Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jitkellmu f'isem l-assoċjazzjoni sportiva, Tigne'? Jista' l-Minisru jgħid ukoll min huma l-għaqdiet membri ta' l-istess assoċjazzjoni u min huma dawk l-għaqdiet li jużaw xi premises ġewwa Tigne'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' hija rappreżentata mill-President tagħha, il-Perit Charles Cassar u s-Segretarju, s-Sur Joe Sultana. Madankollu fil-laqgħat li jiena kelli ma' l-Assoċjazzjoni kienu nvoluti membri oħra skond id-diskrezzjoni tal-Kumitat.
L-Assoċjazzjoni għaddiet lista ta' tletin 'club' jew għaqda li jagħmlu użu mill-premises eżistenti li huma:
1. The Tropical Fish Breeders Association
2. The Bird Breeders Association
3. The Army and Military Association
4. The Cooks and Chefs Association
5. The Weight Lifting Association
6. The Kung Fu Association
7. The Te Kwan Do Association
8. Sliema Wanderers Football Club
9. Tigne' Association
10. Sliema Football Nursery
11. Sliema Youths Association
12. Olympic Hall
13. Floor Dancing Club
14. Judo Club
15. Keep Fit Club
16. Għaqda Ġurnalisti
17. Motor Club
18. Round Table 3
19. Rowing Club
20. Yoga Club
21. Diving Club
22. Drama Group
23. Exhibition Hall
24. Stompers Rugby Team
25. Motorcycle Club
26. Phoenician Rugby Team
27. Overseas Rugby Team
28. Racoon Ladies Football Team
29. AST Football Team
30. Swimming Club.
Jista' l-Ministru jgħid liema impjegati fuq bażi full time u part-time fid-dipartiment tal-bini u inġinerija fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet qegħdin jingħataw overtime fuq il-proġett tad-djar tax-xjuħ f'Bormla? Kemm minn dan l-overtime inħadem mill-perit inkarigat minn dan il-proġett? (L-isem tiegħu qed jintbagħat separatament).
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-persuni fid-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija li għamlu l-overtime fuq xogħol in konnessjoni mad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla huma:
Karl Borg - Technician
Ernest Cassar - Technician
Stephen Borg - Technical Officer
Joe Scerri - Clerk
Marlene Caruana - Casual Typist
Il-perit inkarigat mill-proġett mill-1 ta' Jannar 1997 sal-31 ta' Marzu 1999 irċieva Lm267. Il-kumpens għal sigħat żejda jingħata biss skond l-esiġenza u biex jitħaffef ix-xogħol.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3300, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti relevanti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet dwar ir-riċevimenti jew ikliet in kwestjoni ngħatat diġa', ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi riċevuti ta' kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu numru ta' bins madwar il-funtana ta' Putirjal magħrufa bħala tat-Tritoni biex jintefa' fihom l-iskart u xi flixken vojta flok ma jispiċċaw fil-funtana u jikkaġunaw ħafna ħsarat?
