Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom hip and knee replacement illum u kemm ilhom jistennew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` nies jistennew biex isirilhom hip and knee replacement huwa kif ġej:
Mr. F. Zammit Maempel - Director of Orthopaedics
------------------------------------ -----------------
Total Knee Replacement 169
Total Hip Replacement 12
Waiting Time 21 months
Mr. Bernard - Orthopaedic Consultant
-------------------------------------- ---
Total Knee Replacement 441
Total Hip Replacement 60
Waiting Time TKR + THR - 5 years
Mr. C. Grixti - Orthopaedic Consultant
-------------------------------------- -----
Total Knee Replacement 66
Total Hip Replacement 22
Waiting Time TKR - 3 years
THR - 2 years
Mr. C. Sciberras - Orthopaedic Consultant
-------------------------------------- --------
Total Knee Replacement 171
Total Hip Replacement 46
Waiting Time August 1999
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi persuni li jgħaddu żmien fl-Isptar Monte Carmeli li jkollhom iħallsu taż-żmien li joqogħdu hemm?
Fil-każ, kemm hemm minn dawn il-persuni?
Kemm iħallsu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Persuni ta` nazzjonalita` barranija li jidħlu għall-kura ġewwa l-isptar iridu jħallsu għaż-żmien li jgħaddu ġewwa l-isptar. Jiġu eżentati mill-ħlas dawk il-persuni li jaqgħu taħt waħda mill-kondizzjonijiet li jidhru hawn taħt:-
a) Persuni barranin li jkunu miżżewġin ma` Maltin.
b) Persuni barranin li jkunu jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Nazzjonali.
c) Persuni li jiddaħħlu fl-isptar kontra l-volonta` tagħhom.
d) Persuni li jiddaħħlu fl-isptar u li jkunu ġejjin mill-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin.
Persuni ta` nazzjonalita` Ingliża biss jiġu eżentati wkoll mill-ħlas skont kif ġej:-
1. Jekk jiddaħħlu fl-isptar qabel ma jkunu ilhom 30 jum f'Malta.
2. Jekk ikunu residenti permanenti f'Malta.
Persuni ta` nazzjonalita` Awstraljana ma jħallsux għall-kura li jieħdu jekk ikunu ilhom f'Malta għal anqas minn sitt xhur.
Persuni ta` nazzjonalita` Ingliża jħallsu bir-rata ta` LM12 kull jum fil-waqt li l-oħrajn iħallsu bir-rata ta` LM85 kull jum.
Fil-preżent ġewwa l-Isptar Monte Carmeli ma hawnx persuni li qed jiġi mitlub xi ħlas minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti jistgħux jiġu rrifjutati li tabib jarahom minħabba li jkun sar il-ħin minkejja li dawn il-pazjenti jkunu fil-berġa qabel il-ħin ta' l-għeluq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li kemm it-tabib kif ukoll in-nurse ikunu iridu jattendu Berġa oħra wara li jiskadi il-ħin tal-Berġa li jkunu fiha ma jkunx dejjem possibli għalihom li jaraw il-pazjenti kollha li jkunu jattendu il-Berġa f'xi ġurnata partikolari. Meta jissuċċedu dawn iċ-ċirkostanzi in-nurse u t-tabib javżaw il-pazjenti minn qabel li jista ikun preżenti sabiex dak li jkun ma jistennix ta` xejn.
Ovvjament dan jeskludi każi urġenti u dawn it-tabib jarahom dejjem.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet meta pazjent jingħata r-riżultati tad-demm li pazjent ikun ħa f'ċentri tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li r-riżultati ta` l-investigazzjonijiet tad-demm li pazjent ikun ħa fiċ-Ċentru tas-Saħħa jingħataw bejn it-8a.m. u l-5p.m., imma il-pazjent irid jattendi mhux wara t-3p.m.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hix proċedura li pazjenti li jkunu f'ċentru tas-saħħa siegħa qabel l-għeluq ta' dak iċ-ċentru tas-saħħa jiġu rrifjutati li jarahom it-tabib minħabba li jkun sar il-ħin u jkun għad hemm numru ta' pazjenti fil-waiting room?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Pazjenti li jattendu fiċ-Ċentru tas-Saħħa jiġu avżati li jista` jkun li ma jkunx possibli li t-tabib jarahom meta jkun stmat illi hemm iżjed pazjenti milli huwa possibli illi t-tabib jara sal-ħin ta` l-għeluq. Din id-deċiżjoni tittieħed mis-Senior Medical Officer jew it-tabib delegat.
