Peress li fl-organigramma tal-Primary Health, taħt id-direzzjoni tad-Director Nursing and Midwifery Service hemm ir-rwol tal-Migrant Health Liaison Office. Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol eżatt ta’ dan? Jista’ jgħid ma min qed jagħmel liaison? Għandu xi rwol fil-komunità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-rwol
Il-Migrant Health Liaison office (MHLO) gie ¿viluppat fi ħdan id-Dipartiment tal-Kura Primarja. Dan l-uffiċċju għandu rwol f’diversi oqsma li jippartjenu s-saħħa u l-preven¿joni ta’ mard u kundizzjonijiet tas-saħħa fost l-immigranti li qegħdin residenti ġewwa Malta. L-uffiċċju huwa mmexxi minn charge nurse li speċjali¿¿at b’masters degree fis-suġġett ta’ Transcultural Health. L-irwol ta’dan l-uffiċċju jiffoka fuq:
· Edukazzjoni f’suġġetti tas-saħħa mal-immigranti fiċ-ċentri miftuħa fuq suġġetti relevanti:
o Kif għandek taċċessa servi¿¿i tas-saħħa
o L-ikel u l-attivita’ fi¿ika
o Is-saħħa tat-tfal
o Misuri ta’ sigurta’ fid-dar
o Female Genital Mutilation (Focus groups ma’ immigranti nisa u ommijiet)
o Saħħa sesswali u riproddutiva
o Kif għandek tevita trasmissjoni ta’ infezzjonijiet
· ¯vilupp tal-programm ta’ taħriġ għall-interpreti (Cultural mediators in Health Care) li huwa course ta’ tmien sessjonijiet u li jkopri fih diversi suġġetti bħal: l-irwol tal-Interpretu u l-Konfidenzjalita’, Il- Kommunikazzjoni, Terminoloġija Medika, First-aid, Mard Kroniku u Mard Infettiv, Self-care, L-Etika fl-irwol ta’ interpretu, etc
· Taħriġ lill-immigranti li japplikaw ghat-Taħriġ (Cultural Mediators in Health Care). Tnax –il grupp irċievew dan it-Taħriġ sa llum (77 immigrant ingħataw dan iċ-ċertifikat)
· Membru fit-task force li qed jaħdem kontra it-traffikar ta’ persuni organizzat mill-MHAS
· Parteċipazzjoni fi proġetti Ewropej:
o Marenostrum
o MCST: COST Actions ISO603; ISO907
o EQUIHealth-bi sħab mal-Organi¿a¿¿joni Interna¿¿jonali tal-immigra¿¿joni (IOM)
o Intercultural Competence Model (IOM, MSDC and ETC)
o Parteċipa¿¿joni f’expert working groups li jitrattaw suġġetti varji fuq l-immigra¿¿joni u s-saħħa
o LEAP Project: bi sħab ma’ SOS Malta. Dan huwa proġett li qed jipprovdi interpreti fic-ċentru tas-saħħa tal-Furjana u fl-isptar Mater Dei
o Edukazzjoni fil-komunita’ bi sħab mal-Qawra Leap Centre fejn qed jiġu organi¿¿ati ‘focus groups’ ma’ immigranti u jiġu diskussi suġġetti relevanti għas-saħħa
· Taħriġ lill-professjonisti tas-saħħa u assistenti soċjali fuq kompetenza kulturali u suġġetti relatati
· Taħriġ lill-istudenti fil-Fakulta tax-Xjenza tas-Saħħa fl-Universita’ ta’ Malta fuq suġġetti relatati mas-saħħa tal-immigranti
· Taħriġ lil GP specialist Trainees fuq kompetenza kulturali u suġġetti oħra relatati
· ‘Outreach Service’ għal ka¿ijiet individwali li jiġu rreferuti mingħand stakeholders li jaħdmu mal-immigranti: dijabetiċi, ommijiet ġodda u t-trabi tagħhom, aċċess għas-servi¿¿i li jirrigwardaw l-immigranti minuri li m’mhumiex akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom
· Provvista ta’ materjal tal-qari tradott għal diversi lingwi u mħejji mill-Interpreti biex iservi ta’tagħlim għall-immigranti.
