Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — Persuni maqtugħa minn fuq ir-reġistru ta' l-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tax-xogħol f'Novembru u Diċembru 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f’Novembru 2005 inqatgħu 207 persuna minn fuq l-Ewwel u t-Tieni parti tar-reġistru tax-xogħol, filwaqt li f’Diċembru 2005 inqatgħu 148.

Impjiegi — Sensji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji matul Novembru u Diċembru 2005? Kemm kien hemm minnhom fl-eta' ta' bejn 16 u 30 sena, bejn il-31 sena u l-44 sena, bejn il-45 u l-55 sena u minn 56 sena 'il fuq? Kemm kien hemm minnhom li ngħataw f'Malta u kemm kien hemm minnhom li ngħataw f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' sensji u ta' nies li ġew jirreġistraw matul Novembru u Diċembru 2005, f'Malta u Għawdex maqsuma bl-eta' huwa hekk :- Diċembru 2005 Taħt il-25 sena 25-39 sena Minn 40 sena 'l fuq Total Malta 159 62 89 310 Għawdex 21 9 3 33 Total 180 71 92 343 Novembru 2005 Taħt il-25 sena 25-39 sena Minn 40 sena 'l fuq Total Malta 84 74 63 221 Għawdex 15 9 16 40 Total 99 83 79 261

ETC — Ħaż-Żabbar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies minn Ħaż-Żabbar li qed jirreġistraw għax-xogħol? X'inhi l-eta' ta' l-iżgħar u l-akbar wieħed? Kemm ilu żmien jirreġistra l-aktar wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta’ Novembru 2005 kien hemm 358 persuna minn Ħaż-Żabbar li kienu qed jirregistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. L-eta’ ta’ l-iżgħar klijenti kienet ta’ 16-il sena u ta’ l-akbar klijenti kienet ta’ 60 sena. Informat li l-aktar wieħed li ilu jirreġistra hu persuna li ilha tirreġistra 4 snin.

Marsa — Dawl mat-track

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex m’hemmx dawl adegwat, anzi hemm kważi dlam ċappa, madwar it-track tal-Marsa u dan ilu mill-anqas 15-il ġurnata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sistema ta' l-elettriku soffriet xi ħsarat fil-cables wara l-maltemp ta' dawn l-aħħar ġranet. B'kollox it-track tal-Marsa u uffiċini damu bla dawl għall-perjodu ta' ħamest'ijiem sakemm saru tiswijiet temporanji.

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-ilma tal-Pixxina Nazzjonali mhux qed ikun imsaħħan u dan b’detriment għal dawk li jridu jagħmlu użu minn din il-pixxina? Kemm ilha din is-sitwazzjoni u għal liema raġuni qed isir dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu 23 ta' Diċembru 2005 sa 31 ta' Jannar 2006 il-Pixxina Nazzjonali tinsab magħluqa, u b'hekk mhux qed titħaddem is-sistema tal-boiler.

Dikjarazzjonijiet ta' azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm dikjarazzjonijiet ta' azzjonijiet industrijali fl-aħħar tliet snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2002 kien hemm 5 azzjonijiet industrijali, matul is-sena 2003 kien hemm 8,u matul is-sena 2004 kien hemm 6 azzjonijiet industrijali.

Kunsilli lokali — Ftehim għal manutenzjoni ta' l-iskejjel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s'issa ffirmaw ftehim/kuntratt mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni biex jieħdu sehem fit-titjib u manutenzjoni ta' l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

It-titjib u l-manutenzjoni ta' l-iskejjel hi responsabbilita' l-ewwel tal-ħaddiema fl-iskejjel bl-appoġġ u l-għajnuna tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-FTS skond il-każ.

Skejjel — Kindergarten assistants

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-ispecial kinder assistants ma tħallsux fit-30 ta' Diċembru, 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn total ta' 508 Kindergarten Assistants, kienu biss 9 li ma tħallsux sat-30 ta' Diċembru 2005. Ir-raġuni li ma tħallsux kienet li dawn naqsu li jibgħatu r-return meħtieġa sa l-aħħar tas-sena. Dawn ir-returns intbagħtu lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fit-2 ta' Jannar 2006. Madankollu, ninsab informat ukoll li l-pagamenti supplimentari issa ġew ipproċessati wkoll u ċ-ċekkijiet relattivi se jinħarġu mit-Teżor fil-jiem li ġejjin.

Skola primarja tal-Gudja

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu l-pjani għal sala fl-iskola prmarja tal-Gudja, wara li ġew ippreżentati l-pjanti aktar minn tliet snin ilu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qegħdin isiru l-pjanti finali, biex wara ikunu jistgħu jiġu ppubblikati t-tenders relatati ma' dan il-proġett.

