Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #189 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Twaqqigħ ta' bini maġemb il-Caraffa Stores

Question

Qatt kien hemm xi talba/applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar twaqqigħ ta' xi bini għal skop ta' żvilupp fil-Vittoriosa Waterfront maġemb il-Caraffa Stores? Meta saret din l-applikazzjoni? Minn min saret? Jekk kienx ħareġ il-permess u jekk fl-affermattiv tista' titqiegħed kopja tal-permess mar-risposta? 04/08/2000

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat li kien hemm applikazzjoni lill-awtorita' ta' l-Ippjanar għal twaqqiegħ ta' bini li kien imiss ma' Caraffa Stores. Din l-applikazzjoni saret fid-19 ta' Settembru 1997 mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Il-permess għat-twaqqiegħ inħareġ fid-9 ta' Jannar 1998 wara li kien ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt u l-kumitat tekniku tal-Cottonera Rehabilitation Project. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess relatat ma' l-applikazzjoni msemmija.
Leg 9 PQ #18308 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħruq ta' nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm ġew imċaħħda mill-pulizija permessi għal ħruq ta' nar? Jista' jgħid f'kull każ minn min kienet it-talba u f'liema lokalitajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #18309 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ibħra Maltin - Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm persuni tilfu ħajjithom b'inċidenti fl-ibħra Maltin? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu ċittadini Maltin u kemm minn dawn kienu ċittadini barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mit-tagħrif disponibbli għand il-Pulizija taħt forma kompjuterizzata, jiġifieri mill-4 ta` Lulju 1998 sas-17 ta` Lulju 2000, kien hemm 18-il persuna li tilfu ħajjithom traġikament fil-baħar. Minn dawn 10 kienu Maltin, filwaqt li 8 kienu barranin.
Leg 9 PQ #18313 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Żwiġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm saru żwiġijiet? Tista' f'dan ir-rigward tgħid: (1) kemm minnhom huma żwiġijiet bil-Knisja Kattolika; (2) kemm minnhom huma żwiġijiet ċivili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żwiġijiet f`dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej : - MALTA GĦAWDEX Sena Reliġjużi Ċivili Reliġjużi Ċivili TOTAL 1995 1,812 333 160 12 2,317 1996 1,828 343 158 16 2,345 1997 1,857 354 179 11 2,401 1998 1,799 390 157 14 2,360 1999 1,807 417 144 17 2,385
Leg 9 PQ #18337 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ġew riferuti lid-dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili mit-twaqqif tiegħu sal-lum u f'kull każ jgħid kemm kienu approvati mill-istess dipartiment, kemm kienu rifjutati; kemm minnhom intalbu li jressqu pjanti ġodda u kemm minnhom ġew approvati kundizzjonalment, filwaqt li jgħid minn min qegħdin jiġu analizzati dawn is-sottomissjonijiet fi ħdan id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ikkonsultat mad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili fuq 57 applikazzjoni. Tlieta (3) minn dawn l-applikazzjonijiet ġew rakkomandati mill-istess Dipartiment, dwar tnejn (2) intalab li jiġu sottomessi pjanti ġodda, u tnejn u erbgħin (42) ġew approvati kundizzjonalment, filwaqt li dwar għaxar (10) applikazzjonijiet oħra, l-Awtorita` għadha qed tistenna l-kummenti tad-Dipartiment. Ninsab infurmat ukoll li l-persuna inkarigata fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hi nkarigata minn dawn l-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #18647 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18120?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 18129 u Nru. 18616.
Leg 9 PQ #18743 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ikun hemm membri jaħdmu matul il-lejl, u ċioe' minn nofs il-lejl sas-6.30 a.m., kull nhar ta' ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? U kemm ikun hemm membri jaħdmu fil-ħinijiet ta' matul il-ġurnata fl-istess ġranet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-iljieli tal-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd ikun hemm erbgħa u għoxrin (24) membru tal-Protezzjoni Ċivili jaħdmu f`dan id-Dipartiment. Fl-istess ġranet, in-numru ta` membri li jaħdmu matul il-ġurnata jista` jlaħħaq in-numru ta` ħamsa u tletin (35 ruħ).
Leg 9 PQ #18744 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif kien mqassam id-detail tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-Ġimgħa 7 ta' Lulju, 2000 tal-Ġimgħa, 14 ta' Lulju, 2000 bix-shifts kollha ndikati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn il-Ġimgħa 7 ta` Lulju 2000 u l-Ġimgħa 14 ta` Lulju 2000 il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu mqassmin kif indikat hawn taħt: Station S 7 8 9 10 11 12 13 14 D N D N D N D N D N D N D N D N FLORIANA A 6 4 6 4 7 5 B 8 6 7 7 4 4 C 7 5 7 7 ĦAL FAR A 6 4 5 4 5 4 B 5 4 6 6 5 4 C 6 6 4 4 XEMXIJA A 5 4 4 4 4 4 B 4 4 4 4 4 4 C 4 4 4 4 CORRADINO A 5 4 3 3 5 4 B 6 4 5 4 5 4 C 7 5 6 4 GOZO A 4 4 4 4 5 4 B 4 4 4 4 4 4 C 5 4 4 4 MARINE A 3 3 5 5 5 4 B 4 4 2 2 3 3 C 4 4 4 4 TOTAL 29 23 31 26 33 28 27 24 28 27 29 27 31 25 25 23 S - ifisser shift (shift A, B, C) D - ifisser jum [07.00a.m. – 12.00a.m. (nofs il-lejl)] N - ifisser lejl [12.00a.m. (nofs il-lejl) – 07.00a.m.]
Leg 9 PQ #18745 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċirkewwa — Inċident

