B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12916, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kuntratti (fl-istess perjodu) li ma ngħatawx b’direct order u f’kull każ jgħid il-proċedura użata (bħal quotation, tender eċċ.)
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Lista 'A' hija dwar it-tenders filwaqt li lista 'B' tikkonċerna dik fejn intużat il-proċedura ta' quotations.
Jista’ l-Ministru jgħid jikkonferma li l-maid li taħdem fl-Uffiċċju tal-Prinċipal tal-Iskola tal-Gvern San Benedettu ta’ Ħal Kirkop, kienet impjegata mal-kuntrattur u issa ġiet impjegata fis-settur pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-maid li taħdem fl-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ San Benedittu hija impjegata mal-kuntrattur.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – single fathers jirreġistraw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single fathers li qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-Reġistru għax-Xogħol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx din it-tip ta' informazzjoni.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – single mothers jirreġistraw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single mothers li qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-Reġistru għax-Xogħol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx tali informazzjoni. Iżjed minn hekk, single mothers li huma fuq il-benefiċċji mhumiex obbligati li jirreġistraw.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – single fathers jirreġistraw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single fathers li qed jirreġistraw fuq it-tieni parti tar-Reġistru għax-Xogħol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – single mothers jirreġistraw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single mothers li qed jirreġistraw fuq it-tieni parti tar-Reġistru għax-Xogħol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Jista' l-Ministru jagħti breakdown minn statistika uffiċjali li juri li hemm 7,000 single mothers li bħalissa qegħdin jieħdu l-benefiċċji soċjali u dawn possibilment jistgħu jibdew jaħdmu? Jista' jispeċifika kull kategorija ta' benefiċċju soċjali li dawn qegħdin jirċievu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawn is-single mothers kollha jibbenefikaw u huma eliġibbli għall-istess benefiċċju, iġifieri għall-għajnuna soċjali. Il-possibilta' li dawn in-nisa jibdew jaħdmu tiddependi mill-motivazzjoni individwali ta' kull persuna. Permezz tal-miżuri tal-ewwel żewġ baġits, il-Gvern qed jinċentiva bil-kbir lil din il-kategorija ta' nies biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Fid-dawl tal-fatt li l-proġett tal-bini tal-football pitch ġewwa Birżebbuġa issa beda u għandu jitlesta sa' Settembru 2015, jista' l-Ministru jikkonferma li meta jitlesta l-bini ta' din il-faċilità, din l-istess faċilità tingħata b'titlu legali lill-Fondazzjoni Sport Birżebbuġa, kif kien imwiegħed sabiex din il-faċilità titmexxa bħal ma jitmexxew faċilitajiet oħra simili mill-clubs tal-football madwar Malta? Jista' jgħid jekk bdewx taħdidiet f'dan ir-rigward mal-Fondazzjoni u x'inhu t-time frame għat-twettiq ta' din il-proċedura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet li ġejjin l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport se jkollu laqgħa mal-Fondazzjoni indikata sabiex tkun diskussa din il-materja.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-direct orders kollha li saru mill-FTS minn Marzu 2013 sa Novembru 2014, xahar b'xahar u kumpanija b'kumpanija? Jista' jelenka għal liema xogħol u fejn sar ix-xogħol jew fejn għandu jsir ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat li fl-akkwist ta' dawn is-servizzi u prodotti ġew segwiti l-proċeduri normali tal-procurement.
Alternative Learning Programme – kwalifiki ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-għalliema fi ħdan l-Alternative Learning Programme u kemm minnhom attwalment għandhom warrant temporanju jew permanenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – żidiet f’miżati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-dipartimenti/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, kien hemm żieda fil-ħlas tal-eżamijiet tal-Matsec kif indikat fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12199. B'żieda ma' dik l-informazzjoni, infurmat ukoll li l-ħlas għal applikazzjonijiet li jidħlu tard minn €46.59 sar €70. Il-ħlas għal applikazzjonijiet li jidħlu tard ħafna minn €46.59 u €23.29 kull suġġett sa massimu ta' erba' suġġetti issa sar €70 u €35 kull suġġett sa massimu ta' erba' suġġetti.
