Legislature:
Category:
Reset
Active:

Night Shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Night Shelters f'pajjiżna, liema huma u meta ġew inawgurati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta` Night Shelters f`pajjiżna huwa ta` 4. Dettalji tan- Night Shelters imwaqqfa kif spjegat hawn taħt : · Kunvent Ġesu Nazzarenu, Żejtun – 14 ta` Novembru 2010 · Dar il-Madonna tal-Mellieħa, Mellieha – 24 ta` Frar 2011 · San Vinċenz De Paul – 20 ta` Lulju 2012 · Dar Padova, Kunvent Sant`Antnin, Għajnsielem, Għawdex – 27 ta`Marzu 2015

Residenza San Vinċez de Paul — televiżjoni

Question

B'referenza għal dak li qal l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-10 ta' Mejju fuq l-Istazzjoni Familuy Living waqt il-programm 'Bejnietna' fejn stqarr li għaddejjin investigazzjonijiet fir-Residenza San Vinċenz de Paul dwar allegat abbuż li f'ċerti swali fil-postijiet pubbliċi it-televiżjoni kien jitħalla fuq l-istazzjoni tal-partit labursita, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — investigazzjoni jew proċeduri ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm investigazzjonijiet jew proċeduri ta' dixxiplina fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — deċiżjonijiet ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm kienu l-ħaddiema li ġew sospiżi fuq deċiżjonijiet ta' dixxiplina u mil-liema swali jew dipartiment oħra fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Elezzjonijiet Ġenerali, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli lokali — għajnuna lill-kandidati b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jerġa' jintroduċi l-għajnuna li kienu jingħataw kandidati b'diżabilità li jikkontestaw elezzjoni Ġenerali, tal-Parlament Ewropew jew tal-kunsilli lokali, peress li fl-aħħar elezzjoni tal-kunsilli lokali, u l-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew din ma ngħatatx?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Djar tal-Anzjani — Projections

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-projections li l-Gvern għandu għall-ħtiġijiet tal-pajjiż biex ikun jista' jlaħħaq mad-domanda ta' anzjani li jridu fid-Djar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Politika ta' Anzjanità Attiva — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi hemm li qed jiġu mwettqa u li huma pjanati li jiġu mwettqa vis-à-vis il-politika ta' anzjanità attiva għas-snin 2013., 2014, 2015, 2016 u 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi parti mill-inizjattivi li ġew imwettqa u li huma ppjanati li jiġu mwettqa vis-à-vis il-politika ta' anzjanità attiva għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017 qed jiffukaw fost l-oħrajn li jkun hemm: · miżuri kostruttivi kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta’ età, · inkoraġġiment għal skemi ta’ tagħlim fi ħdan organizzazzjonijiet relatati max-xogħol, · tisħiħ tal-miżuri diġa’ disponibbli għal rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-kura informali; · assikurazzjoni ta’ dħul adekwat għall-persuni anzjani; · rikonoxximent għall-benefiċċji li joħorġu mill-volontarjat għal persuni anzjani; · tisħiħ ta’ opportunitajiet għal għarfien diġitali; · solidarjetà interġenerazzjonali; · appoġġ lejn l-kura informali minn persuni ta' età avvanzata; · iktar tagħlim rigward prevenzjoni ta’ mard, riablitazzjoni ġerjatrika, u saħħa mentali; · appoġġ sħiħ lejn inizzjattivi li jgħinu fil-ħolqien ta’ komunitajiet u servizzi ta’ wens għall-anzjani, speċjalment għal terzi li jbagħtu bid-dimensja; · tisħiħ fir-rigward ta’ kura fit-tul; · għarfien wiesa’ u mifrux mal-pubbliku u speċjalment l-anzjani fuq l-abbużi li jsiru mill-anzjani, kif ukoll fuq is-solitudni tal-anzjan fil-komunita’ · u finalment, investiment akbar fejn tidħol il-kura speċjalizzata sabiex inħarsu dejjem aktar id-dinjita’ tal-anzjani tagħna.