Jista' n-naħa ta' fuq ta' l-istess funtana jsir xi forma ta' lqugħ biex ukoll iservi ta' prevenzjoni milli jintefa' xi skart u materjal ieħor?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi nnotat.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-somma ta' Lm38 miljun li ssemmiet bħala valur ta' xogħlijiet għall-implimentazzjoni tal-masterplan għal Bieb il-Belt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant huwa mgħarraf illi l-valur tax-xogħlijiet għall-implimentazzjoni tal-'Masterplan' għal Bieb il-Belt huwa mqassam kif jidher hawn taħt:
Opera House Site Lm13.5 million
Freedom Square Lm10.25 million
Valletta Entrance Lm 1.75 million
Valletta Ditch Lm 1.5 million
Bus Terminus & Traffic related works Lm 9 million
Other Works Lm 1.5 million
(Including deviation of services &
landscaping, surface improvements,
Planning fees, Infrastructural fees,
EIA and TIS studies),
Contingencies Lm 0.5 million
----------------
Lm38 million)
----------------
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Executive Steering Group li hemm riferenza għalih fi klawsola 9 fil-letter of intent li ngħatat lill-consortium MIDI huwiex kostitut? Jekk fl-affermattiv, min huma l-membri ta' dan l-iSteering Group?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Executive Steering Group, jew kif inhu magħruf issa, l-Government Negotiating Team, huwa kostitwit u huwa magħmul mill-Ministru għall-Ambjent, l-Avukat Ġenerali, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent, id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, l-Assistent Personali tal-Ministru għall-Ambjent, is-Sur Noel Borg, il-Professur Daniel Darmanin u l-Perit Damian Vella.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MIDI issottomettietx lill-gvern Financial & Marketing Brief skond kif stipulat fi klawsola 6 fil-letter of intent għall-iżviluppi ta' Manoel Island u Tigne' Point? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Financial and Marketing Brief ġie sottomess lill-Gvern. Dan ir-rapport kien suġġett għal xi reviżjonijiet u qiegħed jintuża mill-konsorzju MIDI għan-negozjati tagħhom mal-kredituri tagħhom. Għaldaqstant inħoss li m'huwiex prudenti li dan id-dokument jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'dan l-istadju minħabba l-informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali li l-Onorevoli Interpellant żgur jifhem li jista' jkun hemm.
Nixtieq pero' inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt li qiegħed jitħejja jassigura illi l-Gvern jista' jevalwa l-kredibilita' finanzjarja ta' l-iżviluppatur, liema kuntratt ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għall-approvazzjoni, fil-ħin opportun.
Jista' l-Ministru jagħti ħjiel meta se jkompli x-xogħol sabiex il-ħajt tat-Tarzna jkompli jitwaqqa'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qegħdin isiru diskussjonijiet mat-Tarzna biex dan ikun jista' jseħħ. Biss dan ma jfissirx li din hi xi ħaġa ta' sempliċi twaqqiegħ tal-ħajt u kollox jieqaf hemm iżda trid tifforma parti mill-iżvilupp tax-Xatt tal-Cottonera u li fih irid ikun inkluż l-iżvilupp ta' Baċir numru 1.
Jista' l-Ministru jara li s-sistema tad-drenaġġ li tinstab bejn Triq Falkunier u l-inħawi ta' San Klement, iż-Żejtun li kontinwament tfur għaliex fiha l-ħsara u ma tlaħħaqx mal-volum li għandu jgħaddi minnha, ma tibqax tfur kontinwament ġewwa l-għelieqi b'dannu għas-saħħa ta' min jidħol f'dawn l-għelieqi u min jikkonsma l-uċuħ imkabbra f'dawn l-oqsma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-sewer main in kwestjoni huwa għal ta' Triq il-Wied , Żejtun. Dan huwa bil-ħsara u jrid jinbidel. Mistennija toħroġ tender dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir riċiklaġġ tal-karta fl-impjant ta' Sant'Antnin? Jekk fl-affermattiv, kemm inġabru flus kull ġimgħa minn dan il-bejgħ mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Min hu nkarigat minn dan il-bejgħ? Fejn qegħdin imorru l-flus minn dan il-bejgħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Iva, ninsab infurmat illi qiegħed isir riċiklaġġ tal-karta. Il-karta qiegħda tinġabar u tittieħed fl-Impjant ta' Sant'Antnin fejn tintgħażel biex dik tajba għal riċiklaġġ fis-suq lokali tinbiegħ u l-parti l-oħra tiġi riċiklata f'kompost fl-impjant stess.
