Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31944 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Choreographic Awards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Gvern meħħa għal-kollox il-Choreographic Awards li kienu saru l-ewwel darba fl-1997 f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi b'suċċess kbir u minflok il-Gvern Nazzjonalista ma daħħal xejn biex jinċentiva l-qasam taż-żfin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-'Malta Choreographic Group Awards' kienu saru darba fi Frar 1997 bħala parti mill-Maltafest tas-sena 1997. Fil-file uffiċċjali bir-referenza Cul.302/97 ma nstabu ebda 'records' ħlief li kien hemm suġġeriment li jitwaqqaf bord in konnessjoni ma' din l-attivita` taż-żfin.
Leg 9 PQ #31945 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Euro Mediterranean Youth Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proposta li kienet saret fl-1997 mill-Gvern Laburista u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ biex jitwaqqaf Euro Mediterranean Youth Centre f'Malta

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proposta biex jitwaqqaf Euro Mediterranean Youth Centre kienet saret mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. L-għan ta' din il-proposta kien li tinħoloq struttura permanenti li ġġib aktar viċin liż-żgħażagħ Ewropej u dawk minn pajjiżi fil-Mediterran. Dan kollu fi spirtu ta' koperazzjoni bejn iż-żgħażagħ, skambji ta' idejat u kulturi, u skambji ta' żgħażagħ. Il-lum l-affarijiet inbidlu u nemmnu li dan l-għan u funzjonijiet oħra li kellu jħaddan dan iċ-ċentru qed jiġu ndirizzati permezz ta' strutturi diġa' eżistenti. Bir-rijattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja iż-żgħażagħ qegħdin jingħataw l-opportunita` li jgawdu minn parteċipazzjoni akbar fil-kamp internazzjonali. Il-leħen taż-żgħażagħ qed jinstema' ma' awtoritajiet u għaqdiet oħra internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' koperazzjoni bejn pajjiżi Ewropej u pajjiżi Mediterranji. Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ illum huwa membru tal-European Youth Forum, l-għaqda Ewropeja li tiġbor fi ħdanha l-għaqdiet kollha taż-żgħażagħ internazzjonali li ma jaħdmux bi qliegħ, u l-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ kollha tal-pajjiżi Ewropej. Dan il-Forum qed ikun dejjem aktar effettiv sabiex żgħażagħ minn pajjiżi Ewropej u Mediterranji jingħataw l-opportunita` li jsemmgħu leħinhom fuq diversi oqsma li jolqtuhom mill-qrib. Il-programmi biex jiġu nkoraġġiti skambji ta' kulturi, edukazzjoni u tħariġ bejn pajjiżi Ewropej u Mediterranji qegħdin jiġu nkorporati fil-ħidma ta' l-EUPU (European Union Programmes Unit). Ta' min isemmi wkoll li fis-sena 2000 il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kien organizza l-Mediterranean Youth Forum, li għalih kienu attendew madwar 40 parteċipant minn diversi pajjiżi Mediterranji. Dan il-Forum kien suċċess tant, li s-sena ta' wara l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ applika biex Malta tkun il-koordinatur permanenti tal-Mediterranean Youth Forum. Din l-applikazzjoni għadha pendenti.
Leg 9 PQ #31946 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlas ta' Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk tħallsux il-ħaddiema kollha in konnessjoni mal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kien ġew organizzati fi żmien Gvern Nazzjonalista' fl-1993 u li meta nbidlet l-Amministrazzjoni sal-1997 kienu għadhom mingħajr ħlas? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta fil-fatt tħallsu dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma għadx hemm ħaddiema li ma tħallsux għax-xogħol li għamlu in konnessjoni mal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu ġew organizzati f'Malta fl-1993. Il-ħlasijiet saru kollha mill-Kumitat Olimpiku Malti u l-Ministeru m'għandux dettalji kif saru dawn il-ħlasijiet.
Leg 9 PQ #31947 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk baqgħux isiru diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Marsa Sports Club għal mgħoddija tat-titolu fuq l-art li jikkomprendi dan l-isports club (inkluż il-golf course)

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-faċilitajiet li tagħmel użu minnhom il-Marsa Sports Club huma fost dawk proposti biex jiġu allokati lil diversi Clubs permezz ta' Riżoluzzjoni Parlamentari.
Leg 9 PQ #32006 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta din l-istudenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover li tbati min Dyslexia u ilha tistenna aktar minn sena għall-għajnuna, se tieħu l-għajnuna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifla konċernata ġiet referuta lill-SpLd Unit fl-1 ta' April 2001 u qegħda fuq il-lista li minnha l-SpLd Unit qed issejjaħ studenti biex ikunu assessjati. Meta ssejjaħ student/a għall-assessjar, l-SpLd Unit tidħol ukoll biex tipprovdi l-programm ta' għajnuna li jkun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #32011 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fgura Primarja School

Question

Jista' l-Ministru jara għalfejn għalliema mill-Fgura Primarja School, Year 6 E, qed tagħmel 2 lessons biss meta dawn waslu għall-eżami tal-Junior Lyceum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li jirriżulta li l-għalliema fil-Klassi 6E qegħda taħdem fuq timetable sħiħa.
Leg 9 PQ #32024 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Naxxar — Skola Primarj

Question

Fl-iskola primarja tan-Naxxar (wara l-knisja) jista' l-Ministru jara li l-purtinara full-time jagħmlu x-xogħol tagħhom sew u ma jaħarbux minn xogħolhom a skapitu tal-part-timers (purtinara)

