Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30999 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Kemm qed jitħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu t-trattaturi ma' sid stabbiliment fl-inħawi tal-proġett ta' Slum Clearance f'Balzunetta, Floriana?
Meta hu maħsub li jinbeda dan il-proġett kif ukoll dak fi Triq il-Kappuċċini Floriana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mas-sid ta' l-istabbiliment li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant biex jiġi konkluż il-konvenju.
Dwar il-proġett fi Triq il-Kapuċċini, ninsab infurmat li waslet biex tingħata t-tender wara s-sejħa għall-offerti u x-xogħol mistenni jibda' aktar tard fi Frar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol rapurtati lid-Dipartiment tas-Siġurta' Soċjali matul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom kienu każijiet fatali u kemm kien in-numru ta' ħaddiema li sofrew/garrbu diżabilita permanenti f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li minkejja li qegħda fuq ir-relief, għandha tifla bi bżonnijiet speċjali u tifel ta' 12-il sena, qegħda tħallas kera ta' madwar Lm 400 għall-appartament li toqgħod fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.
Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li minkejja li tgħix fuq ir-relief u għandha żewġ itfal żgħar, għandha kera ta' madwar Lm 310?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post. Infurmat ukoll li l-impjegati tad-Dipartiment għall-aktar minn darba waħda spejgaw lill-persuna b'dan. U li l-kera tagħha ma tistax tonqos aktar minn hekk.
Jista' l-Ministru jara b'ċertu urġenza l-każ ta' social housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat għall-post alternattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant għadha kif issottomettiet l-applikazzjoni tagħha fl-14 ta' Jannar 2002. Infurmat ukoll li l-każ, li hu wieħed bħal ħafna oħra ta' sharing accommodation, qed jiġi processat mal-każijiet l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar dawk l-inkwilini fi propjeta tal-Gvern li jkunu jixtiequ jibdlu r-residenza tagħhom? Teżisti xi lista li tkun aċċessibbli għal dawk interessati sabiex jkunu jistgħu jivverifikaw liema huma dawk ir-residenti li jixtiequ jibdlu l-post tar-residenza tagħhom? (naturalment propjeta' pubblika) Kemm sar bdil ta' residenzi f'dan is-sens f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jaċċetta bdil bejn inkwilini rikonoxxuti li jkunu jixtiequ jibdlu r-residenzi tagħhom. Min ikun irid aktar tagħrif għandu jmur jistaqsi fil-Customer Care Section. Matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 90 każ ta' bdil jiġifieri 45 applikant bidel ma 45 applikant ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex il-persuna bid-dettalji ammessi separatament li tgħix f'kamra waħda ma wliedha tiġi kkunsidrata bis-serjeta' għall-akkomodazzjoni soċjali diċenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat bis-serjeta' bħal ma jsir fil-każijiet kollha li jiġu għall-attenzjoni tad-dipartiment.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi nru. 30684, possibli l-Ministru jinnotta li l-inkwilina kienet ilha ma tħallas kera mill-1998 u mhux mill-1999 minkejja li l-inkwilina tpoġġiet f'dan il-post mill-amministrazzjoni preċedenti u minkejja li l-housing kien jaf li l-inkwilina ma kienetx qed tħallas il-kera' baqa' m'għamel xejn biex jipproteġi lis-sid li hi mara anzjana? Għaliex l-Housing baqa' m'għamel xejn minkejja li kienu jsaqsu b'mod regolari lis-sid jekk l-inkwilina kienetx qed tħallas il-kera?
Billi s-sid ta' dan il-post qed tħoss li ma' kienetx protetta mill-
Housing
li kien responsabbli biex ipoġġi l-inkwilina f'dan il-post, x'jista' jagħmel il-
housing
biex is-sid ma tibqax f'dan l-iżvantaġġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat illi s-sid tal-post kienet irrikonoxxiet lill-inkwilina. Għaldaqstant, skond il-liġi, hija s-sid stess li għandha d-dritt tfittex lill-inkwilina għall-kera li ma tħallsitx. Naturalment, l-inkwilina tiffaċċja l-konsegwenzi tal-liġi jekk tibqa' ma tħallasix.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li ser ikun hemm xi tibdil fil-policy ta' kif jinħarġu l-permessi għar-reserved parking bays u/jew blue strickers? Jekk iva, b'liema sens?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li m'hemmx ħsieb li tinbidel il-policy ta' kif jinħarġu l-permessi għar-reserved parking u l-blue stickers għall-persuni b'diżabilita'.