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħin seħħ l-inċident awtomobilistiku traġiku l-inċident il-pulizija u l-membri tad-Dipartment tal-Protezzjoni Ċivili? X'ħin inqala' l-vittma minn ġot-tifrik? X'ħin kien meta l-vittma ġiet iddikjarata mejta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond ma huwa recorded għand il-Pulizija l-inċident li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, seħħ għall-ħabta tas-6.15a.m. u l-Pulizija waslet fuq il-post immedjatament wara. Għal dak li jikkonċerna d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ninsab infurmat li l-ewwel unit tad-Dipartiment wasal fuq il-post għal ħabta tas-6.18a.m. u minnufih bdiet l-operazzjoni ta` salvataġġ fejn l-ewwel li sar kien li nfetaħ aċċess qalb it-tifrik sabiex tiġi iċċekjata l-kundizzjoni tas-sewwieq involut. Ftit wara wasal fuq il-post ta` l-inċident tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta li kien ġie msejjaħ fuq il-post. Iċ-ċertifikat li s-sewwieq kien mejjet rilaxxat mit-tabib, jindika l-ħin tas-6.35a.m. L-operazzjoni tad-dipartiment waqfet sakemm l-esperti tal-Qorti kienu qed jagħmlu aċċess fuq il-post u wara tkompliet u l-vittma ġiet liberata minn ġot-tifrik għal ħabta tad-9.30a.m.
Leg 9 PQ #18746 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Managers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm managers fid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jgħid x'qasam jisvolġa kull manager f'dan id-dipartiment?

Response (BORG, TONIO)

Fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hemm jaħdmu tlett "Operations Managers" li qed jaqdu d-dmirijiet bħala: 1. Manager (Marine Unit) – jiġifieri fil-qasam Marittimu u f`dawk ir-riskji kkonċernati mal-baħar. Dan il-manager jaqdi wkoll id-dmirijiet ta` deputat direttur fl-assenza tad-Direttur u jagħmila anke bħala "master" biex isuq xi waħda miż-żewġ laneċ li d-Dipartiment għandu f`każ ta` emerġenza. 2. Manager (Training and Education) – jiġifieri li jmexxi programmi ta` taħriġ kemm lill-membri ta` dan id-Dipartiment kif ukoll lill-pubbliku permezz ta` "visits" li jsiru fl-iskejjel jew mill-istess skejjel ġewwa l-"fire stations" u programmi ta` taħriġ lill-impjegati tad-dipartimenti tal-gvern. 3. Manager (Onshore Resources) – jiġifieri li jieħu ħsieb ir-riżorsi li hawn fuq l-art li jistgħu jintużaw f`każ ta` xi emerġenza u li jindika dawk ir-riskji li jeżistu fuq l-art. Dawn it-tlett managers qed ukoll joħorġu fuq inċidenti u jmexxu l-operazzjonijiet minn fuq il-post meta jkun meħtieġ li jsir hekk.
Leg 9 PQ #18747 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Priġunieri — Ħarbiet

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 18488, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru, li mhumiex "interni", fil-ħarba ta' Azzabi s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9873.
Leg 9 PQ #18748 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Supretendenti

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 18489, jista' l-Ministru jgħid kif inhuma mqassmin is-sitt supretendenti assenjati fid-distretti tal-Korp tal-Pulizija, supretendent, supretendent?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm Supretendent assenjat għal kull wieħed mid-Distretti tal-Pulizija Numru 1;3;6;8;9 u 10.
Leg 9 PQ #18758 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Protezzjoni Ċivili — Sinjali ta' l-għawm

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18498, li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jikkonsidra l-proposta li jitwaħħlu sinjali ħdejn il-baħar li jindikaw jekk ikunx tajjeb għall-għawm fid-dawl tad-diżgrazzji li seħħew f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien diġa` waħħal tlett 'notice boards' miktuba b`diversi lingwi fosthom il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż, il-Ġermaniż, kif ukoll l-Ispanjol. Dawn in-'notice boards' ġew impoġġija waħda fil-bajja ta` Għajn Tuffieħa (il-bajja ħdejn il-"Golden Bay Hotel"), waħda fir-"Ramla l-Ħamra" ġewwa Għawdex u l-oħra f`Wied iż-Żurrieq. Dawn il-"boards" iservu bħala twissija lill-pubbliku biex jevita li jgħumu f`każ ta` baħar qawwi. Qed jiġu kunsidrati li jsiru sinjali simili f`postijiet oħra.
Leg 9 PQ #18766 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li saret mill-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant ġiet miċħuda u l-persuna konċernata ġiet mgħarrfa b`din id-deċiżjoni permezz ta` ittra li ġġib id-data tat-22 ta` Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #18789 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