Il-valur tal-karta li nbiegħ kull ġimgħa huwa kif ġej:
Ġimgħa Numru 3 3,880Kg. Lm23.28
4 3,200Kg. Lm19.20
5 2,320Kg. Lm13.92
6 4,360Kg. Lm26.16
7 6,900Kg. Lm41.40
8 1,800Kg. Lm10.80
9 8,840Kg. Lm53.04
10 30,720Kg. Lm64.32
L-uffiċjal inkarigat mill-bejgħ ta' prodotti fl-impjant jgħaddi l-informazzjoni lis-sezzjoni ta' l-Accounts fil-Marsa minn fejn toħroġ l-invoice u jinġabar il-ħlas biex jiġi depożitat fil-vot tar-revenue.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda li kienet saret lill-Kunsill ta' Ħal Luqa u lir-residenti ta' Ħal Farruġ, Luqa li l-lokalita' ta' Ħal Farruġ jitnaddaf u jingħata l-attenzjoni li jixraqlu biex jiġi rranġat kemm jista' jkun malajr?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Peress li jidher li hemm diversi problemi amministrattivi rigward it-tmexxija ta' kif jitqassam l-ilma għat-tisqija mill-impjant ta' Sant'Antnin, jista' l-Ministru jindika min hu finalment responsabbli li l-bdiewa kollha jkunu moqdija kif mixtieq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tqassim ta' l-ilma mill-impjant ta' Sant'Antnin jista' jinqasam f'żewġ kategoriji.
1. Ir-responsabbilta' li l-ilma joħroġ mill-impjant u jintbagħat fid-diversi ġibjuni hija tal-kuntrattur li bħalissa qed imexxi l-impjant.
2. Ir-responsabbilta' li l-ilma jitqassam minn ġol-ġibjuni għal għand il-bdiewa hija tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, permezz ta' l-Extension Service, Żabbar.
Ta' min wieħed iżid li ħafna mill-problemi jinqalgħu minħabba s-sistema ħażina ta' kif inhuma mqassmin il-kanali tat-tisqija, kif ukoll l-ammont kbir ta' komunikazzjonijiet illegali li hemm fuq il-mainijiet ta' l-ilma li ħerġin mill-impjant. Dan ta' l-aħħar minbarra li jikkawża telf kbir ta' ilma sakemm dan jasal fil-ġibjuni, jagħmel ukoll ħsara fil-pajpijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jipproduċi ilma l-Impjant ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn?
Jekk m'hijiex tabilħaqq il-mira, jista' l-Ministru jgħid għaliex u meta hu maħsub li tintlaħaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Impjant ta' Sant'Antnin bħalissa qiegħed jitratta u jipproduċi medja ta' 400 metru kubu kull siegħa jew madwar 9500 metru kubu fil-ġurnata. Il-mira hija li l-impjant jitratta 17,000 metru kubu kuljum, iżda dan jiddependi minn dawn il-fatturi:
1. Jekk il-Pumping Station tal-Marsa hiex fil-fatt kapaċi tissuplixxi dan il-volum (jiġifieri 17,000 metru kubu kuljum) lill-Impjant.
2. Li l-Impjant jiġi attrezzat b'relief jew outflow pumping station.
3. Li jinstab użu biżżejjed għal dan l-ilma. (Fil-preżent huwa kkalkulat li 400 metru kubu kull siegħa, jew ftit aktar, jissodisfa d-domanda preżenti fix-xhur li fih jintuża l-aktar l-ilma).
4. Li tiġi mibdula s-sistema preżenti tad-distribuzzjoni ta' l-ilma, jiġifieri minn waħda ta' open channel jew kanali għal waħda ta' pajpijiet jew closed pipe.
