Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14962 u 15126 u jgħid apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surchargex'miżuri qiegħda tieħu l-Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti u b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Distribution losses ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15123 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Works Council

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14823 u jgħid s'issa kemm-il darba ltaqa' il-works council fl-Air Malta minn mindu twaqqaf? X'xogħol għamel fil-laqgħat tiegħu biex jgħin lill-Air Malta tiffaċċja l-isifidi li għandha quddiemha?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Works Council ta' l-Air Malta s'issa ltaqa' ħames darbiet minn mindu twaqqaf. Is-Central Representative Council (CRC) li hu il-Kumitat li jirrapprezenta l-kategoriji differenti tal-ħaddiema jiltaqa' aktar spiss, jiġifieri darbtejn fix-xagħar. Dan il-Kunsill, li hu l-ewwel li ġie stabbilit f'Malta ġie mwaqqaf biex jissaħħu r-relazjonijiet bejn il-ħaddiema u l-Management u biex ikun hemm trasparenza sħieħa u livell għoli ta' prassi tax-xogħol (work practices). Għaldaqstant, f'dawn il-laqgħat jiġu diskussi diversi suġġetti biex il-ħaddiema jiġu nfurmati u jiġu kkonsultati fuq numru ta' deċiżjonijiet li għandhom bżonn jittieħdu speċjalment dawk li jkunu sejrin iġibu bdil sostanzjali fuq il-futur tal-kumpanija. Min naħa l-oħra, ir-rappreżentanti tad-diversi kategoriji tal-ħaddiema, jkunu jistgħu huma wkoll jagħtu xi idejat u suġġerimenti lill-Management li jiġu evalwati u diskussi. Minn mindu twaqqaf il-Works Council, il-ħaddiema qegħdin ikunu nfurmati aktar fuq is-sitwazzjoni tal-kumpanija kemm dik finanzjarja kif ukoll operattiva u anke kummerċjali. B'hekk wieħed għandu jifhem li l-ħaddiema kollha jistgħu aktar japprezzaw is-sitwazzjoni tal-kumpanija u flimkien mal-Management jaħdmu għall-futur aħjar.

Malta Drydocks — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14899 u jgħid jekk din is-sena t-tarzna ħassritx proċess ta' għażla għal servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin u reġgħet bdiet il-proċedura mill-ġdid? X'kienu r-raġunijiet li għalihom tħassar il-proċess ta' l-għażla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14897 u jgħid kemm-il darba matul din is-sena t-tarzna għamlet sejħa għall-offerti għal-lukandi lokali għall-akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin li ġġib Malta biex jaħdmu magħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena t-Tarzna ħarġet sejħa waħda għal offerti biex ikunu akkomodati ħaddiema barranin li jaħdmu fit-Tarzna minn żmien għal żmien.

Enemalta — Użu ta' enerġija

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14966 u jgħid x'inhi tagħmel l-Enemalta sabiex taċċerta li l-konsumatur (inkluż dipartimenti tal-gvern) jużaw l-enerġija b'mod aktar għaqli?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-fehma tiegħi hi, li hi responsabbilta' ta' kull konsumatur li jevita l-ħela ta' l-enerġija. Xejn m'hu b'xejn u m'għandux ikun biss għax jogħla l-elettriku li wieħed għandu joqgħod attent kif jużah. L-istess jgħodd għall-ilma, il-karta u kull riżorsa oħra. Il-funzjoni ta' l-Enemalta hi li tforni l-enerġija. Minn żmien għal żmien l-Enemalta toħroġ pubblikazzjonijiet u tipprovdi informazzjoni permezz tal-website tagħha dwar kif il-konsumaturi jistgħu jaħlu anqas. Il-Ministeru tiegħi qabbad lill-Enemalta biex tassisti lill-entitajiet fid-dekasteru tiegħi fl-implimentazzjoni ta' programm tat-tnaqqis fl-użu ta' l-enerġija u l-adozzjoni ta' meżżi alternattivi t'enerġija. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-linji gwida dwar ir-responsabbilta' ambjentali tal-Ministeru u l-entitajiet fih li jistgħu jinkisbu mill-website tal-Ministeru tiegħi. Naħseb li dawn ikunu eżempju siewi għal kull organiżżazzjoni kbira jew żgħira kemm fis-settur pubbliku u fis-settur privat. Intant, rigward kampanji dwar użu għaqli ta' riżorsi, li huma fil-kompetenza diretta ta' l-Awtorita' Maltija dwar ir-Riżorsi, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel id-domanda lill-Ministru Konċernat.

