Is-Swieqi, l-Madliena, l-Ibraġġ, San Ġwann, il-Kappara, l-Imsida, is-Swatar, Ta’ Xbiex u l-Għargħur — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet li saru minn Marzu 2013 sad-data li fiha intbagħtet din il-mistoqsija parlamentari fuq toroq ġodda jew resurfacing ta’ toroq mill-Gvern fil-lokalitajiet tas-Swieqi, il-Madliena, l-Ibraġġ, San Ġwann, il-Kappara, l-Imsida, is-Swatar, Ta’ Xbiex u l-Għargħur?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Transport Malta – tfassil ta programm tax-xogħlijiet fuq it-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif jopera l-unit fi ħdan Transport Malta li hu responnsabbli mit-tfassil tal-programm tax-xogħlijiet fuq it-toroq? X’inhuma l-kriterji li jiddeterminaw liema triq tieħu preċedenza? Għal kemm jippjana fit-tul dan il-unit; għal ġimgħa, għal xahar, għal sena? Jista’ jgħid jekk dan il-unit għandux draft programme li jidentifika liema huma dawk it-toroq li se jsir xi xogħol fuqhom fix-xhur li ġejjin, u jekk għandu, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tali draft programme?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tat-Toroq fi ħdan Transport Malta għandu lista ta’ toroq li għad iridu jinbnew kif ukoll lista ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni. Dawn il-listi jkunu jridu jiġu integrati u aġġornati kontinwament skont il-prioritajiet tal-pajjiż u fatturi oħra bħalma huma fondi Ewropej, proġetti jew avvenimenti nazzjonali, l-urġenza tal-manutenzjoni, il-progress tal-formazzjoni (fejn għandhom x’jaqsmu toroq residenzjali ġodda), fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa fejn hu magħruf, ir-records juru li kien hemm żewġ membri parlamentari li kienu jew għadhom jaħdmu f’xi dipartiment fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Il-kelliemi preżenti tal-Oppożizzjoni għall-Biedja u Sajd preżentament jokkupa il-kariga ta’ Senior Architect, b’salarju ta’ ‘l fuq minn €25,00 fis-sena u allowances ta’ madwar €4651. Deputat ieħor tal-Oppożizzjoni kien jokkupa il-kariga ta’ Chairman u Chief Executive Officer tal-Building Industry Consultative Committee (BICC) b’ salarju ta’ €29,101 fis-sena, liema somma akkumulata eċċediet is-somma stipulata u dovuta, u li d-differenza għadha ma tħallsitx lura.
Jista’ l-Ministru jara li l-karozzi tal-linja bin-numri 72,73 u 201 jibdew jagħddu wkoll minn Ħal Kirkop peress li n-nies li joqgħodu Ħal Kirkop mhux qed jirnexxilhom jirkbu fuq il-karozza tal-linja numru 71 peress li meta tgħaddi minn Ħal Kirkop tkun mimlija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li fuq in-network il-ġdid tat-trasport pubbliku, ir-rotta 72 ser tiġi modifikata sabiex isservi il-lokalita’ ta’ Ħal Kirkop minn Triq ir-Ramlija u Triq San Pietru. Ir-rotta 73 ser tiġi modifikata sabiex fit-traġitt tagħha tipprovdi servizz għaċ-ċentru ta’ Ħal Safi u Triq iż-Żebbiegħ/Triq il-Lewżiet ġewwa Ħal Kirkop.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li waqt id-diskors tiegħi tal-budget, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra CD bl-informazzjoni kollha fuq ir-rotot il-ġodda kif ser jiġu implimentati fin-network il-ġdid.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-water culverts kif ukoll ġibjun / ġibjuni tal-ilma neċessarji biex Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq il-Franka, Triq Mons. A. Caruana u t-toroq tal-madwar fl-Imqabba ma jkomplux jegħrqu kull meta tagħmel ftit xita, anke għall-fatt illi ż-żona msemmija hija kkunsidrata mill-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar bħala area prone to flooding?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab informat li dan is-suġġeriment ser jiġi nvestigat.
Jista’ l-Ministru jara li fil-ħinijiet ta’ filgħodu l-karozza tal-linja bin-numru 71 tibda titlaq kull 10 minuti minflok kull 20 minuta peress li qegħda tkun mimlija x’ħin tgħaddi minn Ħal Kirkop?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, sas-seba ta’ filgħodu, il-frekwenza fuq ir-rotot 71 u 73 hija ta’ kull nofs siegħa. Fuq in-network il-ġdid tat-trasport pubbliku, l-frekwenza fuq dawn iż-żewġ rotot ser tiżdied għal kull għoxrin minuta mill-ewwel vjaġġ ta’ filgħodu u mhux kif jiġri illum li l-frekwenza tiżdied wara is-sebgħa ta’ filgħodu.