Fir-rigward ta' (1) u (2), dawn għandhom jiġu ndirizzati fil-futur qarib wara li jiġu maħtura l-konsulenti li jridu jwettqu l-Masterplan tas-South, waqt li fir-rigward ta' (3) u (4), għaddejjin diskussjonijiet mal-W.S.C. biex tiġi stabbilita r-responsabbilta' ta' min għandu jagħmel dan ix-xogħol u jekk fil-fatt dan hux se jsir.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex bdiewa fil-Bidni (Wied il-Għajn/Żabbar) mhumiex ripetutament jingħataw l-ilma fil-ħin u kemm hemm bżonn minkejja s-sistema l-ġdida mħaddma mit-Taljani?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi n-nuqqas ta' ilma fil-Bidni u żoni oħra fl-inħawi huwa probabbilment dovut min-nuqqas ta' ilma li jidħol fl-impjant mill-Pumping Station tal-Marsa. Qiegħed jiġi studjat x'inhi r-raġuni preċiża ta' dan in-nuqqas, biex is-sitwazzjoni tkun tista' tiġi rranġata.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Knisja ta' San Ġakbu fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta u l-bini anness magħha huma amministrati mid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Kemm ħadet żmien biex ġiet restawrata din il-Knisja mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u x'kienet l-ispiża? Min hu l-kuratur preżenti ta' din il-Knisja? Qatt sar inventarju ta' l-opri li kienu jinsabu f'dan il-bini? Jidhirlu l-Ministru li wara l-ispejjeż kbar li saru għandu jinstab mezz biex il-Knisja u l-opri tagħha jitgawdew mill-Maltin kif ukoll mill-barranin, peress li din illum tinsab magħluqa, għajr għal ftit minuti għall-quddiesa ta' nofs inhar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Knisja ta' San Ġakbu fil-Belt Valletta hi propjeta' tal-Gvern. Dwar id-dar annessa magħha, u dwar il-kuratur tal-Knisja, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-artijiet. Jien infurmat li inventarji qodma jeżistu iżda dawn ilhom ma jiġu aġġornati. Hemm l-intenzjoni tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta jaġġorna l-inventarji.
Għar-rigward ta' l-ispiża tal-proġett ta' restawr jien infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta nefaq Lm75,183.10 u li dan il-proġett dam sejjer tmien snin. Għad hemm xi materji li għad iridu jsiru.
Naqbel ma' l-Onorevoli Interpellant li huwa ħasra li Knisja hekk importanti u sabiħa ma hix miftuħa għal ħinijiet twal. Se nitlob lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta biex jistudja din il-problema.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jittieħdu azzjonijiet min-naħa tal-gvern biex tiġi ttestjata l-arja għal tniġġis? F'liema lokalitajiet? Kemm-il darba?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isir programm ta' monitoraġġ ta' Carbon Monoxide. Dan il-monitoraġġ qed isir f'diversi inħawi fuq bażi regolari tul is-sena kollha sabiex wieħed jikseb idea ċara ta' livelli tipiċi li jeżistu lokalment.
Dawn il-livelli qed ikunu rrapurtati fuq il-website tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent (www.environment.gov.mt)
Minn barra dan ġie ordnat aktar apparat analitiku li jkejjel il-livelli fl-arja ambjentali ta' Sulphur Dioxide, Nitrogen Oxides, Ozone 2.5/10.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru, 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn Ottubru 1998 sallum fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu kien hemm dawn id-delegazzjonijiet li żaru pajjiżi barra minn Malta kif gej:
MINISTERU
---------
MEMBRI XOGĦOL LI SAR MINN SPEJJEŻ
TAD- KULL DELEGAZZJONI TAD-
DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI
------------------------------------------------ -----------------
R Cachia Zammit Żjara ta' Lm284.54
familjarizazzjoni
Kummissjoni Ewropea
Onor. Ministru Taħdidiet ma' uffiċjali Lm1257.28
għall-Ambjent, mill-Universita' ta'