F'ċerti ċirkostanzi dan jista` jissuċċedi anke siegħa qabel il-ħin ta` l-għeluq.
Fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha hemm avviżi li jispjegaw din il-proċedura sabiex dak li jkun ma jistennix għal xejn.
Każi urġenti huma esklużi u t-tabib jarahom f'kull ħin.
Jista' l-Ministru jgħid xi tħallas, b'mod dettaljat, mill-Ministeru tiegħu u minn kull enti li taqa' taħtu jew li fil-passat kienet taqa' taħt il-Ministeru tiegħu fil-perijodu bejn it-12 ta' Mejju, 1987 sal-lum il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament f'salarji, benefiċċji u allowances, xahar b'xahar, u bl-approvazzjoni ta' min saru tali ħlasijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikompli jingħata tilqim kontra l-mumps meta qed jitqies mhux effettiv tant li dan l-aħħar kien hemm imxiegħa ġenerali tal-mumps li laqtet anke lil dawk li kienu mlaqqma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mhux minnu li t-tilqim kontra l-mumps li jintuża Malta (l-istrain ta` Jeryl-Lynn) mhux effettiv biex jipprevjeni l-marda tal-gattone. L-imxiegħa tal-gattone li kellna dan l-aħħar huwa riżultat tar-rati baxxi ferm tat-tilqim li kellna mill-1984 (3.25% biss kienu tlaqqmu) sa 1993 (kienu tlaqqmu 53% biss) jiġifieri sa kemm din it-tilqima saret popolari mal-poplu.
Għalhekk din is-sena kien hemm numru sostanzjali ta` tfal bejn is-seba` snin u l-ħmistax-il sena 'l fuq li ma kienux mlaqqmin kontra l-gattone u dawn ikkontibwixxew sa biex il-virus jinfirex faċilment fil-populazzjoni. Minħabba li l-ebda vaccin mhu mija fil-mija protettiv, l-virus affetwat ukoll ftit minn dawk it-tfal li kienu mlaqqmin iżda li ma kellhomx reazzjoni immunitarja biżżejjed f'ġisimhom.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa xorta jirrakomanda l-użu tal-vaccin biex itejjeb l-immunita` fil-populazzjoni u b'hekk nipprejenu li haġa bħal din terġa ssir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba hemm quddiem l-Awtoritajiet tas-Saħħa konċernati sabiex tinfetaħ spiżerija fil-Baħrija? Meta saru u x'inhuma l-possibilitajiet li l-proċeduri ma jitwalux iżżejjed fid-dawl tal-fatt li fil-Baħrija ma hemmx spiżerija sabiex taqdi l-bżonnijiet tar-residenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li hemm żewġ applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu spiżeriji fil-Baħrija. Dawn l-applikazzjonijiet saru fl-10 ta` Mejju 1998 u fis-26 ta` Frar 1999. Sakemm nikkonkludu d-diskussjonijiet mal-partijiet konċernati ma nkunux f`pożizzjoni li noħorġu liċenzji għall-ispiżeriji.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tilqim kontra ċ-chicken pox ma jingħatax biss lil dawk li tassew jenħtieġuh flok jingħata b'mod in ġenerali anke fejn m'hemmx għalfejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fil-preżent id-Diviżjoni tas-Saħħa għada mhux qed toffri t-tilqima ta kontra l-ġidri r-riħ. Il-kumitat biex jgħati pariri dwar it-tilqim din is-sena ddecida li jirrakumanda li jsir l-policy tal-gvern illi t-tilqima tal-ġidri r-riħ għanda tiġi offruta b`xejn lil-infermiera u t-tobba li jaħdmu fid-dipartiment tal-onkoloġija, tal-antenatal u maternita u f`tal-pedjatrija. Fil-fatt, il-proċess li jwassal għax-xiri ta din it-tilqima nbeda.
