Jista' il-Ministru jgħid kemm qam flus l-apparat li nxtara mill-ADT li jintuża biex jiżen trakkijiet għal roadside checks inspections, imsejjaħ bħala weigh pads?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali tal-weigh padsli qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienet ta' Lm9,526.23.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il test sar permezz tal-weigh pads mixtrija mill-ADT għal testijiet ta' trakkijiet? Jista' jgħid jekk permezz ta' dawn il-weigh pads inħarġux multi u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il multa nħarġet permezz ta' dan l-apparat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li saru erba' (4) testijiet permezz tal-weigh padsu l-ebda multa ma ngħatat waqt dawn it-testijiet.
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar l-applikazzjoni għall-fondi taħt l-Interreg III biex ikun hemm escalator il-Belt Valletta mid-dwana għal Kastilja? Xi kemm huwa maħsub li ser iqum dan il-proġett utili u kemm minnhom ser toħroġ l-Unjoni Ewropea?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-fondi taħt l-Interreg III B biex ikun hemm mezz ta' komunikazzjoni bejn il-Belt Valletta mid-Dwana għal Kastilja ġiet sottomessa fl-ewwel ġimgħa t'Awissu fejn trid tiġi evalwata fil-ġimgħat li ġejjin mill-Awtorita' Griega ta l-Interreg III B.
Il-budget totali tal-proġett huwa ta' 2.400,000 Euro fejn Malta mistennija toħroġ l-ammont ta' 237.500 Euro.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-karozza tal-linja tibda tgħaddi regolarment minn Tal-Ħawli, Birgu kif kienet fil-passat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi s-servizz baqa kif kien, jiġifieri r-residenti tal-lokalita tal-Ħawli huma moqdija permezz tar-Rotta Nru 1. Din ir-rotta titlaq mill-venda tal-Birgu u tgħaddi minn Tal-Ħawli mis-6.00 sa l-10.00 ta’ filgħodu. Mill-10.00 ta’ filgħodu sa l-9.40 ta’ filgħaxija ix-xarabank titlaq mill-Belt u tgħaddi lura minn tal-Ħawli.
Jien infurmat ukoll li l-Awtroita' dwar it-Trasport ser tiċċekja li r-rotot qed isiru kif suppost permezz ta’ l-Enforcement Officers tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Isem tal-Kumpanija/Enti/Bord
Chairperson/Direttur
Renumerazzjoni
Benefiċċji Oħra
Ministeru għall-Iżvillupp Urban u t-toroq
Chairperson
Lm7,208
Lm1,500
expense allowance & use of mobile
Deputy Chairperson
Lm1,500
Lm200
hospitality allowance against receipts & use of mobile
Board Member
Lm1,500
use of mobile
Board Member
Lm1,500
use of mobile
Board Member
Lm1,500
use of mobile
Board Secretary
Lm3,360
use of mobile
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT hijiex responsabbli għall-ispeed cameras fil-bypass ta' l-Imrieħel u ta' Srina Road, Żebbuġ? Jekk fl-affermattiv, kemm inħarġu ċitazzjonijiet s'issa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta hija responsabbli sabiex tapprova applikazzjonijiet mingħand il-Kunsilli Lokali u tawtorizza għall-installazzjoni u manutenzjoni ta’ speed cameras kemm mobbli kif ukoll fissi.
Kull Kunsill Lokali awtorizzat huwa responsabbli sabiex iżomm rendikont dettaljat taċ-ċitazzjonijiet kollha li jkunu nħarġu relatati ma’ veloċità eċċessiva fis-sewqan.
Jien infurmat ukoll li minn meta ġew installati l-ispeed cameras fil-By Pass ta’ l-Imrieħel mill-1 ta’ Settembru 2005, inħarġu total ta’ 1,952 ċitazzjoni, filwaqt li mill-11 ta’ Jannar, 2005, minn Triq ta’ Srina, Haż-Żebbug, inħarġu 234 ċitazzjoni.
Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni ta' meta hemm il-ħsieb li jingħata wiċċ ġdid lil Triq Ħbit mill-Ajru u Triq Antonio Falzon, Kalkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender għax-xogħlijiet meħtieġa għall-bini mill-ġdid għal Triq Antonio Falzon diġa' nħareġ. Dan it-tender flimkien mat-tkomplija ta' Triq il-Konvoj ta' Santa Marija qiegħed jiġi aġġudikat.
Għar-rigward ix-xogħlijiet fi Triq il-Ħbit mill-Ajru, l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara lista ta' toroq li jridu jsiru. Din it-triq se ssir skond il-prijoritajiet li jinħarġu minn din il-lista. Tajjeb jingħad li x-xogħol fit-toroq imsemmija ma jikkonsistix f'li jingħata wiċċ ġdid imma li dawn it-toroq jinbnew mill-ġdid skond l-istandards għall-bini ta' toroq residenzjali.
