Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10275 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tadam — Prezzijiet

Question

Peress li l-prezz tat-tadam għall-ipproċessar fl-Italja din is-sena kien ta' 3c2m minnhom 2c huma sussidjati mill-UE għall-ipproċessar, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li jkun il-prezz tad-tadam għall-bdiewa Maltin u Għawdxin jekk u meta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ministeru qed jagħmel dan l-analisi?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jmissu jaf li l-prezz tat-tadam jiddependi mis-suq, mill-varjeta', mill-kwalita' u minn diversi fatturi oħra. Għaldaqstant din il-mistoqsija hija frivola.
Leg 9 PQ #10276 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Prezzijiet

Question

Peress li l-prezz tal-prodott tal-patata għall-bdiewa fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea f'Settembru li għadda kien ta' 5c-il kilo fir-Renju Unit, u 3c4m fil-Ġermanja, jista' l-Ministru jgħid kemm huma kkalkolat li jkun il-prezz medju ta' dan il-prodott bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jmissu jaf li l-prezz tal-patata jiddependi mis-suq, mill-varjeta', mill-kwalita' u minn diversi fatturi oħra. Għaldaqstant din il-mistoqsija hija frivola.
Leg 9 PQ #10277 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Prezzijiet

Question

Peress li l-prezzijiet tal-majjal fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea għall-produtturi f'Settembru kienu ta' 55c fir-Renju Unit, 56c fil-Ġermanja, 47c fl-Olanda, 49c fil-Belgium, 59c fi Franza, 65c fl-Italja, 50c fid-Danimarka, 49c fl-Irlanda u 53c fi Spanja, jista' l-Ministru jgħid kemm huma kkalkolat il-prezz tal-majjal għar-raħħala Maltin bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea? Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien il-prezz tal-majjal għall-produtturi Maltin għax-xahar ta' Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz tal-majjal għall-produtturi Maltin huwa skond il-'Price Order No:16'. Nemfasizza lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-value added fuq il-processing, jiġifieri mill-qtil sal-prodott finali, huwa baxx, il-prodott Malti ikun jista' jikkompeti ma dak ta' l-Ewropa.
Leg 9 PQ #9955 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura/UE — Laqgħat

Question

B'riferenza għal-laqgħat li saru bejn l-uffiċjali għolja tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-UE dwar is-setturi varji tal-biedja, jista' l-Ministru jinformani ma' liema kooperattivi u għaqdiet tal-bdiewa Maltin u Għawdxin, l-uffiċjali tad-dipartiment iddiskutew l-informazzjoni u l-iżviluppi ta' dawn il-laqgħat? Jista' l-Ministru jagħti dettalji eżatt, ċioe' meta saru dawn il-laqgħat mal-koperattiva u l-għaqdiet tal-bdiewa/raħħala lokali dwar dan is-suġġett kif ukoll minn kienu l-membri preżenti ta' l-imsemmija koperattiva u għaqdiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saru diversi laqgħat ma' l-għassara ta' l-għeneb, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, dwar il-liġi l-ġdida ta' l-inbid li qed tiġi mħejjija biex tieħu post il-liġi antika ta'l-inbid (Att IX ta' l-1969). Kopja ta' abbozz tal-liġi l-ġdida ntbagħtet lil kull għassar kummerċjali nkluż lill-Koperattiva tal-Bdiewa Produtturi ta' l-Inbid u ntalbu l-kummenti u r-rimarki tagħhom dwar kif dan l-abbozz jista' jaffettwa l-attivita kummerċjali tagħhom. Laqgħat simili mistennija jsiru ma setturi oħra meta tinħass il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #10114 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8856 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra. Inżid ngħid li l-prezz medju għall-dawn it-tlett xhur li għamel referenza għalijhom l-Onor. Interpellant kien ta' 16.35c/kg għas-sena 1999, u 14.14c/kg għas-sena 1998. Dan juri zieda medja ta 2.21c/Kg, żieda ta' madwar 16%. Dan ir-riżultat juri li l-impenn l'għandu dan il-Gvern f'dan il-qasam qed iħalli l-frott mixtieq.
Leg 9 PQ #9888 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

