150,000 aktar fi qliegħ fis-sena biex tibbilanċja l-budget. Minn dak iż-żmien il-Fondazzjoni rduppjat l-isforzi tagħha u rnexxilha tiġġenera ħafna attivita` tant li kull sena, ħlief l-aħħar sentejn, irnexxilha tagħlaq b'bilanċ favorevoli. Għall-dawn l-iżbilanċi għamlet tajjeb il-Fondazzjoni permezz tar-riservi tagħha u bl-għajnuna ta' l-Universita`. Il-Ministeru u l-Universita` bħalissa qed jiddiskutu biex jiġi stabbilit l-aħjar użu li jista' jsir mill-esperjenza u riżorsi li jeżistu fil-Fondazzjoni. Minn mindu din twaqqfet, sittax-il sena ilu, saru ħafna bidliet u żviluppi fil-qasam ta' l-edukazzjoni internazzjonali u l-iskop ta' l-eżerċizzju li qed isir, u li nispera li jintemm ma jdumx, hu li Malta tattrezza ruħha biex tisfrutta aħjar l-opportunitajiet ġodda li qed jinħolqu. Dan l-eżerċizzju għandu wkoll bħala skop li l-Fondazzjoni jkollha l-mezzi finanzjarji meħtieġa sabiex taqdi l-mandat tagħha.
Leg 9 PQ #31684 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Venera — Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex mhux dejjem qed ikun hemm pulizija ħdejn l-iskola ta' Santa Venera meta t-tfal ikunu ħierġin mil-iskola? Jista' l-Ministru jara li issir manutenzjoni fil-bitħa tal-istess skola peress li hija meħtieġa ħafna?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-ewwel parti tlabt lid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni jindaga mal-Pulizija s-sitwazzjoni biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija għaddejt it-talba lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.
Leg 9 PQ #31686 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Post Graduate Courses — Teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu post-graduate courses ta' teachers li fihom qed jingħataw l-istipendji? X'sar mit-teachers li kien hemm fil-home economics seminar centre f'B'Kara? Għalfejn sena ilu kienu ingħataw transfers lit-teachers f'din s-sezzjoni, meta issa baqgħu bin-nieqes?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti fil-P.G.C.E. li huma stipendjati hemm 27 fl-Edukazzjoni Personali u Soċjali, 3 fil-Ġeografija u 9 fix-Xjenza. Informat ukoll li l-'Home Economics Seminar Centre' ta' B'Kara għadu jiffunzjona bi programm li qiegħed dejjem jiżdied. Żewġ għalliema telqu miċ-Ċentru mill-bidu ta' din is-sena skolastika għaliex waħda laħqet Assistent Kap ta' Skola u oħra talbet biex tmur fuq programm ieħor fil-'peripatetic service' li tagħti d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Iż-żewġ għalliema li naqsu ġew sostitwiti immedjatament minn żewġ għalliema oħra kkwalifikati u ċ-ċentru ma baqax bin-nieqes.
Leg 9 PQ #31700 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Track

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija nru. 30734, jista' jelenka l-ismijiet tal-individwi/kumpaniji li tefgħu l-offerti għall-bdil tal-wiċċ tat-track tal-Marsa? Jista' jagħti d-dettalji ta' kull offerta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-individwi / kumpaniji li tefgħu offerti għall-bdil tal-wiċċ tat-track tal-Marsa huma: Three Eight Nine Ltd Mizzi Group Ltd M.Quip o.b.o. Syntex U.K. Ltd Victor Falzon & David Agius C.E.I.S. S.p.A. J.G. Cassar A.X. Construction Ltd Haffa A.G. (Svizzera) Minhabba li din it-tender għadha qed tiġi aġġudikata ma hux opportun li jingħataw dettalji dwar l-offerti mitfugħa.
Leg 9 PQ #31722 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Awtorita' tax-Xandir

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont ta' multi li l-Awtorita' tax-Xandir immultat lill-istazzjonijiet tar-radios u TVs fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001? Kemm kien l-ammont li jappartieni lill-kull stazzjoni individwalment? Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm għadhom ma' tħallsux? Għal-liema raġunijiet ġew imposti dawn il-multi?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31724 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Storja ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid skondu il-kurrikulu nazzjonali, it-tagħlim tal-istorja ta' Malta huwa obbligatorju għaliex allura fiż-żewġ skejjel tal-Knisja li isimhom qiegħed taħt separate cover mhux qed isir tagħlim tas-suġġett f'livell sekondarju? Jista' jara u jiżgura li fl-iskejjel kollha ta' Malta dan is-suġġett jiġi mgħallem f'kull livell fis-sena skolastika li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fiż-żewġ skejjel imsemmija qed isir it-tagħlim ta' l-istorja ta' Malta. Informat li f'waħda minnhom isir darbtejn fil-ġimgħa u jidher fit-Time-Table bħala "History and Environmental Studies". Fl-iskola l-oħra qed isir darbtejn fil-ġimgħa wkoll. Fil-bidu ingħatat importanza l-Istorja Ġenerali, iżda issa l-enfasi qegħda fuq l-istorja ta' Malta.
Leg 9 PQ #31747 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra ir-rapport tal-bord tal-eżamijiet tal-Matsec għas-sena 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-rapport mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31777 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bonus Supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, pensjonant tal-armata, li qed jaħdem xogħol part-time mad-Dipartimen tal-Edukazzjoni qed jirċievi tnaqqis fil-bonus supplimentari?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna konċernata hija mpjegata bħala Casual Cleaner mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Il-bonus ta' ħaddiema f'din il-kategorija jinħadem pro rata skond in-numru ta' siegħat li jkunu nħadmu fis-sitt xhur ta' qabel.
Leg 9 PQ #31789 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq l-iskejjel primarji tal-Fgura tul dawn l-aħħar snin u jistax jiġi indikat x'xogħol sar?