Kors tat-TEFL

Question

Jista’ il-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 16200 u jgħid min kien il-lecturer li kien indispost? Kemm dam indispost? Kemm kienu dawk li applikaw u kemm minnhom irtiraw u ddeċidew li ma jattendux il-kors tat-TEFL?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kors tat-TEFL

Question

Jista’ il-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 16201 u jgħid jekk għal dan il-kors kienx hemm biss lecturer wieħed? Jekk le, min kienu u x’kien se jkun is-suġġett tagħhom fil-kors tat-TEFL? Possibbli li kellu jitħassar il-kors għax wieħed minnhom kien indispost? Ma jaħsibx il-Ministru li dawk li applikaw u ddeċidew li jattendu ma kellhomx jiġu ddiżappuntati fl-aħħar sigħat qabel ma jibda l-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Għawdex — Kors tat-TEFL

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm qed jattendu l-kors tat-TEFL fit-taqsima ta’ l-Universita` f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll min qed jagħti l-lectures fil-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Studenti mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni mill-Unjoni Ewropea li huma intitolati għall-istipendji ta' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li student hu biss intitolat għall-istipendju jekk jissodisfa r-regolamenti konċernati li jinkludu: a) jew li xi ħadd mill-ġenituri hu ċittadin/a Malti/ja; jew b) l-istudent/a hu/hija ċittadin/a Malti/ja u ċ) li jkun hemm perjodu ta' residenza ta' ħames snin. Hemm 24 student ta' nazzjonalita' ta' xi pajjiż membru ta' l-UE li għamlu l-iskola sekondarja f'Malta u jissodisfaw il-kriterji fuq imsemmija.

Fgura — Skola Primarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex il-problema ta’ l-għargħar fl-iskejjel primarji tal-Fgura tiġi solvuta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ilmijiet li jispiċċaw fl-iskejjel primarji tal-Fgura u li qegħdin jikkawżaw l-għargħar f'dawn l-iskejjel, qegħdin joriġinaw minn deversi nħawi u triqat oħra - uħud minnhom ġodda - tal-lokal li qegħdin jitfgħu l-ilmijiet fid-direzzjoni ta' l-iskejjel. Tajjeb li wieħed jgħid li l-problema ta' l-għargħar hija waħda li żviluppat matul is-snin. Dan il-fatt kien diskuss waqt laqgħa li kellha l-FTS mal-kapijiet ta' l-iskejjel u mas-Sindku u uffiċjali oħra tal-Kunsill Lokali, ġewwa l-uffiċini tal-kunsill lokali, li min naħa tagħhom fehmu u apprezzaw il-punt li kien qiegħed isir min naħa ta' l-FTS. L-FTS irrakkomandat illi biex tissolva l-problema ġewwa l-iskejjel, bieb li hemm fuq in-naħa ta' fejn qed tidħol kwantita' ta' ilma irid jingħalaq billi jinbena ħajt minflok, u jinfetaħ bieb ieħor fuq naħa oħra ta' l-iskola li fil-fatt huwa mbarrat. Uffiċjali tal-Kunsill Lokali baqgħu jilmentaw illi l-problema kienet qiegħdha tinqala' għaliex il-'culverts' ġewwa l-iskola kienu miżdudin u għalhekk ma setax' jgħaddi l-ilma. Avolja l-FTS ma qablitx ma' dan, ittieħdu passi immedjati u dawn il-'culverts' tnaddfu xi ġimgħat ilu mill-impjegati tat-Technical Services Division tad-Diviżjoni ta' l-Edukazjoni. Waqt il-laqgħa ma' l-uffiċjali tal-Kunsill Lokali, dawn baqgħu jargumentaw kontra l-proposta li jingħalaq il-bieb u insistew li tinstab soluzzjoni ġewwa l-'grounds' ta' l-iskejjel. Bħalissa l-FTS lestiet tender biex jitkabbru xi 'culverts' li hemm fuq in-naħa ta' fejn hemm dan il-bieb, biex jiġi ddevjat l-ilma għal ġo debien li hemm fil-'grounds' ta' l-iskola. Jekk dawn il-'culverts' ma jsolvux il-problema ta' l-għargħar, l-FTS ikollha tagħlaq il-bieb u ttella ħajt biex l-ilma ma jidħolx fl-iskola.

ETC

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba bejn Jannar u Awissu 2005 u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba bejn Jannar u Ottubru 2005, kienu hekk :- 2005 Persuni jirreġistraw għall-ewwel darba Jannar 274 Frar 223 Marzu 217 April 222 Mejju 190 Ġunju 181 Lulju 404 Awissu 335 Settembru 358 Ottubru 377 Informat ukoll li n-numri ta' persuni li sabu xogħol bejn Jannar u Ottubru 2005 u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ix-xahar ta' qabel rispettivament kienu hekk :- 2005 Persuni li sabu xogħol Jannar 208 Frar 166 Marzu 233 April 434 Mejju 383 Ġunju 266 Lulju 386 Awissu 172 Settembru 144 Ottubru 223

Studenti li ma komplewx il-kors

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti universitarji, tal-junior college, ta' l-MCAST u tal-higher secondary li ma komplewx il-kors li kellhom din is-sena? X'kors kienu qed jieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ma komplewx il-kors kien hekk : Total Universita' ta' Malta 823 G.F.Abela Junior College 44 MCAST 146 Giovanni Curmi Higher Secondary School 272 Total: 1,285 Informat li informazzjoni dwar liema kors kienu qed jieħdu dawn l-istudenti ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.