FOI — Rapport

Question

Peress li riċentement iċ-chairman ta' l-MIA f'ġurnal lokali bl-Ingliż irrifera għall-pubblikazzjoni ta' l-FOI ta' l-1989 "Malta at the cross roads" liema rivista tgħid li sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġġib - nikkwota eżatt - "Severe strain" fuq is-settur agrikolu tal-gżejjer tagħna, u l-fatt li l-Gvern Nazzjonalista u l-Ministeru tal-Biedja qed jgħidu li sħubija sħiħa se ġġib dħul aktar għall-bdiewa u se ssaħħaħ l-ekonomija tal-biedja, jista' l-Ministru jgħid fejn kien u kienu żbaljati d-dikjarazzjonijiet ta' dawn l-awturi li llum għandhom pożizzjoni ewlenija fil-BOV u l-NTOM barra l-MIA?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-UE ġġib opportunitajiet u sfidi għas-settur agrikolu f'Malta. Il-Gvern tiegħi huwa fiduċjuż li l-bdiewa u r-raħħala Maltin lesti jaħtfu l-opportunitajiet u jilqgħu l-isfidi. Għaldaqstant il-Gvern itenni li sħubija se ġġib dħul aktar għall-bdiewa u ser issaħħaħ l-ekonomija tal-bdiewa f'Malta u rikonoxximent għall-"multifunctionality" ta' l-agrikoltura f'Malta.
Leg 9 PQ #9909 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħut esportat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8565, jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunellaġġ tal-ħut esportat fl-istess snin rispettivament? Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-prezz medju kull kilo għas-sajjied għat-tonn u għal pixxispad għall-istess snin rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11159 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura — Konsulenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10729, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati u x'konsulenza qed jagħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-konsulenti huma 'Aquaculture Consultant', 'Fisheries Consultant' u 'Plant Tissue Culture Consultant'.
Leg 9 PQ #11182 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda Maltin

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-inċident irrapportat mis-sajjieda Maltin dwar theddid minn sajjieda Tuneżini? Kemm kienu s-sajjieda Maltin li għamlu dan ir-rapport u minn fejn kienu? X'jirriżulta mill-investigazzjonijiet li naf li għamel l-ewwel il-ministeru tiegħek?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi diversi sajjieda Għawdxin almenu f'żewġ okkażjonijiet ġew imdawra minn dgħajjes Tuneżin li b'għemilhom intimidaw lis-sajjieda Maltin. Id-Dipartiment ressaq l-ilment lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin sabiex dan ta' l-aħħar ikun jista' jagħmel rapreżentazjonijiet uffiċjali ma' l-Ambaxxatur ta' Tuneż.
Leg 9 PQ #9779 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Applikazzjoni quddiem l-PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex matul it-12-il xahar li ġejjin jwettaq xogħlijiet ta' żvilupp? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-proġetti ta' dawn it-talbiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kien hemm applikazzjonijirt pendenti għand l-Awtorita ta' l-Ippjanar fuq sezzjonijiet differenti tal-proġett ta' Wied il-Qlejja. M'għandniex informazzjoni f'liema stadju waslu dawn l-applikazzjonijiet
Leg 9 PQ #9797 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għammieri — Farm esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8450?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant messu jaf illi r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8450 TIĠA ĠIET MOGĦTIJA f'seduta numru 141.
Leg 9 PQ #9860 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni ta' patata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8559 tat-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispejjeż tat-trasport fuq l-ewwel 471 tunnellata patata esportata f'dawn l-aħħar tlett snin huwa stmat li kienu jikkonsistu:- 1999 - Lm19,460 1998 - Lm22,143 1997 - Lm28,500 Dan ifisser li l-ispiża għas-sena 1999 hija ta' madwar 14% inqas mis-sena 1998 kifukoll hija inqas b'madwar 46% meta mqabbla mas-sena 1997.
Leg 9 PQ #9773 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Taxxa

