Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema prijorita' qegħdin toroq Bieb is-Sultan u Triq il-Għasel f'Ħaż-Żabbar li qed jistennew biex isiru għal-ewwel darba mill-Gvern Ċentrali

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-Triq Bieb is-Sultan u Triq il-Għasel qed isiru proċeduri sabiex tiġi esproprijata xi art fihom li għadha mhix żviluppata biex ix-xogħol fihom ikun jista' jsir.

Mosta — Triq San Silvestru

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-periklu li hemm fi Triq San Silvestru l-Mosta fil-parti d-dejqa li tiġi n-naħa ta' isfel mall-Knisja peress li dik il-parti tat-triq mhux one way u barra li hija dejqa u mudlama qed tikkawża perikolu serju w kontinwu għar-residenti u l-pedestrians? Jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir sleeping policeman jew xi forma ta' protezzjoni oħra mmedjatament. Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li rappreżentant tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għamlu survey fuq il-post u ser jitolbu lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jagħmel sleeping policeman fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Toroq — Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata t-tarmac it-triq li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija minħabba l-istat li tinsab fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga t-talba ta' l-Onor. Interpellant.

Zejtun — Triq Bugħarbiel

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema prijorita' qiegħda triq ġdida fi Triq Bugħarbiel ġewwa ż-Żejtun biex tingħata l-ewwel surfacing mill-gvern ċentrali peress li hemm residenti li ilhom li ħallsu r-road contribution 'l fuq minn għaxar snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga t-talba ta' l-Onor. Interpellant.

Zabbar — Triq ir-Redentur - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda t-twessiegħ ta' parti tat-Triq Redentur f' Ħaż-Żabbar (biswit il-barumbara)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23019 li ngħatat f'seduta 478.

Zabbar — Toroq

Question

Peress li l-istat tat-Triq Ġuseppe Micallef u Wesgħa Alofju Wignacourt f'Ħaż-Żabbar huma tali li kważi ma tistax tgħaddi b'karozza, jista' l-Ministru jara tistax issir soluzzjoni imqar temporanja (bħal invellar tat-triq) biex tittaffa l-ħsara ta' vetturi u l-inkonvenjent lir-residenti, sakemm isir is-surfacing kif suppost?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għad hemm ħafna żvilupp li għadu qed isir f'din it-triq u għalhekk ma jistax jsir xogħol fiha mid-Dipartiment bħalissa.

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm ġew Malta fl-1999, 2000 u 2001 u minn liema pajjiżi kienu? Jista' jgħid x'tip ta' vapuri kienu fl-aħħar sentejn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari Nru. 12799, 21217, 21538 u 21998, jien infurmat li bejn l-1992 u l-1995 daħlu Malta 122 bastiment tal-gwerra: 1992 - 17 1993 - 31 1994 - 28 1995 - 46

Baħar iċ-Ċagħaq — Triq Qalet Marku

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa ħalli Triq Qalet Marku, Baħar iċ-Ċagħaq tiġi asfaltata ħalli ma tibqax inħarbta bi djar jiġu ffladjati meta tagħmel ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Toroq qed jindaga l-problema u jistabilixxi x'l-aħjar li jsir,fl-area kollha ta' Baħar iċ-Ċagħaq.

Ħamrun — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax issir mera f'Triq Karmenu Abela kantuniera ma' Triq Ħal-Qormi, Ħamrun?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara hemmx bżonn isir ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant.

Xatt Lascaris

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistax il-moll f'xatt Lascaris jitħalla disponibbli għall-użu tal-pubbliku ġenerali meta ma jkunx hemm vapuri/cruiselines ankrati fejn il-moll?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima kienet għalqet l-aċċess għall-pubbliku għax-Xatt ta' Lascaris minħabba s-sigurta meħtieġa wara li kien hemm żieda qawwija fin-numru ta' vapuri tal-passiġieri li jorbtu ma' dan il-moll. Matul din is-sena l-ammont ta' dawn il-vapuri għandu jkompli jikber. Madankollu, l-Awtorita' Marittima ġieli tat konċessjoni sabiex jinfetaħ il-moll għall-pubbliku f'okkażżjonijiet speċjali bħal per eżempju fil-ġranet meta ssir ir-regatta.

Swieqi — Dħul u Ħruġ Adegwat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew se jsir mid-dipartiment tat-toroq biex jinvestiga t-talba li għamilt f'mistoqsija parlamentari nru 23522 dwar dħul/ħruġ adegwat fis-Swieqi? Meta huwa ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dwar it-talba ta` l-Onor. Interpellant, id-Dipartiment irid jivvaluta l-aspetti tekniċi, l-bżonnijiiet tat-traffiku u regoli ta` urbanistika biex ikun jista` jifforma opinjoni jekk il-proposta għandiex tiġi addotata jew le. Tajjeb wieħed iżid li jidher li l-area ndikata hi waħda li skond il-pjan ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hi ntenzjonata għall-bini.

