Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – fire systems — disinn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema unit fi ħdan l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà hu involut fid-disinn ta’ fire systems (inkluż fire doors) li jkunu se jiġu stallati? Xi kwalifiki għandhom il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu dan?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – monitoring tal-istallazzjonijiet ta’ fire systems

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema unit fi ħdan l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà hu involut fil-monitoring tal-istallazzjonijiet tal-fire systems (inkluż fire doors)? Xi kwalifiki għandhom il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu dan?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – fire systems — commissioning

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema unit fi ħdan l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà tiġi involuta fil-commissioning ta’ fire systems (inkluż fire extinguishers) li jkunu ġew stallati? Xi kwalifiki għandhom il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu dan?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – Fire systems — regoli tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kontrolli hemm mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà sabiex tassigura li l-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar fire systems qegħdin jiġu osservati f’pajjiżna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

fire systems — Ċertifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-entità jew dipartiment responsabbli miċ-ċertifikazzjoni finali tal-fire systems?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

inċidenti tan-nar – proċeduri ta’ saħħa u sigurtà

Question

Fl-eventwalità li jseħħu xi casualties riżultat ta’ inċidenti tan-nar f’postijiet pubbliċi, min hi/huma l-entità/entitajiet responsabbli li tipproċedi/jipproċedu kriminalment, ċivilment u anke minn perspettiva ta’ saħħa u sigurtà kontra l-persuna/organizzazzjoni responsabbli?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Pulizija reinstated

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 ġewx reinstated bi kwalsisasi mod ex uffiċjali tal-Pulizija li kienu jew irriżenjaw jew spiċċaw mill-Korp għal kwalunkwe raġuni iktar minn 15-il sena ilu? Jekk iva, kemm ġew reinstated u għal liema raġuni kienu spiċċaw mill-Korp, u meta kienu fil-fatt spiċċaw mill-Korp iktar minn 15-il sena ilu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara Marzu 2013 ġew reinstated tletin ex uffiċjali tal-Pulizija li kienu rriżenjaw jew spiċċaw mill-Korp aktar minn 15-il sena ilu. Id-dettalji jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentri ta' Detenzjoni — operations manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operations manager hemm fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni? Meta ġew ingaġġati u jekk hux wara sejħa pubblika jew le? Jekk mhux wara sejħa pubblika, x’kien xogħlhom qabel ma ġew hekk ingaġġati? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kwalifiki li kellu kull wieħed biex ġie hekk ingaġġat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni ġiet ngaġġata persuna waħda abbażi ta’ position of trust bħala Operations Manager fl-10 ta’ Ġunju 2014. Dan kien Surġent mal-Forzi Armati ta’ Malta qabel.

Karti tal-Identità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6158 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-Maltin li qalbu l-karta tal-identità tagħhom minn Malta għal Għawdex f'dawn l-aħħar 10 snin, sena b’sena b’mod separat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

L-Imtaħleb – bini tas-sezzjoni YOURS

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni tal-MEPA li saret mill-Ministeru tiegħu jew mill-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin sabiex tinbena l-YOURS fl-Imtaħleb? F’liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

AFM – Kurunell speċjalizzat fl-informatika

Question

Jista’ l-Ministeru jispjega b’liema mod l-għarfien speċjalizzat fl-Informatika tal-Kurunell tal-AFM li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li ankè għandu degree minn Università fl-Ingilterra għaliha, qed jiġi adoperat u utilizzat fid-detention services?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali fil-Forzi Armati ta’ Malta jintu¿aw skont l-esiġenzi tas-servizz, u mhux neċessarjament skont il-kwalifiċi li jkunu ġabu privatament. Biex nagħtu eżempju, bejn 2011 u l-2012, il-Brigadier ta’ llum (dak iz-zmien Maġġur), intu¿a fil-branka tat-taħriġ minkejja l-ispeċjalizzazjoni avvanzata tiegħu huwa fl-isplussiv. Eżempju iehor kien ta’ tal-Maġġur kwalifikat fil-qasam Marittimu u li ntuża fil-Loġistika fl-istess perjodu. Dan minħabba, kif spjegat qabel, l-esigenzi tas-servizz, flessibilita’, sfidi u opportunitajiet ġodda għal kull Uffiċjal. L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat ukoll li, apparti li l-kwalifiċi li għandu l-Uffiċjal li għalih qed issir referenza mhux l-uniċi fil-Forzi Armati ta’ Malta, is-sezzjoni tal-Informatika fil-Forzi Armati ta’ Malta ġiet emendata u llum kmandata minn Uffiċjal fir-rank ta’ Maġġur. Wieħed jista jifhem ukoll li jkun ħasra li Logutenant Kurunell jintuża biss għall-eżigenzi ta’ informatika.