Awtorità tad-Djar — kwotazzjoni tal-Iskema Sir Sid Darek - online

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix il-fakultà li mill-website tal-Awtorita tad-Djar titlob kwotazzjoni online rigward l-iskema Sir Sid Darek? Jekk le, jista' jgħid meta waqaf dan is-servizz? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dan is-servizz m'għadux disponibbli fuq il-website? Ma jħossx li dan imur kontra l-wegħda li għamel dan il-Gvern li jrażżan il-burokrazija u jżid it-transparenza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi dan is-servizz ta’ kwotazzjonijiet online rigward l-iskema Sir Sid Darek kien disponibbli taħt l-iskema Sir Sid Darek 2013. F’din l-iskema kien ġie stabbilit prezz fiss għal kull appartament skont in-numru ta’ kmamar tas-sodda u l-lokalita’. B’hekk il-prezz ta’ appartament bi tlett 3 ikmamar tas-sodda b’daqs ta’ 105m² u ieħor ta’ 155m² kien l-istess. Din l-iskema kienet ingħalqet fil-5 ta’ Lulju 2013 minħabba diversi raġunijiet, fosthom din id-diskrepanza u l-inġustizzja li toħloq bejn l-inkwilini. Fl-iskema Sir Sid Darek 2014, li infetħet fil-21 ta’ Frar 2014, il-mekkaniżmu stabbilit huwa aktar ġust u preċiż, u l-prezz jinħadem wara li ssir spezzjoni fejn jiġi stabbilit id-daqs tal-post, il-pożizzjoni tiegħu, kif ukoll fatturi oħra li jvarjaw minn post għal ieħor. Għaldaqshekk, mhux possibli, taħt l-iskema li ġiet introdotta fl-2014, li l-inkwilini jiksbu stima, u aktar minn hekk tkun provduta online, qabel ma ssir l-ispezzjoni u jittieħed il-kejl tal-post.

Il-Belt Valletta — Awtorità tad-Djar - djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija, kemm-il dar li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar li jinsabu fil-Belt Valleta bidlet l-inkwilin? Jista’ jgħid liema huma dawn id-djar? Jista’ jgħid bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data li qed issir din il-mistoqsija, kemm-il dar votja li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar u li jinsabu fil-Belt Valletta issa ġew mgħoddija lill-applikanti? Jista’ jgħid liema huma dawn id-djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – bord tat-tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tat-Tmexxija (jew Bord Konsultattiv) tar-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Il-membri tal-Bord Konsultattiv huma: Chairperson Imħallef Emeritus Philip Sciberras Vici Chairperson Dr Marcon Ali Sarfraz Membri Dr Josianne Cutajar Dr Gunther Abela Perit Chris Grech Mr Gaetano Mercieca Mr Joe Galea

Residenza San Vinċenz de Paul – ħlas liċ-Chairman u membri tal-Bord tat-Tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas qed jieħdu kull xahar iċ-Chairman u kull membru tal-Bord tat-Tmexxija (jew Bord Konsultativ) tar-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas li qed jieħdu kull xahar iċ-Chairman u kull membru tal- Bord Konsultativ tar-Residenza San Vinċenz de Paul huwa kif jidher hawn taħt: Chairperson : €2,329.37 fis-sena Membri: €1,747.03 fis-sena

Residenza San Vinċenz de Paul – ħaddiema sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sospiżi ħaddiema mir-Residenza San Vinċenz de Paul tul is-sena li għaddiet (2014) u sal-1 ta’ Ġunju 2015? Xi grad kellhom kull ħaddiem li ġie sospiż? Għal liema raġuni ġie sospiż kull impjegat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox ġew sospiżi 5 ħaddiema mir-Residenza San Vinċenz de Paul. Ir-raġuni li għaliha ġew sospiżi, qed jiġu indikati fit-tabella t’hawn taħt: Grad tal-Ħaddiema Raġuni 1 Assistance And Rescue Officer Frodi relatati ma’smart metres imbagħbsa 2 Social Assistants Theddid lejn uffiċjal superjuri Minħabba mġieba arroganti lejn uffiċjal pubbliku kif ukoll assenza minn fuq il-post tax-xogħol 1 Health Assistant Naqas minn dmiru 1 Deputy Charge Nurse Imġieba arrogant

Pensjonanti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16278 u jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ pensjonanti li preżentament id-dħul tagħhom mill-pensjoni huwa inqas minn €700 fix-xahar jammonta għal 52,754, mqassam kif ġej: · Pensjonijiet kontributorji – 47787 · Pensjonijiet mhux kontributorji - 4967

Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija – pensjonanti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16279 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Raħal Ġdid, Ħal-Tarxien, Ħal-Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija, li d-dħul mill-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar, jammonta għal 3568, kif qed jiġi spjegat fit-tabella hawn taħt. LokalitàPensjoni KontributorjaPensjoni Mhux KontributorjaTotal Raħal Ġdid1,1441511,295 Tarxien 89566961 Għaxaq49935534 Gudja32124345 Santa Luċija39637433 Total3,2553133,568

Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – pensjonanti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16280 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ pensjonati registrati preżentament f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar jammonta għal 3,544, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. LokalitàPensjoni KontributorjaPensjoni Mhux KontributorjaTotal Fgura1,102811,183 Marsaskala70165766 Żejtun1,4571381,595 Total3,2602843,544

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatmaent rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji hekk kif inhu mitlub fil-Liġi tal-Kera sabiex ikun jista’ jiġi żgurat jekk il-każ partikolari jimmeritahx li jkollu rikonnoxximent.

Awtorità tad-Djar – sejħiet interni għal postijiet vakanti

Question

Apparti t-23 sejħa interna msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13805, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm aktar sejħiet interni fl-Awtorità tad-Djar? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien in-numru ta’ dawn is-sejħiet interni, għal liema post ħarġu dawn is-sejħiet interni u fiex wasal dan il-proċess tal-għażla?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar ħarġet 2 sejħiet interni apparti t-23 sejħa interna msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13805. Iż-żewġ sejħiet jikkonċernaw pożizzjoni ta’ Coordinator Technical Services u dik ta’ Coordinator Repairs and Maintenance. Fil-preżent għaddej l-proċess tal-għażla.

Persuni b'diżabilità — Independent Living Fund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16450 u jgħid kemm ibbenefikaw persuni mill-fond Independent Living għall-persuni b'diżabilità fis-snin 2013, 2014 u 2015 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm allokati fondi għal dan il-fond fis-snin 2013 u 2014 separatament minn xulxin u kemm ġew allokati fondi għas-sena 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellanta lli mill-fond Independent Living għall-persuni b’diżabilita, ibbenefikaw 52 persuna; imqassma kif ġej: Dwar l-allokazzjoni tal-fondi, għas-sena 2013 ġew allokati €380,000, għas-sena 2014 kienu allokati €450,000, filwaqt li fis-sena 2015 kien hemm €450,000 fondi allokati. Dawn il-figuri jirriżultaw mill-estimi finanzjarji.

Dar tal-Anzjani — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16346 u jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex ikun rikoverat f'dar tal-anzjani? Tista’ din l-applikazzjoni tingħata preċedenza peress li l-applikant huwa persuna nieqsa mid-dawl u tgħix waħedha? Peress li l-applikant ilu li applika sentejn, jista' jgħid ukoll għaliex għadu qed jistenna li jiġi rikoverat meta l-każ ċertament jimmerita prijorità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal każi kollha li japplikaw għad-dħul fid-Djar tal-Anzjani, dan il-każ segwa il-proċess ta’ assessment multidixxiplinarju. Id-deċiżjoni dwar prijorita u urġenza tkun ibbażata fuq kriterji (mediċi u soċjali) u tittieħed mit-tim multidixxiplinarju, skont il-mertu tal-każ.

Tfal f’out of home care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx tfal f’out of home care li huma aħwa u jinsabu mifrudin minn xulxin? Jekk iva, jista’ jgħid x’etajiet għandhom dawn it-tfal? Jista’ jgħid jekk kienx hemm aħwa li kienu flimkien iżda wara ġew mifruda minn xulxin? Jista’ jagħti r-raġuni għaliex dawn ġew mifruda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa impenjat, li fejn huwa possibli l-aħwa jinżammu flimkien. Kien għal dan il-għan li f’Ottubru 2013 infetħet s-Siblings Home bil-mottiv li tilqa’ fiha aħwa li jkunu taħt Ordni ta’ Ħarsien. Apparti minn hekk, f’kull ftehim bejn il-Ministeru u entitajiet li jipprovdu ħarsien fi djar residenzjali, qed ikun inkluż rekwiżit li kemm jista’ jkun l-aħwa jingħataw priorità sabiex jgħixu flimkien. Diversi foster carers qed jiġu mitluba wkoll sabiex fejn ikun possibli jaċċettaw li jindukraw aħwa minuri. Dawn l-inizjattivi huma kollha parti mill-impenn tal-Gvern biex itejjeb is-sistema ta’ ħarsien residenzjali għat-tfal u jiffaċilita’ l-opportunitajiet li l-aħwa jitrabbew flimkien. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-ammont ta’ aħwa li preżentament mhumiex jgħixu flimkien u tagħti wkoll ir-raġuni għal dan.