PBS — News Division

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' nies li ma baqgħux jaħdmu fin-News Division tal-Public Broadcasting Services minn meta saret ristrutturazzjoni tal-PBS? Min kienu n-nies konċernati u x-xogħol kienu jagħmlu? Kemm impjegati ġodda bdew jaħdmu fl-istess News Division minn meta seħħet ir-ristrutturazzjoni? Min huma n-nies konċernati u x-xogħol qed jagħmlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-għadd ta' nies li ma baqgħux jaħdmu fi News Division tal-PBS minn meta saret ir-ristrutturazzjoni huwa ta' 15. Il-karigi li kienu jokkupaw kienu: Executive Policy & Planning Manager News Mgr. Com. Education & Archives Asst. Mgr. News & Current Affairs Asst. Mgr. Local Productions News Executve 2 Senior Reporters 2 Reporters Clerk III 3 Senior Cameramen Cameraman L-impjegati godda li qed jaħdmu fi News Division huma sitt Journalist Editors. Ma nħossx li hu opportun li jingħataw l-ismijiet tal-impjegati.

Enemalta — Arblu ta' l-elettriku

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14808, jista' il-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni biex jinħareġ il-permess tat-trinka meħtieġa meta s-sidien tal-garage ilhom jistennew aktar minn tliet snin biex jitneħħa dan l-arblu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li t-talba biex isir ix-xogħol imsemmi fil-mistoqsija, saret madwar sentejn ilu ; l-proċess biex jinbeda x-xogħol beda riċentement skond il-priorita li ngħata. Il-kuntrattur tat-trinek qiegħed jipproċessa l-permess u kif jinħareġ ikun jista' jibda x-xogħol.

Unaccounted for water

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-unaccounted for water għal din is-sena? Kemm kien dan il-persentaġġ matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament? Liema raġunijiet huma maħsuba li jikkontribwixxu għal dan it-telf ta' ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dawk fit-toroq — Konsum ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema persentaġġ jammonta l-konsum ta' l-elettriku sabiex jiddawlu t-toroq tagħna, kemm dawk lokali kif ukoll dawk arterjali, mill-produzzjoni kollha ta' l-elettriku ġenerata fil-pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persentaġġ tal-konsum tad-dawl tat-toroq jammonta għal 1.31% mill-konsum totali.

Enemalta — Importazzjoni ta' fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14946 u jgħid jekk jitħallasx dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel mill-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn ir-rati ta' taxxi u għal kemm ammontaw għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Vapuri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri għat-tiswija fit-tarzna tul is-sena 2005? Kemm dam kull vapur għat-tiswija?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li n-numru ta' vapuri li daħlu fit-Tarzna għat-tiswijiet kien ta' 107. It-tul ta' żmien li kull vapur dam għat-tiswijiet ivarja skond ix-xogħol. Din l-informazzjoni hija meqjusa bħala kummerċjalment kunfidenzjali.

Air Malta — Titjir ta' ajruplani ta' linji oħra

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14817 u jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14821 u jgħid matul is-sena 2004 u minn Jannar 2005 sa Settembru 2005, kemm kien hemm persuni li temmew l-impjieg tagħhom ma' l-Air Malta qabel iż-żmien? F'liema kategoriji kienu jaħdmu? Kemm minnhom huma piloti?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta — Konsulent Amerikan

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi ħlasijiet ngħata s'issa l-konsulent Amerikan li ismu qed jintbagħat separatament, għax-xogħol li għamel għall-korporazzjoni Enemalta? X'xogħol fil-fatt għamel mindu nħatar konsulent? Kemm nefqet fuqu l-Enemalta biex ġabitu hawn kull darba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.