Response (GALEA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #31792 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Librerija Pubblika

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema posizzjoni waslet l-librerija pubblika li qiegħda issir ġewwa l-Fgura u kemm flejjes f'kotba intefqu sa issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Librerija Pubblika (Fergħa) tal-Fgura tagħmel parti mill-bini ta' l-iskola Primarja tal-Fgura. Ix-xogħol ta' struttura u manutenzjoni li sar u qed isir fil-Librerija huwa parti mill-proċess ta' l-upgrading ta' l-iskejjel statali. Ix-xogħol li jonqos isir huwa dak ta' tqegħid ta' madum, dawl u ilma, twaħħil ta' bibien, twieqi u kanċell li jagħti għal barra. Il-Kunsill Lokali ħaseb biex jiffinanzja siegħat ta' ftuħ żejda tal-librerija, donazzjoni ta' kotba lil-librerija u jħallas l-ispejjeż tal-materjal għall-ixkaffar tal-librerija. Kemm ilha miftuħa l-librerija tal-Fgura, ġie stmat li ntefqu b'Lm5,600 f'kotba.
Leg 9 PQ #31523 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi problemi biex l-Istitut Marittimu tal-MCAST jorganizza l-kors tal-Fire Fighting? Min se jgħallem f'dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istitut Marittimu ta' l-MCAST ma jsib ebda problema biex jorganizza korsijiet tal-Fire-Fighting. Fil-fatt, minn mindu twaqqaf l-MCAST f'Ottubru ta' l-2001, l-Istitut Marittimu organizza, 26-il Kors ta' Basic Fire Fighting għall-korsijiet tal-liċenzji biex wieħed isuq dgħajsa b'mutur, kors ieħor ta' Basic Fire Fighting fil-kors tal-Yachtmaster, żewġ korsijiet ta' Fire Prevention & Fire Fighting għall-membri tal-flotta merkantili u Uffiċjali Kadetti ta' l-Istitut Marittimu, u Advanced Fire Fighting Course għall-membri tal-flotta merkantili u Uffiċjali Kadetti ta' l-Istitut Marittimu. Il-Korsijiet huma organizzati fuq standards ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima u l-Awtorita` Marittima ta' Malta, u qed jiġu mgħallma minn Instructors ikkwalifikati mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta' Malta.
Leg 9 PQ #31525 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jtemm ix-xogħol tiegħu l-Bord ta' l-Inkjesta mwaqqaf f'Diċembru li għadda biex jinvestiga diversi allegazzjoniijiet dwar irregolaritajiet fid-Dipartiment tas-Sales tal-PBS? Meta huwa mistenni li jissottometti r-rapport tiegħu? Il-Ministru jikkunsidra jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li ġejt informat li f'dan l-istadju m'hemmx wieħed xi jżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31264, tlabt lill-Bord tal-PBS biex jitlob li r-rapport ta' l-inkjesta jiġi sottomess.
Leg 9 PQ #31527 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol li ordna l-Bord tad-Diretturi tal-PBS lill-awdituri tal-kumpanija biex jiċċekkjaw ir-rekords tax-xhur ta' Novembru - Diċembru 2001 biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm xi rregolaritajiet minn membri tad-dipartiment tas-sales?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport ta' l-awdituri li l-Kumpanija kkommissjonat biex jiġu ċċekkjati r-rekords tax-xhur ta' Novembru u Diċembru 2001, issa tlesta u ġie sottomess nhar il-11 ta' Frar 2002. Informat ukoll li r-rapport issa ser jiġi kkonsidrat mill-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services Ltd biex ikunu jistgħu jiġu attwati r-rakkommandazzjonijiet ta' l-awdituri.
Leg 9 PQ #31545 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies kollha li jagħmlu xogħol relatat, direttament jew indirettament mal-Istatementing Moderating Board? X'xogħol jagħmlu? Kemm jitħallas ta' dan ix-xogħol? F'kull każ kif inhija stabbilita r-rata ta' dan il-ħlas?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Istatementing Moderating Panel jaqa' taħt id-Direttur għas-Servizzi għall-Istudent u għar-Relazzjonijiet Internazzjonali. Bħalissa jikkonsisti f'dawn il-membri: Ms Pauline Sammut (Acting Chairperson) Mr George Borġ (Membru) Ms May Aquilina (Membru). Hemm ukoll l-Appeals Board li hu magħmul minn: Mr Bernard Caruana (Chairperson) Ms Carmelina Debono (Membru) Mr Joe Camilleri (Membru). Kull membru jitħallas skond ir-rati uffiċjali stabbiliti mill-O.P.M. jiġifieri Lm8 għall-membri u Lm11 għaċ-Chairperson għal kull sessjoni. Dawn in-nies jiltaqgħu mal-ġenituri li jkunu applikaw. Jistudjaw il-każ, fejn ikun hemm bżonn jikkonsultaw esperti speċifiċi u jirrakomandaw il-bżonn jew le ta' l-appoġġ speċjali indikat.
Leg 9 PQ #31546 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators u Kindergarten Assistants — Ħlassijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2001 kemm intefqu flus fi ħlassijiet lill-facilitators u kindergarten assistants għal xogħol ma' studenti bi bżonnijiet speċjali 1) fl-iskejjel statali - primarji u sekondarji 2) fl-iskejjel tal-knisja - primarji u sekondarji. F'kull każ x'inhu n-numru ta' persuni li qed jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.