Jista’ l-Ministru jgħid kemm mis-siġar li għandna f’Malta u f’Għawdex, speċjalment dawk li tħawlu reċentement, għandhom drip irrigation?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kull fejn issir tħawwil tas-siġar u jkun hemm l-infrastutura eżistenti għall-tisqija bid-drip, din tiġi estiża għas-siġar il-ġodda li jkunu tħawwlu. Ninsab infurmat ukoll li fejn ikun hemm nuqqas ta’ faċilitajiet, eżempju ġibjun jew ħażna oħra t’ilma, t-tisqija jsir permezz tal-bowser.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikulari għal dak li jikkonċerna l-biċċerija għall-qatla tal-fniek? Fejn hu mistenni li ssir din il-biċċerija? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm-il talba għal ftuħ ta' biċċeriji għandu quddiemu l-ministeru għal dak li jirrigwarda l-qatla tal-fniek?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Gvern huwa sensittiv għall-ħtiġijiet tas-settur tal-produtturi tal-fniek, u bħalissa qiegħed jevalwa l-possibiltajiet tiegħu fid-dawl tal-parametri stabbiliti mir-regolamenti Ewropej.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tipi ta' ħut qed jiġu mkabbra bħalissa miċ-Ċentru tal-Akwakultura f'San Luċjan, jew f'xi post ieħor, b'kollaborazzjoni ma’ dan iċ-ċentru? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar, f'kull ka¿, kemm ilhom li nbdew l-esperimenti fuq it-trobbija tal-istess tipi ta' ħut? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ħut li għalkemm kienu nbdew esperimenti fuqu fil-fatt l-esperimenti twaqqfu? X'kienet ir-raġuni li għaliha twaqqfu dawn l-istess esperimenti? Ma' liema organizzazzjonijiet lokali, jew barrani għandu kuntratt dan iċ-ċentru?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Torri ta' San Luċjan — inċidenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi inċidenti fuq il-post tax-xogħol (inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol) fit-Torri ta' San Luċjan matul l-aħħar sitt xhur? Jekk kien hemm, meta seħħew dawn l-istess inċidenti? X'tip ta' inċidenti kienu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul l-aħħar sitt xhur fit-Torri ta’ San Luċjan kien hemm inċident wieħed żgħir fejn ħassiela fil-laboratorju rrapurtat li kien hemm xi switch jixxokkja. Ninsab infurmat ukoll li d-dipartiment ħa l-prekawzjonijiet meħtieġa u sabiex jiġi evitat kull dubju n-nies tal-manutenzjoni biddlu s-switches kollha tal-laborartju.
Biċċerija tal-Gvern — inċidenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm inċidenti fuq il-post tax-xogħol (inċidenti li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol) fil-biċċerija tal-Gvern matul dawn l-aħħar sitt xhur? Jekk kien hemm tali inċidenti meta seħħew u x'tip ta’ inċidenti kienu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, fil-biċċerija tal-Gvern ġew irrapurtati 6 inċidenti hekk kif murija fit-Tabella mehmuża li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma uffiċjalment reġistrati bħala li jkabbru s-siġar taż-żebbuġ, f'Malta u f'Għawdex? Kemm hu n-numru ta' persuni li huma reġistrati bħala produtturi taż-żejt miż-żebbuġ hawn Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma reġistrati bħala li jagħmlu żejt tal-ogħla kwalità?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ bdiewa li jkabbru s-siġar taż-żebbuġ u li huma reġistrati mat-taqsima responsabbli għat-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ, fi ħdan id-Direttorat tal-Agrikoltura huma 1,462.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’ produtturi taż-żejt taż-żebbuġa, inkluż dak extra verġni, li huma reġistrati f’Malta u f’Għawdex huwa ta’ 10.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil il-Klima — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taht ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li m’hemmx persuni li huma ingaġġati bħala persons of trust li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti quddiem xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru li hu responsabbli minnu, biex jinbnew serer għal skop agrikolu, madwar Malta u Għawdex? X’area hi proposta li jkollhom dawn it-talbiet hekk pendenti? F’liema lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex jinsabu t-talbiet pendenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li preżentament m’hemm l-ebda talba għall-bini ta’ serer għal skop agrikolu.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru reġax ħareġ kaxxi tal-plastic ġodda għall-użu agrikolu matul l-aħħar tliet xhur? Jekk iva, kemm ħarġu kaxxi ġodda u ta’ liema daqs huma?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tlett xhur intlaqgħu offerti għax-xiri ta’ 21,960 kaxxa tal-plastik li minnhom s’issa ħarġu għall-użu tal-bdiewa 1,168 kaxxi kbar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet biex art agrikola li hi tal-Gvern tinqaleb fuq persuni li fil-fatt qegħdin jaħdmuha, u dan skont skema li kienet tħabbret lejn l-aħħar tal-amministrazzjoni preċedenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li għall-fini ta’ paragrafu 6 (d) (ii) tal-Kap. 268, s’issa daħlu 8 applikazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-koperattivi li magħhom saru diskussjonijiet dwar ħtiġijiet partikulari tal-biedja jew tas-sajd f'pajjiżna? Liema rakkomandazzjonijiet li saru waqt dawn il-laqgħat ġew aċċettati, u liema ġew rifjutati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l- koperattivi tal-biedja u s-sajd li kellna laqgħat magħhom dwar il-ħtiġijiet tal-biedja u s-sajd jinkludu:
· FARMERS’ CENTRAL COOPERATIVE SOCIETY
· GĦAQDA KOPERATTIVA TAS-SAJD
· K.I.M.
