Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6503 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-1 ta` Jannar 1999 sas-26 ta` April 1999 kien hemm transfer wieħed mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u dan fuq talba tiegħu stess. Transfers fid-Dipartiment isiru skond il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #6504 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħataw ebda transfers mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fil-perjodu ta` bejn 1 ta` Jannar 1999 u s-26 ta` April 1999. Ma hemm ebda ħsieb li fil-futur qarib immedjat jsiru xi transfers minn dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #6505 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Matul il-perjodu bejn l-1 ta` Jannar 1999 sas-26 ta` April 1999 ingħataw ħdax-il transfer lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali. Dawn it-transfers li saru għal raġunijiet konessi ma` esiġenzi tax-xogħol, laħqu wkoll l-iskop li l-impjegati jingħataw ċans jaħdmu xogħol differenti biex jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Dawn it-transfers minn dejjem kienu jsiru fil-Bank u jibqgħu jsiru anke fil-futur.
Leg 9 PQ #6501 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-VAT — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fl-Uffiċċju tal-VAT? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta` Jannar 1999 sas-26 ta` April 1999 sar trasferiment ta` uffiċjal wieħed minn mad-Dipartiment tal-VAT għal mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni wara li dan l-uffiċjal ġie assenjat bħala Direttur ma` dan id-Dipartiment. Sar ukoll trasferiment ta` uffiċjal ieħor mill-uffiċju Elettorali għal mad-Dipartiment tal-VAT wara li dan l-uffiċjal ġie appuntat bħala Spettur tal-VAT. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jinqalgħu ċirkostanzi fil-futur fejn ikun meħtieġ isir xi trasferiment.
Leg 9 PQ #6502 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dwana? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Bejn l-1 ta` Jannar 1999 u s-26 ta` April 1999, tliet impjegati ġew trasferiti għal dipartimenti oħra, waqt li tnejn oħra ġew trasferiti għad-Dwana. Dawn it-trasferimenti seħħew fuq talbiet tal-persuni nvoluti.
Leg 9 PQ #7222 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

BICAL

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li fil-likwidazzjoni tal-BICAL se jittieħdu in konsiderazzjoni l-interessi ta' persuni li taw flus kontra ċedoli u kambjali lid-diretturi tal-Bank, liema flus spiċċa f'żieda ta' assi fil-Bank, u li l-Kontrollur qed jikkonsidra bħala deluti personali ta' l-ex diretturi u mhux tal-Bank?

Response (DALLI, JOHN)

Ma hemm l-ebda ħsieb li tingħata xi konsiderazzjoni lill-interessi ta` persuni li taw flus kontra ċedoli u kambjali lill-ex diretturi tal-BICAL, għajr dawk li ġew rikonoxxuti mill-Qorti bħala debiti tal-Bank.
Leg 9 PQ #7248 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Persuni neqsin mid-dawl — Faċilita' ta' ATM's

Question

Peress li fil-gżejjer tagħna l-ATM's mhumiex aċċessibbli għall-persuni għomja, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-gvern jagħmel talba sabiex għall-futur dawn ikunu mgħammra b'apparat ta' speech synthesis sabiex il-persuni għomja jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #7281 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Finanzi

BICAL — Kontrollur

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-attwali kontrollur tal-Bical? Hemm xi ħsieb li l-kredituri jingħataw lura ftit mill-flus li nvestew?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kontrollur attwali huwa s-Sur Emanuel A Bonello. Dawk il-kredituri li kienu reġistrati fil-kotba tal-BICAL jew li ġew reġistrati konsegwenza ta` xi deċiżjoni tal-Qorti, ġa ħadu lura erbgħin fil-mija ta` flushom u dalwaqt sejrin jieħdu għoxrin fil-mija oħra.
Leg 9 PQ #7312 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

Pieta' — Ftuħ ta' bank

Question

Jista' l-Ministru jissuġġerixxi lill-banek lokali li jikkonsidraw il-ftuħ ta' fergħa tal-bank tagħhom fil-Pieta'? Jaf il-Ministru li biex ir-residenti ta' din il-lokalita' jinqdew iridu jmorru l-Imsida jew il-Ħamrun?