Fuq in-network il-ġdid ir-rotta 73 ser tkun qed tiġi modifikata sabiex fit-traġitt tagħha tipprovdi wkoll servizz fiċ-ċentru ta’ Ħal Safi u Triq iż-Żebbiegħ/Triq il-Lewżiet ġewwa Ħal Kirkop. Barra minhekk, ser tiżdied rotta ġdida bin-numru 74 li ser tkun qed tgħaqqad il-lokalitajiet taż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba u Ħal Farruġ mal-Belt Valletta. Il-frekwenza ta’ din ir-rotta sas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu ser tkun ta’ kull nofs siegħa, filwaqt li wara il-frekwenza taqleb għal kull siegħa.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li waqt id-diskors tiegħi tal-budget, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra CD bl-informazzjoni kollha fuq ir-rotot il-ġodda kif ser jiġu implimentati fin-network il-ġdid.
Jista’ l-Ministru jara li fil-Ħdud, l-ewwel karozza tal-linja bin-numru 71 tibda titlaq fil-5:30am minflok fil-5:50am peress li min ikun se jibda x-xogħol fis-6.00am mhux qed jilħaq jasal għax-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa ppjanat li fin
-network
il-ġdid tat-trasport pubbliku, fil-Ħdud, l-ewwel karozza tal-linja fuq ir-rotta 71 tibda titlaq qabel il-5:30 ta’ filgħodu.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li waqt id-diskors tiegħi tal-budget, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra CD bl-informazzjoni kollha fuq ir-rotot il-ġodda kif ser jiġu implimentati fin-network il-ġdid.
Jista ' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema partijiet tax-xogħol marbut mat-Tent-T għadu ma twettaqx? Meta hu mistenni li jitwettaq? B'mod partikolari, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li titkompla dik il-parti tal-proġett li tgħaqqad lill-San Pawl il-Baħar, mal-Mellieħa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tar-regolament tal-Unjoni Ewropea 1315/2013, li jkkonċerna l-linji gwida għar-reviżjoni tat-Trans-European Transport Network (TEN-T), l-istess network tat-TEN-T ġiet estiża minn 51km għal 112km.
L-istess regolament imsemmi hawn fuq, jobbliga lill-Istati Membri sabiex ilestu t-TEN-T Core Network sas-sena 2030 u t-TEN-T Comprehensive Network sas-sena 2050.
Fil-preżent hemm żewġ proġetti li huma ppjanati li jitlestew qabel is-sena 2020, li huma:
- Upgrade tal-junction tal-Kappara
- Upgrade tal-junction tal-Addolorata fil-Marsa
Jista’ l-Ministru jara li l-parkeġġ li hemm fi Triq Ċensu Farrugia fl-Imsida isir għar-residenti biss peress li qed ikun hemm ħafna karozzi bi pjanċi barranin?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20192.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasletir-Residential Parking Scheme f’Tas-Sliema? Jista’ jgħid għaliex f’dan il-qasam Tas-Sliema ma ġietx ikkalkulata bħala bliet u rħula oħra ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema ta’ Parkeġġ għar-Residenti f’tas-Sliema m’għadhiex koperta bl-Avviż Legali. Dan minħabba li tali skema kienet ġiet inkluża fl-Avviż Legali mingħajr ma sar perjodu ta’ prova skont il-prassi ta’ Transport Malta kif isir għal kull belt u raħal ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li użaw is-servizz tat-trasport pubbliku fis-sena 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba li fl-aħħar ftit xhur ġiet introdotta tallinja card, kien hemm ukoll bidla fil-metodu ta’ ġbir ta’ statistika rigward in-numru ta’ persuni li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku. Għaldaqstant, din l-informazzjoni għadha mhux disponibbli fil-preżent.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern għandu l-pjan jasfalta minn Settembru 2015 sal-aħħar ta’ din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minbarra dawn ix-xogħlijiet, bejn issa u l-aħħar ta’ Novembru Transport Malta se tkun għaddejja b’diversi xogħlijiet marbuta mal-avveniment taċ-CHOGM. F’dan ir-rigward, Transport Malta se tkun qed tasfalta mal-60,000 metru kwadru ta’ toroq.
Fil-ġimgħat u ġejjin ukoll, Transport Malta se tibda xogħlijiet fuq ir-rotot ta’ devjazżjoni li se jkunu qed jintużaw waqt il-Proġett tal-Kappara.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq Birkirkara, f’San Ġwann u dan peress li x-xogħol f’din it-triq ilu li nbeda mit-23 ta’ Marzu 2015, u li minħabba nuqqas ta’ ippjanar u ko-ordinament, ix-xogħol kellu jieqaf u t-tħaffir u t-tqattigħ li kien sar tat-triq ġie mgħotti b’mod temporanju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Birkirkara, San Ġwann huma maqsumin f’żewġ fażijiet. Ix-xogħlijiet fl-ewwel fażi kienu tal-Korporazżjoni tal-Ilma li ġew kompluti fil-15 ta’ Lulju 2015. Ix-xogħlijiet fit-tieni fażi huma mmexxija minn Transport Malta u se jinkludu t-tqegħid tal-kumplament tas-servizzi u drenaġġ u l-asfaltar ta’ din it-triq. Għaldaqstant ma narax li kien hemm nuqqas ta’ ippjanar bħal ma qed tallega l-Onor. Interpellant.
