Jista' l-Ministru jgħid x' kienet in-nefqa totali (għal kull sptar individwali ) għall-ħaddiema kollha f'kull wieħed minn dawn l-isptarijiet għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016:
a. Sptar Mater Dei;
b. Sptar Karen Grech; u
c. l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena tan-nefqa totali għall-ħaddiema bejn l-2013 u l-2015 fl-isptarijiet imsemmija minnu kienet ta’ €166,636,683.42.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana għas-snin 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-dipartiment tal-kura primarja isir accounting exercise għad-dipartiment sħiħ u mhux għal kull ċentru tas-saħħa separat.
Jista' l-Ministru jindika x'inhi r-raġuni għaliex il-parkers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei għandhom paga differenti mis-securities li jaħdmu ġewwa l-Isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħaddiema tas-sigurta’ u li jaħdmu fil-parkeġġ ġewwa l-isptar Mater Dei jonoraw kuntratti b’kundizzjonijiet differenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’servizzi ngħataw mill-Berġa tas-Saħħa ġewwa Santa Luċija u kemm persuni attendew matul l-2016? X’tiswijiet saru fl-istess Berġa u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa Santa Luċija jingħata servizz ta’ tabib tal-familja, ta’ infermiera u ta’ Speech Language Pathologist.
Matul l-2016 kien hemm 1,926 persuni li ħadu servizz minn din il-berġa.Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27168.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-Berġa tas-Saħħa ġewwa l-Fgura? X’servizzi ngħataw u kemm persuni attendew matul l-2016? X’tiswijiet saru u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-Berġa tas-Saħħa ġewwa l-Fgura bejn id-Dipartiment tal-Kura Primarja u l-Kunsil Lokali għadhom għaddejjin.Fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa l-Fgura jingħata servizz ta’ tabib tal-familja, ta’ infermiera u ta’ Speech Language Pathologist u matul l-2016 attendew 2,022 persuna.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’servizzi ngħataw fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa ż-Żejtun u kemm persuni attendew matul l-2016? X’tiswijiet saru u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan, kif ukoll x’inhuwa previst li jintefaq tul is-sena 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa ż-Żejtun jingħata servizz ta’ tabib tal-familja, ta’ infermiera u ta’ Speech Language Pathologist filwaqt li matul l-2016 attendew 4,623 persuna.
L-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – spiża ta’ mediċini wżati
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28849, jista’ l-Ministru jgħid meta qal li l-ispiża medja ta’ mediċini wżati fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta' €25,122,607 bejn l-2012 u l-2015, minn dan l-ammont kemm kien f'nefqa ta' mediċini għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-istess perjodu għal kull sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28849 nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża medja ta’ mediċini wżati fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta' €25,122,607 bejn l-2013 u l-2015. Ninformah ukoll illi l-medja ta’ mediċini wżati fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta’ €1,331,692 bejn l-2013 u l-2015.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi estiż is-servizz ta' social worker fiċ-Ċentri tas-Saħħa li bħalissa huwa limitat biss għaċ-Ċentri ta' Birkirkara u Cospicua?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm s-servizz ta’ social worker qed ikun offrut fl-imsemmija żewġ ċentri tas-saħħa, dan is-servizz jista’ jagħmel użu minnu kulħadd u ma hemm l-ebda waiting list. Ninformaha ukoll illi dan is-servizz jista’ jingħata ġewwa d-djar skont l-esiġenzi tal-pazjenti tagħna.
Ċentri tas-Saħħa – Ħal Qormi u Birkirkara – Sports and Exercise Medicine Clinic
Question
Jista' l-Ministru jgħid, minn mindu fetaħ is-servizz tal-iSports and Exercise Medicine Clinic fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Ħal Qormi u Birkirkara f'Marzu 2016, kemm kien hemm persuni li għamlu użu minn dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ftuħ tal-Sports and Exercise Medicine Clinic sa’ l-aħħar ta’ Novembru 2016 kien hemm 122 pazjenti ġodda li għamlu użu minn dan is-servizz.