Response (DALLI, JOHN)

Skond Artiklu 11 (1) ta` Att ta` l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju, id-deċiżjoni li bank jiftaħ fergħa ġdida jew uffiċċju ġdid f`Malta hi totalment fid-diskrezzjoni tal-bank konċernat (basta li dan ikun kiteb minn qabel ma jagħmel hekk lill-Awtorita` Kompetenti taħt dan l-Att) u m`hiex deċiżjoni li tittieħed la mill-Awtorita` Kompetenti ul-anqas mill-Ministru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #6480 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-Budget? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ngħata ebda trasferiment fl-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #6991 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Riċevuti fiskali

Question

Jeżisti d-dritt li tintalab riċevuta fiskali għall-ħlas ta' Lm55 lil psikoloġista li jikteb biċċa karta fejn jingħad biss li t-tifel għandu l-kondizzjoni tad-dyslexia?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ ta` rċevuta fiskali huwa l-obbligu tal-persuna li tagħmel il-provvista. Fil-każ ta` professjonist li l-irċevuta għandha tinħareġ minnufih wara li jsir il-ħlas. Jekk persuna ma tingħatax irċevuta fiskali, tista` tinforma lid-Dipartiment anke b`mod kunfidenzjali, biex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #6968 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeri — Dħul/ħruġ finanzjarju

Question

Mill-bidu ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' April 1999 kif kienu l-ħruġ u d-dħul ta' kull ministeru skond it-targets li ssettja l-ministeru fil-budget ta' l-1999? Liema huma l-ministeri li jidhru li qed jonfqu f'livelli ogħla aktar milli jippermettulhom il-finanzi li ġew allokati lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Għar-rigward tad-dħul, il-ġbir mid-Dipartimenti tat-Taxxi Nterni u tas-Sigurta` Soċjali fil-perjodu ta` bejn Jannar u April 1999, kien ftit anqas minn kif kien mistenni meta paragunat ma` dak stmat għal sena sħiħa. Fir-rigward ta` nfiq, kemm rikorrenti kif ukoll kapitali, fil-perijodu msemmi, ebda Ministeru ma nefaq aktar milli jippermettulu l-fondi allokati lilu minn dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #6920 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Taħrikiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistqosija parlamentari numru 6425, jista' l-Ministru jgħid kemm għamlu żjajjar il-VAT inspectors lill-oqsma ta' operaturi differenti? F'kull settur differenti, kemm hemm operaturi reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` żjajjar li għamlu l-VAT Inspectors lill-oqsmata` operaturi differenti bejn l-1 t`Ottubru 1998 u t-12 ta` Mejju 1999 kien kif jidher fil-lista mehmuża u mmarkata Dokument A. In-numru ta` operaturi attivi reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT fit-12 ta` Mejju 1999 f`kull settur differenti kien kif jidher fil-lista mehmuża mmarkata Dokument B.
Leg 9 PQ #6985 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Riċevuti fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tmur tagħmel viżita lill-psikoloġista għandux dritt li jitlob irċevuta fiskali talli ħallas Lm55, għaliex dan minflok kitiblu biċċa karta flok l-irċevuta fiskali? Il-gvern għandu nies apposta li josservaw dan l-abbuż fi ħwienet u postijiet oħrajn simili? Jekk iva, kemm inqabdu persuni li abbużaw b'din l-irċevuta fiskali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-hrug ta` rcevuta fiskali huwa l-obbligu tal-persuna li taghmel il-provvista. Fil-kaz ta` professjonist l-ircevuta ghandha tinhareg minnufih wara li jsir il-hlas. Jekk persuna ma` tinghatax ircevuta fiskali, tista` tinforma lid-dipartiment anke b` mod kunfidenzjali, biex jittiehdu l-passi mehtiega. L-ispetturi tad-Dipartiment tal-VAT kontinwament jaghmlu zjarat u spezzjonijiet fi hwienet u postijiet ohra tan-negozju. Bejn l-1 ta` Jannar u t-30 t` April ta` din is-sena, saru 2,470 spezzjoni u żjarat ohra f` postijiet ta` negozju u kien hemm 208 kazi li gew referuti biex jittiehdu passi bil-Qorti dwar nuqqas ta` hrug ta` rcevuti fiskali. Tabella dettaljata tal-visti li saru f` dawn ix-xhur hi annessa hawn taht: Xahar Spezzjoni ghal- Visti ta` Verifika ta` Kazi riferuti gharrieda Sorveljanza Ricevuti l-Qorti Jannar 119 50 108 12 Frar 565 99 80 61 Marzu 515 94 49 59 April 481 228 82 76 TOTALI 1,680 471 319 208
Leg 9 PQ #7005 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' figuri skond il-line items ewlenin għat-tlett xhur Jannar-Marzu, tas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999 ta' dawn il-kategoriji ta' dħul: customs & excise; VAT & replacement; social security, kif ukoll ta' dwn il-kategoriji ta' nefqa: social security benefits; personal emoluments; u productive investments (taħt il-programm ta' spiża kapitali)? Il-kategoriji ta' dħul u ta' nefqa msemmija jidhru f'paġna 3 tan-News Release No. 27/99 Government Finance maħruġa fit-12 ta' Mejju, 1994 mis-C.O.S.