Jista' il-Ministru jara li fi Triq S Fiteni, Mosta jsir ix-xogħol neċessarju biex titranġa t-triq wara li riċentement sar xogħol minn kuntrattur u tħalla kanal miftuh fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li sar fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant sar mill-Water Services Corporation u kien jinvolvi diversi trinek minħabba l-installazzjoni ta' mains u diversi house connections. Dan ix-xogħol tlesta u sar ir-reinstatement neċessarju fuq dawn it-trinek.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet ta' asfaltar fi Triq il-Ġdida, fi Triq l-Għollieq f'Santa Venera u dan għaliex l-istat tat-triq qed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti ta' dan il-lokal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluża fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji programm għall-bini ta' toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritjiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħata t-tarmac fil-parking area ta' ħdejn il-blokka ta' flats B1, C1 u D Ta' Paris, Birkirkara, wara l-playground ta' l-iskola sekondarja ta' Ta' Paris, Birkirkara, liema area ilha mingħajr tarmac għal ħafna aktar minn 20 sena sħaħ? F'każ li ser jingħata t-tarmac, jista' jgħid meta se jinbeda x-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ser issir spezzjoni fuq il-post sabiex jiġi stabbilit x'hemm bżonn isir.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett flok il-ground Pace Grasso f'Raħal Ġdid? Jekk iva, x'inhu? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjani?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Ministeru għadu jsegwi b'mod attiv il-proġett ta' Pace Grasso. Il-Pjanti issa ġew finalizzati u qegħdin għand il-MEPA għall-konsiderazzjoni finali tagħha.
In-numru tal-applikazzjoni inbidel peress li l-applikazzjoni inbidlet minn Outline development application għall-Full development application. In-numru l-ġdid tal-applikazzjoni huwa PA 0804/05.
Hekk kif jgħaddi l-permess, il-pjanti jkunu jistgħu jitqegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16744 u jagħti r-raġuni għala l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġie sospiż mix-xogħol tiegħu ta' senior enforcement officer fl-ADT u ilu ma jidħol għax-xogħol għal aktar minn sentejn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament ġie sospiż mix-xogħol tiegħu minħabba każ ta' diskrimazzjoni lejn membri tat-team tiegħu u insubordinazzjoni.
B'riferenza għas-sistema ta' traffic management fil-Belt u l-Furjana, jista' il-Ministru jikkonsidra l-użu b'mod aktar regolat tal-foss madwar il-Belt għall-parkeġġ tal-karozzi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Gvern qed jevalwa l-organizzazzjoni aħjar tal-parkeġġ fil-foss bejn il-Belt u l-Floriana u jikkumbina dan mal-bżonn ta' trasport vertikali bejn il-Port il-Kbir u ċ-ċentru tal-Belt Valletta. L-intenzjonijiet tal-Gvern tħabbru fid-Dokument Konsultattiv, "Valletta u Floriana: Strateġija biex tiżdied l-aċċessibilta'" li kopja tiegħu qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala filwaqt li t-toroq kollha madwar il-housing estate tas-Swatar, Msida ngħataw wiċċ tat-tarmac, dan ma sarx fl-estate? Hemm xi ħsieb li dawn it-toroq jingħataw wiċċ diċenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jghati l-ismijiet ta’ dawn it-toroq sabiex tkun tista’ ssir spezzjoni fuq is-site.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta se jerġgħu jinxtegħlu l-pedestrian lights li hemm fil-bidu ta' Triq il-Kbira San Ġużepp, fil-Ħamrun fin-naħa tal-Blata l-Bajda, faċċata tal-knisja tal-M.U.S.E.U.M.?
Jista' jgħid meta se jinxtgħelu it-traffic lights ġodda li tqiegħdu fl-inħawi tal-Blata l-Bajda wara x-xogħlijiet li saru in konnessjoni mal-proġett park and ride?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-programm għat-traffic lights imsemmija mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi ffinalizzat biex dawn it-traffic lights ikunu jistgħu jinxtgħelu.
Huwa mistenni li dawn il-lights ser jinxtgħelu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-traffic lights li jinsabu fil-karreġġjata li minn Ħaż-Żebbuġ tieħu lejn Ħal Qormi, fil-parti ta' Imdina Road bejn il-ġibjun, il-kalkara tal-ġir u l-qasam industrijali ta' Għarram, mhux qed jaħdmu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16788 dwar problemi ta' flooding fi Triq it-Tank, Siġġiewi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li s-survey li kellu jsir ta' l-inħawi li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tlesta u b'hekk id-Direttorat ipprepara l-pjanti neċessarji
biex ikun jista' jinbena l-
culvert
imsemmi.
Ser isir talba lid-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex tkun tista' ssir servitu (easment) biex ikun jista' jsir ix-xogħol fuq dan il-culvert.
Id-Direttorat qed ihejji programm ta' xogħlijiet fuq diversi toroq u dawn ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment imressaq lili li r-rotta Nru 1 mhux qed titħaddem? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li r-rotta numru 1 għadha titħaddem normali, jiġifieri mis-6.00 sa l-10.00 ta’ filgħodu. Din titlaq waħda mill-venda tal-Birgu u tgħaddi minn tal-Ħawli.
Mill-10.00 ta’ filgħodu l-quddiem, il-karozzi li jitilqgħu mill-Belt ta’ kull u kwart jgħaddu minn tal-Ħawli u n-nies li jkunu qegħdin jistennew għall-Belt jitilgħu ma’ l-istess xarabank.
Jien infurmat ukoll li l-Awtorita' dwar it-Trasport ser tiċċekja li r-rotot qed isiru kif suppost permezz ta’ l-Enforcement Officers tagħha.