Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28309 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dħul mill-VAT fis-Settur tar-retail

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26109 u jgħid kemm daħħal VAT il-Gvern minn bejgħ fis-settur tar-retail bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena, maqsuma skont il-lokalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #28763 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Commission fuq transazzjoni ta’ bonds tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna kwalsiasi tistax titlob ħlas ta' commission fuq transazzjoni ta' bonds tal-Gvern, u jekk le, x'rekwiżiti jrid ikollha biex timxi mal-liġi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont il-prattika tas-suq tat-titloli tal-Gvern ta’ Malta li hu regolat mill-MFSA, tipikament, hemm ħlas ta’ commissions marbuta ma’ transazzjonijiet ta’ xiri u bejgħ ta’ Stocks tal-Gvern kemm fis-suq primarju kif ukoll fis-suq sekondarju fil-Borża ta’ Malta. Skont il-policy li għandu t-Teżor fir-rigward ta’ ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern fis-suq primarju marbuta ma’ offerti inizjali lill-pubbliku, it-Teżor iħallas kummissjoni ta’ 0.30 fil-mija lill-aġenti awtorizzati minnu u li jkunu wkoll liċenzjati mill-MFSA sabiex ibiegħu Stock tal-Gvern lill-pubbliku. Ir-regolamenti jew policies marbuta ma’ ħlasijiet ta’ commissions oħra barra dawk mħallsa mit-Teżor lill-aġenti awtorizzati tiegħu meta jkun hemm offerti inizjali ta’ Stocks tal-Gvern ta’ Malta ma jaqgħux taħt il-kompetenza tat-Teżor.
Leg 12 PQ #28842 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Garanzija mogħtija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il garanzija tal-Gvern, barra dik ta' madwar tliet mija u sittin miljun ewro mogħtija lill-Electrogas, b'effett minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid għal liema raġuni f'kull każ ingħatat il-garanzija, lil min ingħatat u kemm kien l-ammont tal-garanzija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #28845 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Sptar Karen Grech, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex — Total Asset Base and Estimated Values