· K.P.H.
· KOPERATTIVA GĦAQDA NAZZJONALI TAS-SAJD
· MĠARR FARMERS COOPERATIVE SOCIETY
· ASSOĊJAZZJONI TAL-KOPERATTIVI
Ninsab infurmat ukoll li ġew diskussi diversi materji t’interess għall- biedja u s-sajd u saru diversi proposti u rakkomandazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix programm/kampanja għal batteriji użati? Jekk le, hemm xi ħsieb li jiġi introdott programm jew kampanja simili? Jekk iva, x’inhuma r-riżultati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi l-WasteServ għandha programm għal batteriji wżati. Permezz tal-kampanja pubbliċitarja fl-iskejjel, magħrufa bħala il-Battery Buster Campaign, inġabru ‘l fuq minn 32,000 kilo ta’ batteriji wżati kemm ilha għaddejja l-kampanja s’issa. Il-kampanja kompliet f’din s-sena skolastika.
Ninsab infurmat ukoll li apparti dawn, inġabru wkoll 98.67 tunnellata ta’ batteriji wżati minn ħwienet, kunsilli lokali u entitajiet oħra bejn is-sena 2010 sa Awissu 2013. Batteriji wżati jinġabru wkoll fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff tal-WasteServ. Bejn 2010 u Awissu 2013 inġabru mal-283.50 tunnellata minn dawn iċ-Ċentri.
Nawgura li l-abbozz tal-pjan dwar l-immaniġġjar tal-iskart iħares b’lenti ġdida lejn din l-
issue
.
ħarsien u kura tal-annimali – organizzazzjonijiet volontarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema organizzazzjonijiet volontarji għall-ħarsien u kura tal-annimali jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern? Kemm hu l-valur ta’ din l-għajnuna għal kull organizzazzjoni msemmija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-preżent m’hemm l-ebda organizzazzjoni volontarja għall-ħarsien u kura tal-annimali li qiegħda tibbenefika minn għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Ministeru tiegħi.
Jikkonferma l-Ministru li fil-leġiżlatura li għaddiet kien hemm individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li kien jaħdem fil-biċċerija u li kien jagħmel anke spezzjonijiet ġewwa l-irziezet mingħajr ma dan l-individwu kien veterinarju? Meta beda jagħmel dan ix-xogħol u meta spiċċa? Jikkonferma li dan mhux veru kien veterinarju?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li huwa minnu li fil-leġiżlatura li għaddiet kien hemm individwu ta’ nazzjonalita’ Ingliża, impjegat mill-Ministeru, li kien jagħmel l-ispezzjonijiet fuq il-farms u kultant xi xogħol fil-biċċeriji tat-tiġieġ jew dik ta’ Għawdex. Ninsab infurmat ukoll li dan l-individwu ma kellux f’idejh iċ-ċertifikazzjoni neċessarja biex ikun reġistrat u liċenzjat bħala veterinarju mill-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji. Huwa għamel dan ix-xogħol bejn is-26 ta’ Jannar 2011 u l-25 ta’ Jannar 2013.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' prodott agrikolu li daħal fil-Pitkalija fix-xhur April 2013 - Settembru 2013, xahar b'xahar? Kif jitqabbel dan l-ammont, ukoll xahar b'xahar, għall-istess perijodu tas-snin 2011 u 2012?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla taċ-ċanga fil-perijodu April - Settembru 2013 xahar b'xahar? Kif titqabbel din il-qatla mal-qatla ukoll xahar xahar, għall-istess xhur matul l-2011 u l-2012?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal fil-perijodu April - Settembru 2013 xahar b'xahar? Kif titqabbel din il-qatla mal-qatla ukoll xahar xahar, għall-istess xhur matul l-2011 u l-2012?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-fniek fil-perijodu April - Settembru 2013 xahar b'xahar? Fejn inqatlu dawn l-istess fniek? Kif titqabbel din il-qatla mal-qatla ukoll xahar xahar, għall-istess xhur matul l-2011 u l-2012?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li dawn il-fniek inqatlu fiż-żewġ biċċeriji approvati għall-qtil tal-fniek li huma Furplay Rabbit Slaughterhouse and Farm Birżebbuġa u Bigfoot Rabbit Slaughterhouse il- Magħtab.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segertarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.