San Pawl il-Baħar u tas-Salini – rapporti ta’ ħsejjes matul il-lejl

Question

Billi matul l-aħħar ġimgħat, f'diversi okkażjonijiet matul il-lejl instemgħu ħsejjes qishom tiri jew murtali żgħar, f'diversi postijiet ta' San Pawl il-Baħar, inkluż sal-bieraħ, 15 ta' Ottubru, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt kienx hemm rapporti dwar dan fl-għassa tal-Pulizija tal-Qawra? Jekk kien hemm, jista' jagħti tagħrif dwar x'irriżulta li kienu dawn l-istess ħsejjes? Jekk le, jista' jitlob li jiġu investigati dawn il-ħsejjes, li qed iħassbu ħażin lil bosta residenti li joqogħdu fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u tas-Salini?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interellant li ma’ kienx hemm rapporti dwar dawk il-ħsejjes li hemm deskritti f’din il-mistoqsija Parlamentari fl-għassa tal-Pulizija tal-Qawra. Jekk ikun hemm il-Pulizija ser tagħmel min kollox biex tara min fejn ġejjin u tinvestiga kull każ skont il-ħtieġa.

Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – fire engineers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà għandhiex fire engineers jaħdmu fi ħdanha? Jekk fl-affermattiv, kemm għandha?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Niforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lil-Ministeru konċernat.

AFM – Kors tar-Royal College of Defence Studies — Fizzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, x'kien ir-rank tal-fizzjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li applikaw sabiex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra? ? Min kienu l-fizzjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li applikaw?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9924.

AFM – Korsijiet Militari

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-korsijiet militari li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament temmet minn kemm ilha fil-Forzi Armati ta’ Malta sal-lum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet militari li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament temmet minn kemm ilha fil-Forzi Armati ta’ Malta sal-lum huma: -Data Protection Training Programme -International Humanitarian Law -Aircraft Registration Ta’ min jinnota li l-uffiċjal imsemmi hija ikkunsidrata mil-MAFA Act bħala non combatant u għalhekk il-korsijiet militari li tista tapplika jew tattendi għalihom huma limitati.

AFM – liġi tal-Armata

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkomandazzjoni li l-Brigadier li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għamel skont il-liġi tal-armata biex saret accelerated promotion (imħabbra fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Ġunju 2014) tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Kaptan u li allura qabbżet ir-rank ta’ maġġur?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument bir-rakkomandazzjoni tal-Uffiċjal li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, huwa dokument restritt. Il-Ministeru però ma’ jsib l-ebda oġġezzjoni li l-Onor. Interpellant jara l-istess dokument in persona.

AFM – ranks ta’ maġġur

Question

Jista’ l-Ministru jelenka ż-żmien li kull maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta ilu fir-rank ta’ maġġur, isem b’isem?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li qed jitlob. Minħabba id-Data Protection Act l-ismijiet tal-Maġġuri ma ngħatawx pubblikament, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq din l-informazzjoni, tingħata b’mod kunfidenzjali.

Pussess ta’ logħob tan-nar (murtali) – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6825, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-Pulizija kontra l-licensee tan-nar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament talli fit-30 ta’ Diċembru 2013 instab li kellu fil-pussess tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ ammont konsiderevoli ta’ logħob tan-nar (murtali) illegali ? Fiex kienet tikkonsisti l-illegalità? Hu veru li dan in-nar kellu jinħaraq fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fil-Belt Valletta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma luill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari ġie akkużat mil-Pulizija quddiem il-Qorti u l-kawża ġiet deċiża nhar l-10 ta' Jannar 2014. Din il-persuna kienet ittellat il-Qorti għaliex kellu murtali li ma kienux maħduma skont il-liġi peress li flok blalen tal-kartun, kienu intużaw blalen tal-plastik. Dawn kienu se jintużaw fl-aħħar tas-sena. L-imputat ammetta u il-Qorti ordnatlu jħallas multa ta' €250 u ordnat il-konfiska tal-materjal in kwistjoni liema materjal ġie eventwalment distrutt.

Xiri ta’ logħob tan-nar illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn irriżulta lill-Pulizija li kien inxtara l-logħob tan-nar illegali (blalen/murtali) li nstab fil-pussess tal-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament fil-mistoqsija parlamentari 6826 f’Ħaż-Żebbuġ fit-30 ta’ Diċembru 2013? Hu veru li dan in-nar kellu jinħaraq fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fil-Belt Valletta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt l-investigazzjonijiet li saru mil-Pulizija, il-persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari kien ammetta li kien hu stess li ħadem il-logħob tan-nar illegali fl-istess kamra fejn in-nar kien instab, u l-ebda persuna oħra ma’ forniet dan il-logħob tan-nar lilu. Dan il-logħob tan-nar kien se jkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-laħħar tas-sena fil-Belt Valletta. Kif diġà spjegajt fil-mistoqsija parlamentari 7023 dan il-każ ġie konkluż u n-nar illegali nħaraq fil-preżenza tal-Armata u l-Pulizija.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għall-liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.