Min-naħa tal-MCAST, filwaqt li ma kienx hemm żidiet ta' miżati, infurmat li minn din is-sena il-miżata amministrattiva marbuta mar-reġistrazzjoni tal-istudenti mal-awarding bodies barranin tnaqqset minn €11.65 għal €10.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li, skont l-Avviż Legali 296/2012, il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla introduċiet ħlas amministrattiv għal servizz ta’ akkreditazzjoni mogħti lil istituzzjonijiet, kif ukoll għal programmi u korsijiet. L-istruttura tal-ħlasijiet hi kif tidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-tweġiba mid-direttorati u l-entitajiet l-oħra fi ħdan id-dekasteru tiegħi kienet 'xejn'.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm LSAs ġew trasferiti matul is-sena skolastika li għaddiet 2013-2014 u matul is-sena kurrenti 2014-2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ LSAs li ġew trasferiti matul is-sena skolastika 2013-2014 kien ta’ 175. Matul is-sena skolastika kurrenti, l-għadd ta’ LSAs li ġew trasferiti hu ta’ 305.
Jista’ l-Ministru jispjega xi prekawzjonijiet u x’passi ttieħdu fil-konfront tal-istudenti li ġew rrappurtati li wettqu aggressjonijiet jew attentati fuq il-pudur ta’ għalliema, LSAs jew kindergarten assistants?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li meta jinqalgħu każijiet bħal dawn id-Dipartiment u l-iskejjel ikkonċernati fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont in-natura tal-każ jew allegazzjoni. Fost dawn ta’ min isemmi sessjonijiet ta’ counselling u guidance mal-vittma u mal-aggressur, sessjonijiet mal-psikoloġi, is-social workers u mal-ispeċjalisti tal-SEBD, fejn ukoll il-vittma jingħata l-possibiltà ta’ counselling service. Barra minn hekk, il-Guidance Teachers tal-Anti-Bullying Team iżuru l-iskejjel u kulfejn ikunu rappurtati tali każijiet, dawn isegwu proċeduri u miżuri stabbiliti biex jagħtu l-għajnuna professjonali tagħhom. Permezz tar-restorative justice, l-istudenti kkonċernati, waqt interventi individwali, jiġu wkoll mgħejjuna biex jifhmu li għal kull aġir hemm konsegwenza. Għalhekk jittieħdu wkoll azzjonijiet differenti fejn l-istudenti jistgħu juru b’mod konkret id-dispjaċir tal-azzjoni li jkunu wettqu.
Jista’ l-Ministru jindika mil-lista mitluba f'mistoqsija parlamentari 12809, liema għalliema ma ġewx redundant mill-iskola rispettiva tagħhom billi ġew assenjati l-post ta’ CCP Mentor jew xi acting post ieħor bħala guidance teacher, librarian jew health and safety teacher u jagħti l-lista tagħhom bl-ammont ta’ lezzjonijiet li għandom fis-suġġett li jgħallmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li hemm għalliem wieħed li kien se jkun redundant u ġie assenjat bħala acting Health & Safety Teacher fl-istess skola fejn jgħallem u fejn kien hemm nuqqas ta’ Health & Safety Teachers. L-ammont ta’ lezzjonijiet li għandu fis-suġġett li jgħallem hu ta’ tmienja.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11355 dwar twaqqif ta’ istitut fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għat-taħriġ tal-edukaturi, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol preparatorju għat-twaqqif ta' tali istitut ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twaqqif ta’ istitut fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għat-taħriġ tal-edukaturi qiegħed fil-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati.
