Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ma pproċessax l-applikazzjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant tkun tista' tiġi proċessata wara li l-applikant jipproduċi d-dokumenti mitluba mid-Dipartiment konċernat.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hija marida serjament, qatt ma ġiet provduta post alternattiv mid-dipartiment għall-akkommodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili..

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qatt ma ħa azzjoni biex il-persuna bid-dettalji li qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'dar bla dawl u bla ilma u li ilha bosta snin tistenna post alternattiv, qatt ma ġiet provduta b'xi unit?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili. Ninsab infurmata wkoll li fil-fatt il-persuna konċernata kienet ġiet offruta akkomodazzjoni alternattiva ħames snin ilu, liema akkomodazzjoni kienet ġiet rifjutata għax il-post ma laqagħhiex. Ta min jgħid li mid-dokumenti li għandu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jirriżultax li l-post okkupat mill-applikanti hu bla dawl u ilma.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tieħu ċ-children's allowance?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.

Djar — Aġġustament tal-kera

Question

Tista' il-Ministru tara li tiġi rranġata l-kera tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, billi issa din romlot?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s-sussidju fuq il-kera tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ser jerġa jiġi kalkulat wara li nbidlu ċ-ċirkostanzi dwar id-dħul tal-kerrej.

Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex qed tieħu l-pensjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13133 f'Seduta 290.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, huwiex jieħu relief/pensjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu relief biżżejjed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Sigurta' Soċjali — S.K.A.

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhix qed tingħata S.K.A.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.

Djar — Każ dwar ħlas ta' kera

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex qed tħallas kera tajba u hijiex intitolata għal xi sussidju? Tista' il-Ministru tgħid ukoll jekk il-persuna msemmija hijiex tieħu l-pensjoni tajba u jekk saritilhiex revision of pay?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li r-reviżjoni tal-kera tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ser tiġi kkunsidrata wara li din tipproduċi d-dokumenti mitluba mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu l-pensjoni tajba u saritilhiex ir-revision of pay?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.

Każ ta' pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex tieħu pensjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex inqata' ir-relief tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Qed jingħad li nqatgħu għax wara spezzjoni nstab illi kien hemm missier it-tarbija tagħha id-dar. Il-mara u missier it-tarbija mhumiex jgħixu flimkien, pero' missier it-tarbija raqad hemm għax it-tarbija hija marida u kellha attakk qawwi ta' l-asthma bl-omm ġejja u sejra l-isptar. Dan jixhduh l-awtoritajiet tas-saħħa. Tista' il-Ministru tinvestiga dan il-każ pjetuż fejn saħansitra l-omm kellha tbiegħ il-karozza tagħha għax m'għandix biex tmantni lilha nnifisha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.

Post Alternattiv

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatax post xieraq fejn joqgħod bħalma ngħataw il-ġirien tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn investigazzjonijiet li saru ma rriżultax li l-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant toqgħod fl-indirizz indikat.

Benefiċċji soċjali — Children allowance

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, titħallas immedjatament il-flus dovuti lilha f'children allowance ta' uliedha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali baqgħet ma rċevitx il-file number?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant hu H19257 u li din l-applikazzjoni qed tiġi proċessata.

Xogħlijiet ta' manutenzjoni f'fond privat

Question

Tista' il-Ministru tawtorizza li immedjatament isiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fix-shaft tal-fond indikat separatament, minħabba l-ħsarat kawżati bin-nirien li ħakmu appartament li jinsab biswit tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ġie approvat u ser isir mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fil-futur immedjat. Ninsab infurmata wkoll li t-tiswijiet fl-appartament effettwat mill-ħruq diġa tlestew mill-istess Dipartiment.

Collective agreement

Question

Tista' il-Ministru tara li tinħareġ iż-żieda tal-collective agreement "INDEXATION" tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.

Stallazzjoni ta' lifts

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm-il lift ġew stallati s’issa fi blokki ta’ appartamenti tal-gvern/awtorita’ tad-djar? F’liema lokalitajiet u kemm kienet l-ispiża globali s’issa? Tista’ tgħid ukoll jekk hux qed ikunu stallati lifts oħra u fejn, u x’talbiet oħra hemm pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita` tad-Djar stallat 68 lift fi blokki tal-Gvern eżistenti taħt Skema V, f’diversi lokalitajiet kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispiża globali kienet ta’ Lm1,061,000. Ninsab infurmata wkoll li bħalissa qed jiġu stallati 5 lifts oħra u f’qasir żmien ser jingħataw il-kuntratti għal stallar ta’ 4 lifts oħra. Preżentement hemm 8 applikazzjonijiet pendenti taħt din l-iskema. L-Awtorita tad-Djar tistalla wkoll lifts fi blokki li tibni ġodda li jingħataw b’kera, għal bejgħ b’sussidju jew shared ownership. Mis-sena 2002 ġew stallati 59 lift f’dawn il-blokki bi spiża ta’ Lm500,000 u bħalissa għaddej xogħol fuq stallazzjoni ta’ 42 lift ieħor fi blokki ġodda.