Jista' il-Prim Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jieħu l-income tax refund dovuta lilu għas-sena 1998 peress li issa ilha pendenti ħafna snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17038 u jgħid kif taħdem il-konċessjoni li ta l-gvern lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal b'diżabilita' u jibgħatuhom skejjel privati b'facilitator imħallas minnhom?
Peress li l-maġġoranza ta' dawn il-facilitators huma parti mħallsa wkoll minn NGOs li jagħmlu tant sagrifiċċji biex jiġbru l-flus biex iħallsu l-facilitators u jtaffu parti mill-piż tal-ġenituri, kif titħallas lura l-konċessjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull individwu li jipprova li jkun għamel ħlasijiet lill-iskola fejn jattendi l-wild tiegħu li jkollu bzonnijiet speċjali, għal servizzi ta’ facilitator, jingħata tnaqqis mill-income tiegħu kemm-il darba l-iskola tkun imsemmija mill-Ministru tal-Finanzi f’avviz legali u jkun ġie stabbilit minn board imwaqqaf apposta li dak il-wild ikollu ħtieġa ta’ facilitator.
Il-proċedura se tkun din: Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni se jikseb lista mingħand il-board imwaqqaf apposta ta’ l-ismijiet involuti. Wara dan, id-dipartiment se jibgħat formola lil kull wieħed minnhom biex dawn jimluha u jehmzuha mal-formola tat-taxxa li se jirċievu ftit ieħor. It-tnaqqis, sa massimu ta’ Lm4,000 se jiġi rifless fuq it-tax statement li aktar tard dawn il-ġenituri jirċievu mid-dipartiment.
Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Voting documents
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża sabiex il-voting documents għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Marzu 2006 jitqassmu permezz tal-posta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ispiża sabiex il-voting documents għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Marzu 2006 jitqassmu bil-posta reġistrata hija ta’ Lm71,209.25
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali ġiet mibgħuta mid-dipartiment tat-taxxi interni fejn l-intimati ġew interpellati jħallsu arretrati ta' taxxa in linea ma’ l-
Income Tax Management Act
, fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16376 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord ministerjali għat-turiżmu? Kemm-il darba iltaqa' dan il-kumitat u x'inhuma d-deċiżjonijiet li ttieħdu s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-Kumitat Interministerjali ghat-Turizmu, l-informazzjoni kollha dwaru inghatat fit-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari nru 16854/10/01.
Minn meta inghatat dik it-twegiba, il-Kumitat Interministerjali ghat-Turizmu iltaqa’ darb’ ohra, igifieri tnax-il darba minn meta twaqqaf.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar ingaġġ ta' skrivani maċ-ċivil? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi sejħa simili matul l-ewwel nofs tas-sena 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-aħħar reklutaġġ ta’ Skrivani fis-Servizz Pubbliku sar permezz ta’ eżami li r-riżultat tiegħu ġie ppubblikat fis-16 ta’ Mejju 2003.
Ir-reklutaġġ beda fl-1 ta’ Marzu, 2004 u ntemm fl-4 ta’ Mejju, 2004. B’kollox 158 persuna ngħataw il-ħatra ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku.
Reklutaġġ ġdid isir skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ripatriati flus lura f'Malta li kienu investiti barra minn Malta, wara l-iskema li ħareġ dan l-aħħar il-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-iskema li qed jirreferi għaliha kienet tinvolvi r-reġistrazzjoni ta’ fondi miżmuma barra l-pajjiż u mhux neċessarjament ir-ripatrijazzjoni ta’ dawn il-fondi. L-ammont reġistrat taħt din l-iskema, magħrufa bħala l-Iskema ta’ Reġistrazzjoni dwar l-Investimenti, wara li din reġgħet infetħet għal perijodu ta’ tliet xhur minn april sa Ġunju 2005, kien ta’ Lm117.2 miljun. Minn dan l-ammont madwar 9% kien attwalment ripatrijat lura f’Malta.
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li l-membri ta' l-Armata tat-3rd Regiment ingħataw bħala kumpens għax-xogħol extra taċ-CHOGM 23c fis-siegħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-membri kollha ta’ l-Armata, inklużi dawk fit-3rd Regiment, li ħadmu matul il-laqgħa tal-Commonwealth Heads of Government (CHOGM) li saret f’Novembru 2005 ingħataw bonus ta’ darba ta’ Lm40 kull wieħed.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15216 u jgħid kemm idaħħal flus il-gvern mit-taxxi li jiġbor mill-fishfarms li hawn joperaw f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm ħallsu VAT fis-snin 2003 u 2004 u sa Settembru, 2005 separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk Malta ppreżentatx tul l-2005 aġġornament tal-pjan ta' konverġenza lill-Unjoni Ewropea u jekk fl-affermattiv ġentilment iqiegħed kopja aġġornata fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Malta ppreżentat il-Pjan aġġornat ta Konvergenza lill-Unjoni Ewropea. Dan il-Pjan ikopri l-perijodu mis-sena 2005 sas-sena 2008. Il-Pjan ser jiġi eżaminat mill-Kummissjoni Ewropeja aktar tard dan ix-xahar.