· Diversi riċerki zgħar fi ħdan dan l-uffiċċju fuq: problemi ta Kommunikazzjoni mal-immigranti, l-esperjenza tal-professjonisti tas-saħħa li jaħdmu mal-interpreti; FGM ma’ nisa immigranti, u ‘Child Spacing’ taw informazzjoni lil dan l-uffiċċju kif jista’ jilħaq u jindirizza ka¿ijiet li jikkonċernaw is-saħħa tal-immigranti f’Malta.
Peress li fl-organigramma tal-Primary Care m’hemmx pożizzjoni għal Health and Safety Officer. Ma jidhirlux il-Ministru li din hija pożizzjoni importanti meta tqis li qed jiżdied xogħol speċjalizzat (Radiology) li jirrikjedi manutenzjoni perjodika u li għandu ċertu riskju għall-ħaddiem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ghalkemm fid-dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja qatt ma kien hemm Health & Safety Officer, id-Dipartiment tas-Sahha qed jevalwa din il-htiega.
Fid-dawl tatar-risposta għal mistoqsija parlamentari 12412, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel biex jassigura li dawn is-siringi jiġu miġbura u jiġu distrutti? X’audit qed isir biex jassigura li dawn ma jispiċċawx fil-landfill?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ghalkemm fis-snin li ghaddew qatt ma kien hemm protokoll stabbilit dwar il-gbir ta’ siringi li jkunu tqassmu, il-gvern permezz tal-Wastserv iqassam Sharp Container mis-Civic Amenity Sites tal-Wasteserv biex min juza s-siringi jkun jista’ jiddisponi minnhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ispejjeż amministrattivi biex wieħed jiddisponi minn container magħluq b’siringi wżati żdidux? Jekk iva, kemm żdiedu? Kemm hemm kumpaniji privati speċjalizzati għall-ġarr u d-distruzzjoni ta’ dawn il-containers li huma biohazard?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hijiex il-prassi li d-Dipartiment tas-Sahha izomm din l-informazzjoni.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — safar ta' uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12901 u jgħid liema kienu l-uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li siefru matul il-perjodu ta' Ottubru u Novembru 2014? Jista' jgħid fejn marru, f'liema data u r-raġuni ta' kull safra marbuta ma' xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant fil-perjodu msemmi saru sitt safriet marbuta ma’ xogħol fil-Greċja, Italja, Brussel, Italja, Ċina u Iżrael. Dawn is-safriet saru mill-Executive Chairman, Senior Professional, Executive Directors, u Managers.
Sptar Mater Dei — Pazjenti fil-kurituri tal-livell -1 – Każi ta’ mwiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm mietu pazjenti li kienu qed jieħdu kura fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty? Jista’ jgħid ukoll x’kienet il-kawża tal-mewt f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mill-PAS, CPAS u death certificates n-numru ta’ pazjenti li mietu li kienu qed jieħdu kura fil-kurituri tal-livell -1 fi¿-¿ona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty jinsab fit-tabella hawn taħt.
No of Patients Deceased
Nov-140
Dec-140
Jan-152
Skond iċ-ċertifikati tal-mewt, il-kaw¿a tal-mewt kienet ‘Acute Myocardial Infarct’ għal pazjent wieħed u ‘Chest Infection/Pulmonary Fibrosis’ għal pazjent l-ieħor.
Sptar Mater Dei — Pazjenti fil-kurituri tal-livell -1–Kondizzjoni medika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kienu l-kundizzjonijiet tal-pazjenti li kienu qed jiġu kkurati fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema CPAS ir-raġunijiet l-aktar kommuni għaliex iddaħħlu l-Isptar Mater Dei dawk il-pazjenti li ġew ikkurati fl-areas msemmija jidhru fit-tabella hawn taħt. Wieħed għandu jkun mgħarraf li din hija l-Presenting Complaint u tista’ titbiddel sa meta l-pazjent jkun rilaxxat fejn tkun saret dijanjosi għall-kundizzjoni li daħal bija.