Question

Peress li l-Ministru ċaħad li l-CAP ukoll tfisser taxxa fuq il-familji tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid fejn hija żbaljata l-OECD meta tgħid li kull familja ta' erbgħa fl-Unjoni Ewropea tħallas madwar Stg 20 fil-ġimgħa għat-taxxi fuq l-agrikoltura u fuq prezzijiet ta' l-ikel?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-CAP tfisser solidarjeta' mal-bdiewa. L-OECD tirrikonoxxi dan speċjalment minnħabba l-"multifunctionality" tal-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #9774 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformani x'kienu r-raġunijiet li madwar 20,000 bidwi fir-Renju Unit mistennija jfallu din is-sena minħabba l-CAP?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-sitwazzjoni fl-Agrikoltura fir-Renju Unit hija kompletament Differenti minn dik f'Malta, għaldaqstant is-sitwazzjoni fir-Renju Unit hija irrelevanti għal-dik f'Malta. Skond rapport tal-OECD id-daqs medju tal-farms fir-Renju Unit f'dawn l-aħħar 20 sena żdiedet minn 68 ettaru (612 tumoli) għal 73 ettaru (657 tumoli). Dan ifisser lu huwa żbaljat li tgħid li xi bdiewa ifallu minħabba l-CAP. Ta' min ifakkar li l-agrikoltura fir-Renju Unit għada kemm sofriet ħafna minnħabba l-Marda tal-BSE jew kif mgħarufa il-"Mad Cow".
Leg 9 PQ #9767 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pixxispad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qabda tal-pixxispad u l-prezz medju għall-istaġuni 1997, 1998, 1999? Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul għas-sajjieda mill-pixxispad fis-snin 1995 u 1996?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni DIĠA ĠIET MOGĦTIJA fir-risposta tad-domanda parlamentari numru 8130 ta' l-istess interpellant.
Leg 9 PQ #9768 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dulliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni u l-prezz medju għad-dulliegħ għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba hija; Sena Kgs. Lm Avr.(cents) -------------------------------------------------- --- 1999 2,318,406 339,229 14.63 1998 2,98 8,065 274,915 9.20 1997 2,440,062 336,695 13.80 1996 2,5 36,171 310,615 12.25 1995 2,631,440 342,814 13.02
Leg 9 PQ #9769 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Export fund — Prodotti tal-biedja

Question

B'riferenza għal Export Fund għal prodotti tal-biedja, jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat u/jew diskussjonijiet preliminari dwar il-format ta' dan il-fund matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Liema huma l-aktar destinazzjonijiet vantaġġjużi għall-prodotti tal-biedja lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed issir diskussjoni u konsultazzjoni ma l-awtoritajiet konċernati dwar l-Export Fund. Sal-lum l-aktar destinazjoni vantaġġjuża għall-patata ta' Malta hija l-Olanda.
Leg 9 PQ #9770 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban Rural Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari numru 6869 dwar l-Urban Rural Landscaping tal-paesaġġ tal-gżejjer tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7425.
Leg 9 PQ #9771 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7030, Seduta Nru. 105?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant imissu jaf li din il- mistoqsija parlamentari 7030 tas-seduta 105 DIĠA ĠIET IMWIEĠBA fis-seduta 118 u cioe f' mistoqsija parlamentari numru 7423.
Leg 9 PQ #9772 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja/sajd — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jispjega kemm kien jew huwa l-kalkolu tiegħu ta' sussidju għall-biedja u sajd mill-pre-accession funds? Kemm fil-fatt huwa l-vot tal-pre-accession funds għall-agrikoltura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal dan il-paragrafu fil-"Malta" 1999 Accession Partnership." "Financial assistance from the year 2000 will be determined once the draft regulation on pre-accession finance adopted by the commision on........... has been decided by the Council. Under these national allocations, Malta will also be able to fund part of its future participation in community programmes"