B'riferenza għal dak li ħabbar il-Ministru li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena nqabdu aktar minn żewġ kilogrammi u nofs ta' eroina, aktar minn żewġ kilogrammi cannabis u aktar minn 4.500 pillola ecstasy, jista' l-Ministru ġentilment jgħid: (1) kemm minn din id-droga nqabdet fuq persuni li kienu għadhom ġejjin minn barra minn Malta; (2) ta' liema nazzjonalita' kienu dawk li fuqhom inqabdet id-droga u minn liema pajjiż kienu ġejjin; (3) kemm minn din id-droga nqabdet fuq Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena inqabdu 8 persuni bid-droga waqt li kienu deħlin Malta. Bejniethom dawn kellhom 2.424kg eroina, 1.567kg cannabis u 4,377 pillola ta` ecstacy. Dawn kienu 6 Libjani u 2 Olandiżi li kienu għadhom kif waslu Malta minn Istanbul, il-Marokk, is-Sirja, Tripli u minn l-Olanda. Il-kumplament ta` l-ammont ta` droga li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant instab f`pajjiżna fuq persuni Maltin.
Leg 9 PQ #18790 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet tal-Maltin li fuqhom inqabdet id-droga fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, jekk il-pulizija għanda din l-istatistika? Mingħajr ma jsemmi ismijiet, jista' l-Ministru jindika minn liema nħawi ta' Malta u Għawdex kienu dawk il-Maltin li nqabdu bid-droga fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-etajiet ta` persuni Maltin li fuqhom instabet id-droga fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena kienet tvarja bejn is-16 u l-54 sena. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, il-lokalitajiet huma : B'Kara Ħamrun Mġarr Ta` Ġiorni Birżebbuġia Kalkara Mosta Ta` Xbiex Buġibba Kirkop Mqabba Tarxien Cospicua Luqa Msida Valletta Fgura Marsa Naxxar Xemxija Floriana Marsascala Paola Żabbar Għaxaq Marsaxlokk Qawra Żejtun Gudja Mellieħa Qormi Żurrieq Gżira
Leg 9 PQ #18791 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Ħabsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma bis-sentenza u kemm minnhom qed jistennew li jinstema' l-każ tagħhom? Kemm minnhom qegħdin hemm fuq qtil, serq u traffikar jew pusses ta' droga? Minn liema postijiet f'Malta u Għawdex ġejjin? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija u minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher hawn taħt : - Tagħrif dwar persuni li kienu jinżammu l-ħabs fl-24 ta` Lulju 2000 Sentenzjati: Maltin 135 Barranin 30 Taħt arrest: Maltin 36 Barranin 40 In-numru ta` dawk li qegħdin l-ħabs fuq qtil, serq jew traffikar/pussess ta` droga hu ta` 22, 74 u 111 rispettivament. Il-Maltin ġejjin minn dawn il-lokalitajiet : - Marsa 6 B`Kara 5 Pieta` 4 Għaxaq 1 San Ġwann 6 Raħal Ġdid 5 St. Venera 3 Għawdex 6 Ħamrun 6 Mqabba 1 Qormi 7 Paċeville 3 Tarxien 6 Luqa 1 Balzan 1 Mosta 7 Naxxar 5 Żejtun 7 Vittoriosa 4 Bormla 12 St. Luċia 3 San Ġiljan 5 Fgura 4 Swieqi 2 Furjana 2 Gżira 4 Żebbuġ 4 Belt 13 B`Bugia 5 Msida 2 Senglea 3 Sliema 1 Attard 1 Żabbar 9 Żurrieq 3 Kalkara 3 Lija 1 Rabat 1 Mellieħa 1 Ta` Ġiorni 2 Kirkop 1 Buġibba 2 M`Scala 1 Kappara 1 Iklin 1 Il-barranin ġejjin minn dawn il-pajjiżi : - Taħt arrest Sentenzjati Libja 30 18 Jugolsalvja 1 Olanda 3 Tuneżija 1 6 Eġittu 2 3 Ingilterra 1 Sirja 1 Italja 2 Alġerija 1 1
Leg 9 PQ #18829 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOHN ATTARD MONTALTO To: Ministeru ta' l-Intern

Rabat — Siġar tal-ħarrub

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment li fl-inħawi ta' Ħofriet ir-Rizz u Raba' Nemel, l/o Rabat jitqaċċtu siġar tal-ħarrub? Jista' l-Ministru jinformani jekk dan ix-xogħol huwiex kopert bil-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret minn uffiċjali mis-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fl-inħawi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ma ġiex innutat li tqaċċtu xi siġar tal-ħarrub. Peress li l-arei msemmija jkopru area estensiva jkun ta` għajnuna jekk l-Onor. Interpellant jispeċifika s-sit in kwestjoni.
Leg 9 PQ #18878 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sliema - Permess għal garaxx

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jikkonferma jekk hux qed issir tiswija ta' karozzi bla ebda permess f'garage biswit il-Fond 53 Triq Melita, Sliema ma jibqax isir, u jekk fl-affermattiv dan jitwaqqaf?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija ma jirriżultax li qed isir xogħol kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #18882 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Liġi dwar il-Proprjeta' ta' l-Għadu

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta għaddiet il-liġi dwar il-proprjeta' ta' l-għadu kemm-il claim kien hemm għal lista li kienet ippubblikata mal-liġi? Min kienu dawk li talbu xi wieħed mil-listi ndikati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma saret l-ebda talba dwar proprjeta` li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.