Jikkonferma l-Ministru li fil-preżent il-produtturi tal-majjal lokali għandhom l-irziezet tagħhom mimlija bil-majjal żejjed minħabba li l-kwota tal-qatla qatt ma ntlaħqet matul dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 9663.
Jikkonferma l-Ministru li ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju se tiswa lill-produtturi tat-tiġieġ tas-simna qabża minn Lm600 pitrolju fis-sena fuq 10,000 fellus għal spiża ta' Lm1,600 pitrolju fuq l-istess trobbija ta' 10,000 fellus? Jekk le, jista' jgħid kemm se tkun tiswa lill-produtturi tat-tiġieġ tas-simna ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika kif wasal għaċ-ċifri indikati fil-mistoqsija.
Jikkonferma l-Ministru li l-valur tal-flus mill-bejgħ tal-produzzjoni tal-livestock fl-ewwel disa' xhur tas-sena naqas b'Lm1,281,015?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għan-‘News Release’ Numru 225/2004 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika fid-29 ta’ Novembru 2004.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont indikat ma jinkludix is-sussidju mogħti lill-produtturi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices tal-MEPA pendenti? Liema huwa dak li ilu l-iktar snin li ħareġ u meta ħareġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' każi ta' enforcement pendenti għand l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huwa ta' 6,154. ECF 12/93 huwa l-ewwel Avviż ta' Twettieq li għadu pendenti minn meta twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dan l-Avviż ta' Twettieq inħareġ fit-2 ta' Jannar 1993.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices tal-MEPA din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Ottubru 2003 sa l-aħħar ta' Settembru 2004 inħarġu 1,061 Avviż ta' Twettieq mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-prezz tal-bdiewa tat-tadam lokali naqas fil-livell ta' 26.4% u l-faqqiegħ b'15.73% u l-qarabali naqas b'49.12%? Jista' jinforma lill-Kamra xi jfisser f'termini ta' flus għall-bdiewa dan il-persentaġġ u dawn il-punti mħabbra mid-dipartiment ta' l-istatistika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-prezz tal-bdiewa għall-frott frisk lokali naqas fil-livell ta' 40.91% jew 53.72 punt? Jista' jinforma lill-Kamra xi jfisser f'termini ta' flus għall-bdiewa dan il-persentaġġ u dawn il-punti mħabbra mid-dipartiment ta' l-istatistika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-fuel għall-bdiewa għola bi 18% kif dikjarat mid-dipartiment ta' l-istatistika? Jista' jinforma lill-Kamra f'ċifra ta' flus kemm hija din it-18% żieda fuq il-prezz tal-fuel li qed iħallsu aktar il-bdiewa u raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-insurances tal-bdiewa għolew bi 13.25% kif dikjarat mid-dipartiment ta' l-istatistika? Jista' jinforma lill-Kamra f'ċifra ta' flus kemm hija din it-13.25% żieda fuq l-insurances li qed iħallsu aktar il-bdiewa u raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet fil-ġimgħa ż-żieda fil-bolla ta' l-NI li minn wara l-ewwel ta' Mejju bdew iħallsu s-sajjieda minħabba li l-Gvern Nazzjonalista neħħa s-sussidju ta' nofs il-ħlas ta' din il-bolla ta' l-NI?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet fil-ġimgħa ż-żieda fil-bolla ta' l-NI li minn wara l-ewwel ta' Mejju bdew iħallsu l-bdiewa minħabba li l-Gvern Nazzjonalista neħħa s-sussidju ta' nofs il-ħlas ta' din il-bolla ta' l-NI?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex mhux is-sajjieda kollha Maltin u Għawdxin reġistrati mal-koperattivi huma ntitolati għad-diesel duty free, meta dawn idaħħlu l-qabda tagħhom fil-pixkerija lokali għal ħteġijiet tal-poplu u ta' l-industrija tat-turiżmu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u Sajd kien għamel referenza għal dan il-punt bħala tweġiba tiegħu matul id-diskors tal-Budget. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għal dan.
Jista' il-Ministru jinformana f'liema ġranet ħarġu s-siġar tal-frott morda miċ-ċentru fejn suppost trabbew ħielsa mill-mard u ttieħdu fl-Għammieri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma ħarġu l-ebda siġar tal-frott morda miċ-ċentru u ttieħdu l-Għammieri. Ma nistax nifhem għala l-Onor. Interpellant qed jipprova jallarma meta ngħatat tweġiba fuq dan fid-diskors ta’ l-Estimi tal-Budget.
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-prezz tal-bdiewa għall-patata lokali naqas fil-livell ta' 62.96% u/jew 83.25 punt? Jista' jinforma lill-Kamra xi jfisser f'termini ta' flus għall-bdiewa dan il-persentaġġ u dawn il-punti mħabbra mid-dipartiment ta' l-istatistika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-prezz tal-bdiewa għall-ħaxix frisk lokali naqas fil-livell ta' 14.36% u/jew 12.26 punt? Jista' jinforma lill-Kamra xi jfisser f'termini ta' flus għall-bdiewa dan il-persentaġġ u dawn il-punti mħabbra mid-dipartiment ta' l-istatistika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 8653 u 9112, jista' il-Ministru jinformana kemm hi l-parti li tħallset mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Hu kkalkulat li bejn wieħed u ieħor għandu jiġi refunded madwar 36% ta’ l-ispiża. L-ammont li l-Unjoni Ewropea tat minn Jannar sa Settembru, f'refunds, huwa ta' Lm 10,203. Pagamenti oħra huma mistennija li jingħataw sa l-aħħar tas-sena.
Jista' il-Ministru jagħtina breakdown ta' l-arretrati fi ħlasijiet ta' overtime fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, maqsuma skond kull dipartiment? Kemm hija ċ-ċifra fi flus ta' overtime li għandhom jitħallsu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li qed issir verifika sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ overtime li għandu jitħallas bħala arretrati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru.
General Fisheries Commission for the Mediterranean
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-lobbying tagħha biex toffri lil Malta bħala sit għas-segretarjat tal-General Fisheries Commission for the Mediterranean Malta hix qed toffri bħala premises alternattivi jew it-torri ta' San Tumas jew il-Palazz Ta' Spinola? X'feedback kellu i-Gvern Malti s'issa għal din il-bidmeta wieħed iqis li l-Italja u Spanja wkoll huma nteressati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nikkonferma li t-Torri ta’ San Tumas qed jiġi offrut bħala s-sit għall-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd tal-Mediterran.