Qed inpoggi kopja tal-Pjan Aggornat fuq il-mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15813 u 15825, fejn ir-regolament fil-code of ethics tal-ministri hemm miktub ċar "Ministers are expected to submit a report to the Prime Minister on their return from official visits abroad", f'każ li dawn ir-rapporti mhux qegħdin isiru u jiġu ppreżentati, ma jħossx il-Prim Ministru li dan jista' jagħti lok ta' abbuż, u jekk iħossx li qiegħed jinkiser ir-regolament li hu tant ċar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kull meta jkun meħtieġ jingħata rapport dwar is-safar li jkun sar, inkluż, fejn ikun il-każ, lil Kabinett.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15813, filwaqt li l-Prim Ministru kkonferma li l-prattika stabilita li ministru/segretarju parlamentari jitlob l-approvazzjoni tal-Prim Ministru sabiex ikun jista' isiefer, jista' il-Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma li dejjem saret it-talba għall-approvazzjoni mill-ministri/segretarji parlamentari qabel siefru kif jitlob il-code of ethics?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-informazzjoni mogħtija lili, jirriżulta li dejjem saret it-talba għall-approvazzjoni mill-ministri/segretarji parlamentari għal safar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15813, jista' il-Prim Ministru jgħid x'jiddetermina jew min jiddeċiedi meta jkun meħtieġ li l-ministri/segretarji parlamentari jissottomettu rapport għas-safar tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm idaħħal flus il-gvern mit-taxxi li jiġbor mill-fishfarms li hawn joperaw f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm ħallsu VAT fis-snin 2003 u 2004 u sa Settembru, 2005 separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fil-każ ta’ ħafna mill-kumpaniji li joperaw fishfarms japplikaw ċerti inċentivi taħt il-Business Promotions Act, u għaldaqstant it-taxxa li titħallas minn kumpaniji bħal dawn hija waħda mnaqqsa. It-total ta’ taxxa dovuta minn dawn il-kumpaniji għal dawn l-aħħar 7 snin kien Lm289, 979.
Għar-rigward ta’ taxxa tal-VAT, ngħarraf lill-Onor Membru illi fuq bejgh ta’ ħut ma jitħallasx VAT.
Huwa minnu li l-gvern kien qed jikkonsidra serjament li jwaqqaf finance Malta bħala aġenzija li tippromwovi lil Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji, billi l-MFSA llum huwa regolatur u biddel fehmtu minkejja li kien ta x'jifhem lil xi financial practitioners li din kienet sejra tkun miżura tal-budget 2006? Jekk iva, x'verament wassal għal bdil fil-linja li ħa l-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-MFSA għandha rwol importanti bħala regolatur fil-qasam finanzjarju u hija qed taqdi dan ir-rwol b’impenn u b’serjeta’ kbira fil-qasam lokali w internazzjonali. Dan qed iwassal biex is-settur finanzjarju f’pajjizna jikber u jissaħħaħ u jiġġenera l-impjiegi. Il-Gvern huwa kommess li jkompli jippromovi s-settur finanzjarju barra minn xtutna b’impenn u bil-kollaborazzjoni ta’ kulħadd, inkluz l-MFSA u l-operaturi kollha f’dan is-settur.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, in-numru ta’ impjegati permanenti ġodda matul is-sena 2005 kien ta’ wieħed u għoxrin. Dawn kienu:
3 Principals
4 Internal Auditor I – Tnejn minnhom terminaw il-kuntratt matul 2005
6 Programme Managers
6 Research Officers
1 Co-ordinator – Il-Kuntratt ġie terminat matul 2005
1 Logistics Assistant – Il-Kuntratt ġie terminat matul 2005
Għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, qed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra Tabella ‘A’.
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom?
Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda?
Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għar-rigward tad-dekasteru tiegħi, l-enti pubbliċi, awtoritajiet, u/jew korporazzjonijiet imsemmija hawn taħt jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru:
Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku
Kummissjoni Elettorali
Awtorita’ tax-Xandir
Kummissjoni ta’ l-Impjiegi
Kunsill Malti għall-Iżvi
lupp Ekonomiku u Soċjali
Kunsill Malti għax-Xjenza u Tekonoloġija
Management Efficiency Unit
Industrial Projects and Services Ltd
L-informazzjoni mitluba fil-każ tal-mistoqsijiet l-oħra qed tiġi mogħtija fit-Tabella ‘A’.
Ninsab infurmat ukoll illi l-enti pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi huma dawn l-imsemmija:
L-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
Il-Borża
ta’ Malta
L-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u Logħob
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
L-Awtorita’ ta’ l-Istatistika
Minn dawn, hija biss il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi li tagħmel outsourcing ta’ xogħol legali billu tuża tliet uffiċċji legali li huma :
Camilleri Preziosi Advocates
Bir-rata ta’ Lm45 fis-siegħa (Partner)
Bir-rata ta’ Lm30 fis-siegħa (Senior)
Bir-rata ta’ Lm25 fis-siegħa (Junior)
Mamo TCV Advocates
Bir-rata ta’ Lm45 fis-siegħa
Muscat Azzopardi
Bir-rata ta’ Lm15 fis-siegħa