Kevin Gatt, Bologna
Carmel Callus
Mary Debattista Konferenza dwar fondi Lm248.77
mill-Ewropa u sħubija
bejn il-pubbliku u l-
privat - Dublin
R Cachia Zammit Laqgħa għall- Lm101.30
korrispondenti
nazzjonali ta'
SMAP - Brussels
Onor Ministru Taħdidiet mal-Gvern Lm8919.47
għall-Ambjent, Ċiniż dwar ġonna
Paul V Mifsud, pubbliċi - Ċina
Vincent Cassar,
Kevin Gatt,
Joseph Farrugia
Paul V Mifsud Kors għall-uffiċjali Lm1595.83
Maltin dwar negozjati
ma' l-Unjoni Ewropea
- Ingilterra
TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET
----------------------
MEMBRI XOGĦOL LI SAR MINN SPEJJEŻ
TAD- KULL DELEGAZZJONI TAD-
DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI
------------------------------------------------ ----------------
Vince Magri Attendenza Recycling Exhibition
Joe Camilleri Stoneleigh - UK 03/10/98 sa s-
Mario Agius 07/10/98 Lm1388.40
Paul Saliba Proġett Aramis: Sistema ta'
Irrigazzjoni fil-Mediterran
Palermo - Italja 28/10/98 Lm314.08
sa l-01/11/98
Carmel Mifsud Borg, Żjara ta' familjarizzazzjoni
Vince Magri lill-Kummissjoni ta' l-Unjoni
Ewropea Brussel - Belgium Lm576.22
Ray Bondin, Konferenza Internazzjonali
Norbert Gatt Facadism & Urban Identity
Pariġi - Franza Lm830.41
Claude Borg Konferenza Internazzjonali
dwar Bini u Żvilupp Reġjonali
Halmstead - Svezja
Lm308.39
Herman Bonnici Stone Construction Lectures u
Seminar fl-Universita' ta' York
UK Lm261.00
Vince Cassar Conference to launch the EU 5th
framework for research Essen -
Ġermanja Lm206.18
Vince Cassar, Żjara f'Bari - Italja
Vince Magri Lm863.99
Anthony Abela, Quality Streetscapes Conference
Emanuel Buttigieg '99 Londra UK
Lm389.30
DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT
---------------------------------------
MEMBRI TAD- XOGĦOL LI SAR SPEJJEŻ TAD-
DELEGAZZJONI MINN KULL DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI
------------------------------------ -----------------------------
Prassede Grech Nehap Pan European Meeting Lm433.68
Luxembourg
Joseph Callus Żjara ta' familjarizzazzjoni
lill-Kummissjoni Ewropea fi
Brussel Lm606.01
Anthony Mallia Briggs Marine Environmental
Services Oil Ltd'-
Supervisors' Course - Irlanda Lm400.05
Alf E Baldacchino RAC/SPA Pjani ta' Azzjoni
ħarsien tal-mammali tal-
baħar fil-Ġreċja Lm 46.51
M Gauci, Konferenza Internazzjonali Lm170.93
S Stevens, dwar konservazzjoni u użu
M Psaila sostenibbli tal-boskijiet
Mediterranji fi Spanja
V Gauci, Kummissjoni mħallta Franċiża Lm517.60
V Magri u Maltija fi Franza
C Tanti RAC/SPA - Med. inventories of
Marine & Coastal biodiversity
fi Franza Lm 44.82
L Vella Laqgħa tal-korrispondenti ta'
l-SMAP fi Brussel Lm454.16
R Camilleri Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni
ta' tniġġiż tal-baħar bi tfigħ
ta' skart u materjal ieħor Lm400.87
f'Londra
C Muscat CITES - Correspondence with
standing committee - Brussels Lm 19.10
C Gauci It-tieni laqgħa tal-Med.
Wetlands Com fi Spanja Lm 46.66
L Vella It-tielet laqgħa preparatorja
dwar Trasport, l-Ambjent Lm293.24
u s-saħħa fis-Slovenja
V Gauci, R'99 (Geneva) - It-tielet Lm1581.10
A Vella, Konferenza Ministerjali dwar
L Vella l-Ambjent u s-Saħħa fil-
Ġermanja
A E Baldacchino RAC/SPA - Pjani ta' azzjoni
dwar il-ħarsien tal-mammali
tal-baħar fit-Tunezija Lm 30.57
J Sammut Waste Management Subject Plan
Training f'Londra Lm 26.16
L Vella Il-ħames Framework Programme
għar-riċerka fil-Ġermanja Lm 560.57
C Grech Fontainebleau Youth Foundation Lm 225.07
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5776 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta'l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid jekk Ta' Qali National Park Committee għadux jiffunzjona? Jekk fl-affermattiv, min kienu l-membri ta' l-istess kumitat għas-sena 1997 - 1998 u 1999?