Source: CPAS, MDH
Presenting Complaint
Percentage of Total Admissions to MAU Extension 1 and Paediatric Corridor in the period: Nov ’14 to Jan ’15 (%)
Chest Pain
30.3
Abdominal/ Epigastric/Colicky Pain
12.1
Syncope/Presyncope/Fainting episode
6.8
Shortness of breath/Cough/Respiratory problems
6.6
Chest Infection/ Bronchitis/Pneumonia
3.3
Congestive heart failure
2.9
Gastritis/Vomiting
2.0
Falls/ Recurrent Falls
1.8
Asthma/ Exacerbation of asthma
1.8
Alcohol Intoxication
1.6
Deranged blood investigation results
1.6
Palpitations/Arrhythmia/Atrial fibrillation
1.2
Confusion
1.2
Hyperglycaemia
1.2
Sptar Mater Dei — Sodod fil-kurituri tal-livell -1
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, jekk is-sodod fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty għandhomx (1) fixed oxygen point (2) fixed suction point (3) numru ċar u viżibli (4) emergency button?
Response (MIZZI, KONRAD)
Is-sodod fl-ispazji riferuti mill-Onor.Interpellanta jintuzaw ghal skop temporanju u ghalhekk huma pprovduti minn ossignu u suction portabbli. Dawn is-sodod ikunu mmarkati b’mod normali. Il-procedura ta’ emergenza (CPR) litintuza f’dawn is-sodod hija l-istess bhalma jigri fi swali ohra tal-isptar Mater Dei
Sptar Mater Dei — CPR trolley fil-kurituri tal-livell -1
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il darba ssejjaħ is-CPR trolley fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13553 u jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew ikkurati fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei, minn Novembru 2014 sa Jannar 2015, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha se tinghata f’seduta ohra.
Sptar Mater Dei — pazjenti fil-kurituri tal-livell -1
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta (data eżatta) bdew jitpoġġew pazjenti fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?
Response (MIZZI, KONRAD)
Jien infurmat illi ghall-iskop li qed tirreferi ghalih l-Onorevoli Interpellanta, il-Paediatric Corridor beda jintuza fil-5 ta’ Novembru 2011. Area 2 bdiet tintuza mit-3 ta’ Mejju 2009 waqt li l-estensjoni tal-MAU1 bdiet tintuza ghal dan l-iskop mit-2 ta’ Novembru 2014.
Dawn l-areas kollha msemmija hawn fuq huma fil-livell -1 tal-isptar.
Għajnsielem — Triq Sant'Antnin - ilmenti dwar irwejjaħ tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qattx irċeviet ilmenti dwar irwejjaħ tad-drenaġġ li qed idejqu lir-residenti ta' Triq Sant'Antnin f'Għajnsielem, Għawdex? X'passi ttieħdu mill-Korporazzjoni biex dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma irċeviet ilment wieħed biss rigward it-triq imsemmija. Saru l-investigazzjonijiet kollha neċessarji, il-problema ġiet individwata u l-inkonvenjent ġie riżolt f’qasir żmien.
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13706, jista’ l-Ministru jgħid jekk, bħala parti mill-proċess tad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kumitat tar-Risk tal-kumpanija Enemed li fuqha saret il-mistoqsija, intalbitx awtorizzazzjoni Ministerjali qabel ġie konkluż il-kuntratt ta’ hedging?
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13702, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna rtiraw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-perjodu li rrefera għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm ser tiżdied in-nefqa fuq is-salarji u benefiċċji b’riżultat ta’ dan l-ingaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' familji Maltin u Għawdxin li kienu qed jingħataw għajnuna għal dak li jikkonċerna l-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, minħabba li kellhom dħul baxx? Kif inhuma mqassma dawn l-istess familji skont il-lokalitajiet differenti, lokal b'lokal?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl li għandha l-Enemalta, f'Malta u Għawdex, rispettivament? Kif inhuma maqsuma dawn l-arloġġi, skont il-kategoriji differenti li għandha l-Enemalta, lokalità b'lokalità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta għandha 289,341 (mitejn disgħa u tmenin elf, tlett mija, wieħed u erbgħin) arloġġ tad-dawl f’Malta u Għawdex. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' servizzi tal-ilma li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, lokalità b'lokalità, maqsuma skont il-kategoriji ta' servizzi li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 60,459 (sittin elf, erba’ mija, disgħa u ħamsin) servizz residenzjali, 164,020 (mija, erbgħa u sittin elf, u għoxrin) servizz domestiku u 34,854 (erbgħa u tletin elf, tminn mija, erbgħa u ħamsin) servizz mhux residenzjali. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.