Response (DALLI, JOHN)

It-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qed jitpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6160 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tat-Taxxi Interni se jħallas ir-refunds tat-taxxa li għandu pendenti mat-tax payers minħabba li hemm min għandu jieħu mijiet ta' liri u dawn ilhom pendenti għal xi snin?

Response (DALLI, JOHN)

Il-ħlas tar-refunds tat-taxxa tad-dħul minn dejjem kien marbut ma` ammont ta` flus ivvotati fl-estimi finanzjarji annwali; għalhekk il-ħlas li jista` jsir irid jkun limitat għal dan l-ammont. Pero` kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid is-sistema tar-refunds fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandha tinbidel u kulmin ikollu jieħu lura xi taxxa li tkun tħallset żejda din għandha titħallas lura fi żmien determinat, u jekk id-Dipartiment jonqos li jħallas f`dan iż-żmien ikollu jħallas l-interessi. Nispera li jekk nilħqu ngħaddu l-liġijiet relevanti mill-parlament, dan jista` jibda jseħħ mir-refunds li jirriżultaw mill-formoli tat-taxxa għal din is-sena.
Leg 9 PQ #6372 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

M.F.C.S. — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-M.F.C.S. mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u s-26 t`April 1999 ġew impjegati ħames ħaddiema ġodda. L-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet saret f`Lulju 1998 u t-tieni sejħa saret f`Jannar 1999 (ETC Permit 78\98). Mill-ewwel sejħa ħadd ma ġie impjegat u mit-tieni sejħa ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda - waħda fid-19 ta` April 1999 u l-oħra fis-26 ta` April 1999. Saret sejħa oħra għal applikazzjonijiet f`Diċembru 1998 (ETC Permit 140\98). Ġiet impjegata persuna waħda b`effett minn 1 ta` Marzu 1999. Ġew impjegati żewġ persuni oħra f`1 ta` April 1999 minn fost persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma` l-ETC. (ETC Permit 30\99). Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #6373 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Din hija l-informazzjoni mitluba: a. Fil-perjodu bejn l-1 ta` Jannar 1999 sas-26 t`April 1999 ġew impjegati 8 impjegati ġodda mal-Bank Ċentrali. b. L-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi ħarġu f`dawn id-dati: Skrivani Grad B 16 t`Ottubru 1998 (Gazzetta tal-Gvern) Trainee Research Officer Novembru 1998 (Gazzetti Lokali) Permess ta` l-ETC (Nru. 134\98 Legal Officer Novembru 1998 (Gazzetti Lokali) Permess ta`l-ETC Nru. 132\98 c. Ma kien hemm l-ebda impjieg ta` ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #6927 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet — Refunds ta' taxxi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi preċedenti lill-Ministeru tal-Finanzi sabiex il-pensjonanti li għandhom refunds tat-taxxi x'jitħallsu jingħatawlhom mill-aktar fis, jista' l-Ministru jinformani bl-iżvilupp u cioe' kemm kien in-numru ta' każijiet ta' pensjonanti li tħallsu mid-Dipartiment tat-Taxxi r-refunds dovuti mill-ewwel tas-sena 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-1 ta` Jannar 1999 sal-lum tħallsu Lm217,302 f`refunds ta` taxxa lil 3584 persuna ta` `l fuq minn 61 sena.
Leg 9 PQ #6928 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Refund cases

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' refund cases li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ħadem matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm tħallsu minn dawn ir-refunds f'ċifra ta' flus?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba ma tistax tinġabar. Dawk l-istimi li jkunu nżammu mis-sistema għax jistgħu jirriżultaw f`refunds ikunu jridu jgħaddu minn diversi proċessi bil-kompjuter u verifiki oħra qabel ikun finalment determinat jekk dawn se jirriżultawx f`refunds.