Direttorat tal-Edukazzjoni – sejħa għal post ta’ prinċipal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xahrejn is-sejħa għal post ta' Prinċipal tal-Kulleġġi fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni ħarġitx aktar minn darba? Jekk iva, kemm-il darba ħarġet din is-sejħa u jista’ jgħid għaliex tali applikazzjoni ħarġet aktar minn darba?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-pożizzjoni ta’ Prinċipal tal-Kulleġġ ħarġet darbtejn. Ir-raġuni li għaliha reġgħet inħarġet kienet li nħass il-bżonn li jkun speċifikat li permezz ta’ din is-sejħa ser jimtlew biss vakanzi li jirriżultaw sa tmiem l-2015. Dan evita li tinħoloq sitwazzjoni li persuni li bħalissa huma Prinċipali ta’ Kulleġġ u li għadhom f’nofs it-terminu tagħhom ikollhom japplikaw minn issa.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ programm ta’ taħriġ tfassal s’issa biex jiġu mħarrġa amministraturi li jagħmlu xogħol fix-xena sportiva? Meta hu mistenni li dan l-istess programm ta’ taħriġ jibda jiġi implimentat? Kif se jintgħażlu dawk li se jiġu mħarrġa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-kontenut tal-programm ta’ taħriġ wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu ta’ tfassil. Il-programm se jkun imqassam f’erba’ taqsimiet (modules) li se jkopru ħafna aspetti relevanti għal dawk il-persuni li jaħdmu fis-settur amministrattiv tal-isports. Il-modules huma dawn:-
1- Understanding and Developing Strategy for Sport and Physical Activity
2- Leadership in Sport and Physical Activity
3- Developing Effective Sport Systems and Good Governance
4- Managing Successful Events from Grassroots to Elite Sport
Il-programm ta’ taħriġ mistenni jibda jiġi implimentat fi Frar 2015.
L-għażla se tkun f’żewg fażijiet. L-ewwel se tkun miftuħa għal ħaddiema (full-time/part-time) tal-KMS, u skont in-numru ta’ applikanti, jista’ jkun hemm xi postijiet għal nies li jaħdmu fis-settur ċivili u pubbliku u li huma involuti fil-qasam sportiv. Kull sejħa għandha magħha kriterji ta’ għażla ċari ibbażati fuq l-esperjenza u l-kwalifiċi u approvata mill-PPCD.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li għas-sena skolastika 2014-2015 xi għalliema ġew assenjati l-post ta’ guidance teacher, librarian jew health and safety teacher on an acting basis u jagħti l-lista relattiva tal-għalliema li huma acting guidance teachers, acting librarians, acting health and safety teachers jew xi acting post ieħor u jagħti ukoll l-ammont ta’ lezzjonijiet li għandhom tas-suġġett proprju tagħhom fl-iskola li qed iservu fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ għalliema li ġew assenjati post bħala acting hi kif ġej:
Servizz
Total ta’ għalliema assenjati
Teaching Load
fis-suġġett proprju
Acting Guidance
3
4
4
2
Acting Health & Safety
4
12
8
Għalliem mingħajr
load
16
Acting Learning Support Zone
4 ** (** Għalliema minn dawh l-4 hi fuq kuntratt
reduced hours
)
6
11
6
12
Infurmat ukoll li dan sar wara li ġew assenjati l-għalliema kollha li kien hemm fil-listi tal-interviews rispettivi.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-għalliema li kienu qed iservu bħala guidance teachers fl-iskola sekondarja subien tal-Kulleġġ Santa Margerita (ex Verdala) għas-sena skolastika 2013-2014 u jispjega jekk kienx hemm għalliema tal-guidance minnhom li kienu qed iservu fuq acting basis?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-għadd ta’ għalliema li fis-sena skolastika li għaddiet kienu qed iservu bħala guidance teachers fl-iskola indikata mill-Onor. Interpellant, kien ta’ sitta.
Filwaqt li ħadd minn dawn l-għalliema ma kien qed iservi fuq
acting basis
, waħda minnhom, għal perjodu mis-sena skolastika, kienet fuq
maternity leave
.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm għalliema tal-guidance fuq maternity leave jew parental leave jew leave ieħor u ma ntgħażilx replacement tagħha meta fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Santa Margerita kien hemm għalliema li kellhom interview validu bħala guidance teacher?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2013/14, għalliema li qed isservi bħala Guidance Teacher ħarġet bil-maternity leave bejn it-3 ta' Jannar 2014 u t-8 ta' Mejju 2014. Ingħatajt konferma li ma ntgħażilx replacement tagħha meta fl-iskola kien hemm għalliema li kellhom interview validu bħala guidance teacher. Ir-raġuni għalfejn ma ntgħażilx replacement qiegħda tingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12813.
Matul din is-sena skolastika hemm
Guidance Teacher
waħda li qiegħda fuq
parental leave
. Din is-sena skolastika ma kienx hemm aktar
Guidance Teachers
, wara sejħa interna, fuq il-lista ta’ mertu.