Ta’ min isemmi li t-tieni fażi hija parti mix-xogħlijiet preliminarji tal-Proġett tal-Junction tal-Kappara li jinkludu xogħol estensiv fuq numru ta’ devjazzjonijiet, inkluż l-imsemmija triq. Il-koordinazzjoni tat-tieni fażi għadha għaddejja.
San Ġwann – Triq San Ġwann tal-Għargħar — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol li qed isir fuq Triq San Ġwann tal-Għargħar f’San Ġwann, u dan peress li x-xogħlijiet qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti, kemm minħabba trabijiet, kemm minħabba r-riskji li hemm ta’ saħħa u sigurtà tar-residenti li jgħaddu minn hemm bil-pass, kif ukoll minħabba traffic jams li qed jkun hemm?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jitranġaw u jkun lest x-xogħol li qed isir fl-area ta’ Triq Bella Vista f’San Ġwann, u dan peress li x-xogħlijiet qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti, kemm minħabba trabijiet, kemm minħabba r-riskji li hemm ta’ saħħa u sigurtà tar-residenti li jgħaddu minn hemm bil-pass, kif ukoll minħabba traffic jams li qed jkun hemm?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul Triq Bella Vista, San Ġwann, ma hemm l-ebda xogħlijiet. Ix-Xogħljiet li huma għaddejjin huma iżjed l-isfel tul Triq San Ġiljan lejn Mater Dei u tul Triq San Ġwann tal-Għargħar. Fiż-żewġ każijiet, ix- xogħlijiet huma tal-Korporazzjoni tal-Ilma. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Rigward Triq B’kara f’San Ġwann, ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-triq huma maqsumin f’żewġ fażijiet. Ix-xogħlijiet fl-ewwel fażi kienu tal-Korporazżjoni tal-Ilma. Ix-xogħlijiet fit-tieni fażi huma mmexijin minn Transport Malta u se jinkludu t-tqegħid tal-kumplament tas-servizzi u drenaġġ u l-asfaltar ta’ din it-triq. Ta’ min isemmi li t-tieni fażi hija parti mix-xogħlijiet preliminarji tal-Proġett tal-Junction tal-Kappara li jinkludi xogħol estensiv fuq numru ta’ devjazzjonnijiet inkluż l-imsemmija triq. Il-koordinazzjoni tat-tieni fażi għadha għaddejja.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jitranġaw u jkun lest x-xogħol li qed isir fl-area ta’ Triq San Ġiljan f’San Ġwann, u dan peress li x-xogħlijiet qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti, kemm minħabba trabijiet, kemm minħabba r-riskji li hemm ta’ saħħa u sigurtà tar-residenti li jgħaddu minn hemm bil-pass, kif ukoll minħabba traffic jams li qed jkun hemm?
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol fuq Kappara Junction? Jista’ jgħid xi studji/rapporti saru/se jsiru sabiex jassigura li l-impatt tat-traffiku ikun mill-inqas possibli u sabiex jassigura li x-xogħol isir bl-inqas inkonvenjent għar-residenti tal-lokalijiet tal-madwar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-Junction tal-Kappara għandhom jibdew matul il-bidu tas-sena d-dieħla meta Transport Malta tibda’ xogħlijiet ta' upgrading u manutenzjoni fuq ir-rotot ta' devjazzjoni qabel ma jibdew ix-xogħlijiet attwali fuq il-junction.
Fit-tender tal-Junction tal-Kappara kienu mitluba wkoll proposti għall-imminiġġjar tat-traffiku bil-għan li titnaqqas il-kongesstjoni tat-traffiku.
Id-dettalji għadhom iridu jiġi diskussi mal-kumpanija magħżula biex tagħmel ix-xogħlijiet minħabba l-fatt li t-tender ħalla ċerta liberta’ dwar id-disinn tal-pont u għalhekk il-metodu ta’ kostruzzjoni għadu mhux dettaljat għal-fini tat-Traffic Management, iżda li ser issir emfażi biex fejn hu possibli jsir xogħol matul il-lejl biex jiġi mnaqqas l-inkonvenjent għas-sewwieqa li jużaw it-toroq tal-inħawi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq ġewwa l-lokalità ta’ San Ġwann (inkluż il-Kappara) li jaqgħu taħt ir-responsabilità tieghu li se jsir xi xogħol fuqhom bejn l-1 ta’ Novembru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jkun qed isir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta qiegħda fil-proċess li tikkuntratta xogħlijiet fit-toroq segwenti li fil-maġġoranza tagħhom huma responsabilta’ tal-kunsill lokali:
Triq Birkirkara
Triq G. Briffa
Triq Plejju
Triq R. Caruana Dingli
Triq Stefanotis
Dawn ix-xogħlijiet jinkludu interventi varji bħala parti mill-proġett tal-Kappara peress li dawn it-toroq se jintużaw bħala rotot ta’ devjazzjoni.
Dawn ix-xogħlijiet mistennija jinbdew bejn l-aħħar ta’ din is-sena u l-ewwel xhur tas-sena li ġejja.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Istudju, dwar il-Permanent Link bejn Malta u Għawdex, li kien ikkummissjonat minn Transport Malta u l-Gozo Business Chamber?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-mument opportun.