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa t-Total Asset Base and Estimated Values kurrenti f’kull każ: a. tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex; b. ta’ Karen Grech Hospital; u c. tal-Isptar San Luqa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28626 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Sea Malta – ħlas lill-ex-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tħallsu komplessivament parti mill-ex-impjegati tas-Sea Malta u jista’ jinforma jekk kemm-il darba l-ħaddiema l-oħra li ma kenux parti mill-proċeduri legali fir-rikors li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex ser jitħallsu huma wkoll?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-ex-impjegati tas-Sea Malta tħallsu komplessivament €2,685,742.14 Dan kien ftehim ta surroga ta drittijiet litiġjuzi mal-ħaddiema li skont is-sentenza tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ggradwaw minn ta quddiem u qabel ċerti krediti tal-Gvern. Min ma pparteċipax fil-proċeduri ma kellux drittijiet bħal dawn li fihom il-Gvern seta jiġi surrogat. Madankollu, qiegħed jingħad mingħajr preġudizju illi s-sitwazzjoni ta min ma pparteċipax fil-proċeduri tal-konkors qiegħda wkoll tiġi kkunsidrata.
Leg 12 PQ #28471 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Prodotti manifatturati Għawdex — esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni ta' prodotti manifatturati Għawdex kull sena, mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Ottubru, għas-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #28151 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Trust għal Leave tal-maternità – kontribut finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-kontribut finanzjarju għal Trust għal-Leave tal-Maternità sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kontribut għat-Trust għall–Leave tal-Maternità sas-27 ta’ Ottubru 2016 miġbur mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni jammonta €5,576,192.60 .
Leg 12 PQ #28130 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex – employment rate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate f’Għawdex ikkomparat ma’ dik ta’ Malta, speċifikament fis-snin 2000, 2010 u 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t'hawn taħt. L-informazzjoni tkopri s-snin 2000, 2010 u 2015, bil-għan li l-figuri jkunu bbażati fuq snin sħaħ: Employment rate (15-64 yrs) MaltaGħawdexTotal %%% 200054.650.854.3 201056.355.756.2 201564.260.363.9 Sors: Labour Force Survey
Leg 12 PQ #28131 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex – employment rate ta’ nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate f’Għawdex bħala nisa kkomparat ma’ dik ta’ Malta, speċifikament għas-snin 2000, 2010 u 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t'hawn taħt. L-informazzjoni tkopri s-snin 2000, 2010 u 2015, bil-għan li l-figuri jkunu bbażati fuq snin sħaħ: Employment rate fost in-nisa (15-64 yrs) MaltaGħawdexTotal %%% 200033.133.833.2 201039.440.039.4 201551.249.051.0 Sors: Labour Force Survey
Leg 12 PQ #27253 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Settur finanzjarju u tal-iGaming — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri tal-impjegati fis-settur finanzjarju u tal-iGaming fid-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta mpjegati fis-settur finanzjarju hi skond it-tabella li tidher hawn taħt: Financial and Insurance ActivitiesApril 2016 Full-time 8,816 Part-time 1,018 Rigward il-figuri tal-igaming, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27254 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Settur Finanzjarju u tal-iGaming – kumpaniji reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm ġew reġistrati kumpaniji ġodda fis-settur finanzjarju u tal-iGaming matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward is-settur finanzjarju fl-2016, sat-30 ta’ Settembru, huwa ta’ 180. Rigward il-figuri tal-igaming nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27255 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji ġodda reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati kumpaniji ġodda f’Malta matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji reġistrati ġodda f’Malta matul l-2016, sat-30 ta’ Settembru, huwa ta’ 3,709.
Leg 12 PQ #27256 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Bejgħ ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul is-sena 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, kemm inbiegħu proprjetajiet li l-valur tagħhom huma: a. anqas minn €150,000; b. bejn €150,000 u €250,000; c. bejn €250,000 u €600,000; d. bejn €600,000 u €1,000,000; u e. aktar minn miljun ewro?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella t’hawn taħt: VALUR TAL-PROPJETÀNUMBRU TA PROPRJETAJIET LI ĠEW MIBJUGĦA Anqas minn €150,0008,543 Bejn €150,000 u €250,0001,768 Bejn €250,000 u €600,0001,056 Bejn €600,000 u €1,000,000 206 Aktar minn €1,000,000 145 Id-data tkopri sal-aħħar ta’ Settembru, 2016.
Leg 12 PQ #27257 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Żwiġijiet f’Għawdex u f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet f’Għawdex u f’Malta reġistrati fl-2015 u fl-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija ? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu żwiġijiet bil-Knisja u kemm kienu biċ-ċivil? Jista’ jgħid x’kienet l-età tal-persuni? Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu persuni ta’ nazzjonalità oħra ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #27258 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Popolazzjoni ta’ Malta u t’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta’ Malta u t’Għawdex b’mod separat, fl-1995 u kemm hija llum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #27392 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Income Tax – Rifużjonijiet – ammont ta’ flus

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26328 jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-ammonti dovuti fuq rifużjoni tal-Income Tax issa tħallsux u jekk iva kemm-il persuna tħallset u kemm kien l-ammont komplessiv?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ħareġ tlieta u tletin rifużjoni li b’kollox jammontaw €598,906. Dan l-ammont jinkludi rifużjoni maqtugħ kontra bilanċ dovut lill-VAT wara ftehim mat-taxpayer.
Leg 12 PQ #27395 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Household Budgetary Survey

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsab il-kumpilazzjoni tal-istatistika marbuta mal-Household Budgetary Survey li jmiss?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ġbir tal-informazzjoni għall-Household Budgetary Survey beda f’Marzu 2015 u ntemm f’April 2016. L-ewwel fażi ta’ iċċekkjar tal-informazzjoni miġbura dwar in-nefqa tal-familji beda eżatt wara li ntemm il-ġbir tal-informazzjoni u bħalissa dan l-iċċekjar tad-data qiegħed fi stadju avvanzat. Wara din il-fażi ssir l-analiżi tal-informazzjoni miġbura u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jkun jista’ jikkompila l-ewwel stimi tan-nefqa tal-familji. Ir-rapport sħiħ jiġi ppublikat f'nofs l-2017.
Leg 12 PQ #27249 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Childcare Centres — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li matul l-2015 ibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa? Kemm huwa maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ma tistax tingħata għalissa peress li għadhom qed jiġu pproċessati il-formoli tat-Taxxa għas-sena 2015. Id-Dipartiment ikun jista’ jagħti din l-informazzjoni għal bidu ta’ Novembru, 2016.
Leg 12 PQ #27250 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra, matul l-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u dazju mitluf ta’ kull qabda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #27251 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Twelid ta’ Trabi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u f’Għawdex bejn is-sena 2000 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, u maqsuma bejn bniet u subien?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.