B`daqshekk wieħed ma jeskludix il-possibilta` li xi darba din it-tilqima tista tiġi ntrodotta fl-iskema regolari ta` tilqim għat-tfal kollha ta` Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' operazzjonijiet ortopediċi huma disponibbli għall-korrezzjoni ta' 'Leg Shortening'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-operazzjoni ta` `leg lenghtening` issir fuq każi fejn l-għadam tar-riġel jew ikun żviluppa kemm xejn aktar qasir minn tan-naħa l-oħra jew xi drabi wara inċident ta` ksur fejn ntilfet xi ftit mit-tul ta-għadma. Hemm limitu pero` ta kemm kull għadma tippermetti li tiġi mtawlha.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena tul dawn l-aħħar għaxar snin kemm twieldu tfal lil ommijiet taħt it-18-il sena? Jista' jagħti informazzjoni skond l-eta' ta' l-ommijiet, minn fejn huma u jekk humiex miżżewġin?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni bil-miktub tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, għaliex ma kkwalifikax għall-deployment of staff in hospital cleaning duties in Health Division?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ma kkwalifikatx biex tkun tista tagħmel l-interviews għall-`Deployment of Staff on Cleaning Duties` minħabba li ma hiex impjegata tal-Gvern.
Skond iċ-Ċirkulari MPO No. 41-2000 datata 28 ta` April 2000 setgħu japplikaw uffiċjali pubbliċi fis-servizz fi Gruppi I u II tal-Gradi Industijali jew uffiċjali pubbliċi li huma sekondati jew mislufa lill-organiżżazjonijiet Parastatali.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' xogħol, ittra ta' ħatra, il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg u lista ta' benefiċċji, remunerazzjoni u perkaċċi oħra li għandha l-impjegata tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi - isimha qed jintbagħat separatament - filwaqt li jgħid meta ġiet ingaġġata u permezz ta' liema sejħa għall-applikazzjoni pubblika, filwaqt li jpoġġi wkoll kopja ta' l-avviżi li dehru fil-ġurnali jirriklemaw dan l-impjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt tax-xogħol ta' Ms. Helen Tabone, assistenta personali tal-President tal-Fondazzjoni, kif ukoll il-Job Description tagħha.
Hija tirċievi wkoll remunerazzjoni tal-kont tat-telefon ċellulari.
Sejħa għall-applikazzjonijiet ma ġiex ppublikat fil-gazzetti minħabba li din hija `position of trust'.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jw xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri m'humiex qed jiġu informati bis-side-effects li jista' jkun hemm mit-tilqima cellular li qed tingħata f'Malta kontra l-whooping cough meta tilqima simili tista' tikkaġuna brain damage tant li l-qorti suprema ta' l-Irlanda fl-1995 ġiegħlet tħallas miljuni ta' liri f'danni lill-ġenituri ta' tarbija li spiċċat brain damaged?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħmel investigazzjoni kemm jista' jkun malajr fl-Opthalmic Department ta' l-isptar San Luqa dwar kif il-makna ta' l-angiogram/IVFA, li titqies tant importanti għall-pazjenti biex isirulhom testijiet bir-reqqa fl-għajnejn, ilha għal xi żmien bil-ħsara, meta din hija l-unika makna li tinsab f'Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni reġistrati mad-dipartiment tas-saħħa li jbatu bil-marda tal-parkinsons disease f'Malta u Għawdex? Peress li dawn il-persuni jeħtieġu mediċini li jiswew ħafna flus, jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna jestendi d-dipartiment fil-mument għal dawn il-persuni?
Jista' jikkunsidra li d-dipartiment tas-saħħa jestendi aktar għajnuna fi kwalita' aktar ta' mediċini li dawn il-persuni jirrikjedu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li pazjenti li jbatu bil-marda ta' Parkinson u li għandhom kartuna safra (Schedule V), huwa ta' 445. Għalkemm ma hemmx record ta' pazjenti b'din il-marda li għandhom kartuna roża, huwa stmat li hemm mal-400 pazjent ieħor. Dawn il-pazjenti kollha huma provduti b'mediċini b'xejn għal din il-marda. Dawn jinkludu Orphenadrine, Procyclidine, Benzhexol, Benzotropine, Levodopa u Benserazide, Levodopa u Carbidopa, Bromocriptine, Amantadine, Lysuride, Pergolide u Selegeline. Mediċina ġdida (Entacapone) qegħdha tiġi kkunsidrata mid-Drugs & Therapeutics Committee.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tilqim obbligatorju kontra d-diphteria, tetanus u poliomyletis qed isir lit-trabi fl-eta' ta' xahrejn meta hemm argumenti mediċi favur li dan it-tilqim jista' jkun iżjed effettiv fl-eta' ta' tliet xhur u wara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.