L-iżvilupp reċenti li kien hemm f'dan il-qasam kien li nħatar Review Panel, kif rakkomandat mill-Ombudsman biex jirrevedi każijiet deċiżi dwar reserved parking meta dawn jiġu kontestati. Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' qed tippjana li l-format tal-blue sticker jinbidel biex ikun konformi ma dak użat fl-Ewropa biex ikun jista' jintuża wkoll barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex persuna li dettalji tagħha qiegħed nibgħat separatament tingħata akkomodazjoni urġentament peress li din ilha homeless mill-15 ta' Gunju 2001 (rapport tal-Pulizija u tal-Housing annessi) u peress li din il-persuna għandha ħamest itfal u tarbija oħra ġejja fid-dinja?
Peress li din il-persuna kienet kostretta li tibgħat lit-tfal tagħha f'istitut peress li m'għandiex fejn iżżomhom u peress li din il-persuna lanqas qed tirċievi l-benefiċċji soċjali biex tkun tista' tgħix hi u tgħajjex lil uliedha, jista' jintervjeni sabiex is-sitwazzjoni ta' din il-persuna tiġi rimedjata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux iż-żewġ każijiet li d-dettalji tagħhom qed ngħaddi separatament jiġu mistħarrġa mill-aktar fis peress li nżammitilhom l-assistenza soċjali li tant għandhom bżonn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni ndikati minnu ġew infurmati bl-eżitu tal-każ tagħhom.
Skema ta' l-Awtorita' tad-Djar — Bejgħ ta' Appartamenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid l-appartamenti f'76 Triq San Nikola l-belt jistgħu jibbiegħu lill-inkwilieni jekk huma rispettati l-kundizzjonijiet ta' l-Iskema tal-Awtorita' tad-Djar dwar bejgħ ta' appartamenti tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-inkwilini ta' l-appartamenti 76 Triq San Nikola Il-Belt Valletta jistgħu japplikaw biex jixtru r-residenza tagħhom basta jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-Iskema relattiva ċioe' "Sir Sid Darek".
Jista' l-Ministru jgħid jistax tiġi irranġata d-daħla għal Swatar, block A1, Msida fejn ir-residenti lanqas biss għandhom tarġa biex jidħlu għal block?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jittejjeb l-upkeep, tal-block B2, tas-Swatar, Msida billi l-partijiet komuni ma ġewx imbajda u l-ħadid għandu żewġ kuluri u huwa mġannat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha tirreġistra għax-xogħol ma' l-ETC għal żmien twil?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-placement officer tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ inkarigat mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ser tagħmel kuntatt ma din il-persuna f'qasir żmien.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-inizjattivi li ħadet l-ETC mill-1999 'l hawn biex
tħarreġ aktar ħaddiema u tressaq aktar nies lejn is-suq tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B'Referenza għall Mistoqsija Parlmentari Numru 30967
Bejn 1999 u illum il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) organiżżat bosta programmi ta' taħriġ bil-għan li tressaq aktar nies lejn is-suq tax-xogħol. Uħud minn dawn il-programmi jinkludu:
Skemi ta' Apprendistat Taħriġ prattiku u teoretiku għal dawk li lestew (ESTS u TAS) l-edukazzjoni sekondarja u jixtiequ jibdew karriera fil-livell ta' Tekniku jew Tradesman.
Traineeship Schemes Taħriġ speċjaliżżat f'diversi oqsma marbut ma' mpjieg. It-taħriġ jingħata kemm fuq il-post tax-xogħol kif wkoll fi stabiliment ta' taħrig.
Entrepreneurship Schemes Għajnuna finanzjarja, taħriġ u mentoring għall-persuni li jixtiequ jibdew negozju.
Basic Employment Passport Taħriġ għal persuni li lestew l-edukazzjoni Scheme sekondarja li jixtiequ jibdew jaħdmu.
Night Institute for further Taħriġ avvanzat għal persuni li qiegħdin Technical Education jaħdmu f'oqsma tekniċi u jixtiequ jtejbu il-ħiliet tagħhom.
Literacy for employment Scheme Taħriġ fil-qari u kitba kemm għaż-żagħżagħ kif wkoll għall-adulti.
Taħri- avvanzat fuq il-kompjuters Programmi varji ta' livell avvanzat fl-informatika li jinkludu programming fost affarijiet oħra.
IT for you campaign Programm ta' ġurnata li jinkludi taħriġ bażiku fuq l-użu tal-kompjuters.
Barra dawn il-programmi u skemi msemmija hawn fuq, il-korporazzjoni organiżżat numru kbir ta' programmi ta' taħriġ f'oqsma relatati ma' xogħol ta' l-uffiċċju kif ukoll fi snajja varji.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-programmi kollha li tipprovdi l-Korporazzjoni.