Dipartiment tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-toroq għamilx is-survey li ilu snin iwiegħed li se jagħmel ta' Triq il-Palazz l-Aħmar, Santa Venera, bl-iskop li jkun jista' jibni mill-ġdid din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li s-'survey' li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant sar u proposti għall-xogħolijiet meħtieġa fil-lokalita' qed jiġu ppreparati.

Dipartiment tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq iddeċidiex dwar it-talba li għamillu l-Kunsill Lokali Santa Venera fl-1999 biex jibni Triq Vincenzo Buġeja u Triq il-Kanonku Bonnici bl-iskop li l-istess kunsill ikun jista' jasfalta mill-ġdid Triq il-Lunzjata li propju minħabba l-formazzjoni ta' dawn iż-żewġ toroq ġodda qed issofri danni fil-wiċċ tagħha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għad m`hemmx deċizjoni dwar dawn ix-xogħolijiet minħabba li qed isiru diversi xogħolijiet oħra fi Psaila Street fil-lokalita`.

Karozzi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi reġistrati ġodda fil-gżejjer Maltin separatament matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jwieġeb bl-istess informazzjoni għall-istess xahar għas-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba minn l-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.

Dipartiment tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq fassalx il-programm tiegħu għall-asfaltar mill-ġdid jew ristrutturazzjoni ta' toroq arterji jew distributoriji għal din is-sena u jekk fl-affermattiv liema huma dawn it-toroq lokali, arterji u distributorji u f'liema lokalitajiet qegħdin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18207 li ngħatat f'seduta 352.

Xarabanks

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) X'kienu r-reazzjonijiet għall-avviżi ppubblikati dan l-aħħar fil-Gazzetta tal-Gvern għax-xiri ta' xarabanks ġodda tal-linja u għall-makni tal-biljetti? 2) X'inhu issa l-pass li jmiss? 3) Meta hu maħsub li jkun hemm deċiżjoni finali dwar iż-żewġ avviżi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dwar l-avviż ippublikat dan l-aħħar fil-Gazzetta tal-Gvern, għal xiri ta` xarabanks ġodda, saru xi laqgħat bejn l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku fejn ġew spejgati fid-dettal l-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda (kif ġew amendati minn dawk ta` 1995/6). Kien hemm offerta minn kumpanija waħda fejn din offriet il-mudell ta` xarabanks li tipproduċi. Dwar l-offerta tal-makni tal-biljetti jien infurmat li din it-tender għalqet il-Ħamis l-1 ta` Frar. Kien hemm 10 offerti li tnejn minnhom ma kwalifikawx għax ma kellhomx Bid Bond. It-tmienja l-oħra qed jiġu analiżżati minn Kumitat maħtur apposta fejn għandu jissottometti rapport ta` din l-analiżi u finalment tittieħed deċiżjoni.

Reserved Parking Bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi policy ġenerali dwar reserved parking bays quddiem Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, Awtoritajiet Pubbliċi u Uffiċċji ta' Kunsill Loakli u jekk fl-affermattiv x'inhi din il-policy?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ġiet mogħtija fir-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Nru. 23901.

Naxxar — Triq l-Għakkies

Question

Peress li fi Triq l-Għakkies, Naxxar, hemm partijiet li mhux asfaltati, partikolarment quddiem residenzi 18 u 20, jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel spezzjoni fil-lokalita` u rriżulta li d-djar Nru 18 u 20 huma fit-tarf tat-triq. Jidher li din it-triq kienet kollha asfaltata iżda minħabba li sar xogħol ta` kostruzzzjoni kbir aktar l-isfel minn dawn id-djar, din il-parti tat-triq sofriet brix fil-wiċċ tagħha. Din it-triq tista tiġi resurfaced mal-parti tat-triq li trid tinbena biex tasal sa ż-żona tal-iżvilupp il-ġdid.

Imrieħel — By-Pass

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23791 dwar l-ilma li jinġema fil-parti tal-bypass ta' l-Imrieħel li tiġi wara l-fabbrika tad-Dowty biswit l-area magħrufa ta' Tal-Blat II, Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-bankina f'din il-parti? Peress li t-tweġiba tal-Ministru tagħti tagħrif dwar il-bypass ta' l-Imrieħel u mhux l-area indikata, jista' l-Ministru jwieġeb dwar l-area imsemmija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li l-Onor. Interpellanta qegħda tirreferi għal bini ta' bankini li soltu jsir mill-Kunsill Lokali, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiddiskuti s-sitwazzjoni msemmija mill-Onor. Interpellanta mal-Kunsill Lokali.