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32033 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex iż-żgħażagħ jiġu mħejja ikomplu jistudjaw flok joħorġu jaħdmu ta' eta' żgħira u wara ftit jispiċċaw bla xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħala parti mill-investiment kollu li jsir fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, informat li ż-żgħażagħ għandhom ġurnata mogħtija għal Career's Seminars, fejn huma jsiru jafu dwar opportunitajiet ta' studju wara l-Form 5, kemm fl-iskejjel Post-Sekondarji, l-MCAST u l-Junior College. Isiru wkoll żjajjar ta' interess f'postijiet li jirrikjedu aktar tagħlim wara l-Form 5, bħas-Central Bank, Stock Exchange, eċċ. Il-Guidance Teachers ukoll ikellmu lill-istudenti u jagħtuhom pariri dwar Studji Ogħla, u anke joħduhom żjajjar biex ikomplu jħajruhom ikomplu l-istudju. Ikun hemm on-going guidance u counselling dwar studju u karrieri fil-Guidance Unit. Fis-sajf, ikun hemm Counsellors kull jum biex jgħinu l-istudenti fl-għażla tal-Courses "Post-Sekondarji", u anke fil-ġimgħa meta l-istudenti jagħżlu l-Courses. Ikun hemm taħditiet f'kull stabbiliment Post-Sekondarju, fejn jiġi mogħti tagħrif kemm lill-istudenti u kemm lill-ġenituri tagħhom.
Leg 9 PQ #30840 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pubblikazzjonijiet — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-posta, stationeries, reklamar, pubblikazzjonijiet għas-sena 2001 tal-Ministeru u Dipartimenti, Dekasteri, Korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni? Kemm tħallsu minn dawn l-ispejjes u kemm għadhom pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #31593 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola tal-Karwija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se tiswa l-iskola tal-Karwija? Jista' jingħata breakdown ta' din in-nefqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dokument tat-tender għadu qed jiġi finalizzat u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #31717 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kindergarten

Question

Jirriżulta li f'waħda mill-klassijiet tal-kindergarten fil-Primarja tal-Mellieħa fil-jiem li għaddew, daħlu jbiddlu t-tubi tliet ħaddiema waqt li kien hemm it-tfal u waqa' u nkiser tubu b'periklu għal kull min kien hemm fil-klassi? Jista ma jsirx xogħol bħal dan waqt li jkun hemm l-għalliema u t-tfal fil-klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultax dak li qed jgħid l-Onor. Membru li "nkiser tubu b'periklu għal kull min kien hemm fil-klassi." Informat li fil-ġurnata msemmija filgħodu ntbagħtu żewġ electricians biex jiċċekkjaw li kollox hu għal-lest għall-elezzjoni tal-Kunsill. Dawn flimkien mal-handyman ta' l-iskola kienu qegħdin ibiddlu tubu f'waħda mill-klassijiet tal-Kinder. Ġejt assigurat li l-għalliema kienet diġa` ħadet ħsieb tiġbor lit-tfal f'rokna tal-klassi 'l bogħod minn fejn kien se jsir ix-xogħol. Waqt ix-xogħol, it-tubu l-qadim waqa' u nkiser 'l bogħod mit-tfal. F'ebda ħin it-tfal ma kienu f'periklu.
Leg 9 PQ #31736 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex it-tħejjijiet għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma jitħallewx jiddisturbaw l-iskejjel fejn se ssir il-votazzjoni peress li kelli rapporti li f'xi skejjel qabdu u poġġew il-kaxxi tal-voti fuq ix-xogħlijiet tal-għalliema u studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kaxxi tal-voti jitpoġġew fil-postijiet tal-votazzjoni, inklużi l-iskejjel statali, lejlet il-jum tal-votazzjoni. Din is-sena l-Kummissjoni Elettorali se tpoġġi l-imsemmija kaxxi tal-voti ġewwa strong room f'kull skola, nhar il-Ġimgħa, it-8 ta' Marzu 2002.
Leg 9 PQ #31576 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema studenti ta' liema istituti tal-MCAST ġew mitluba jħallsu għall-B. Tech.? Liema studenti ta' liema istituti tal-MCAST qed isegwu l-kors imfassal fuq B. Tech? X'inhuma r-raġunijiet li għalihom kien hemm fejn intalab ħlas u fejn ma ntalabx ħlas mill-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li ġew mitluba biex iħallsu għall-BTEC ġew mill-Istitut tan-Negozju u Kummerċ, mill-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni u mill-Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika. Il-korsijiet li jaqgħu taħt il-BTEC huma: * First Diploma in Computing (Institute of Information and Communication Technology) * Diploma in Computing (Institute of Information and Communication Technology) * BTEC National Certificate in Business (Institute of Business and Commerce) * BTEC National Diploma in Telecommunications (Institute of Electronics Engineering) Informat ukoll li l-istudenti mill-Istitut tan-Negozju u Kummerċ, mill-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Kommunikazzjoni u mill-Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika qegħdin isegwu l-kors imfassal fuq BTEC. Il-korsijiet li jaqgħu taħt il-BTEC huma: * First Diploma in Computing (Institute of Information and Communication Technology) * Diploma in Computing (Institute of Information and Communication Technology) * BTEC National Certificate in Business (Institute of Business and Commerce) * BTEC National Diploma in Telecommunications (Institute of Electronics Engineering) Hija proċedura normali li l-istudenti jiġu mitluba jħallsu biex jirreġistraw għall-eżamijiet. Kien hemm sitt studenti li ma ħallsux għar-reġistrazzjoni tal-BTEC. Dawn is-sitt studenti ma ħallsux għax ma baqgħux interessati fis-suġġett u minħabba li sabu xogħol ieħor. Għalhekk dawn is-sitt studenti ma kellhomx għalfejn iħallsu għall-BTEC.
Leg 9 PQ #31579 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Focus Groups

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni kollha li jiffurmaw il-focus groups? Kemm minnhom jaħdmu Malta? Kemm minnhom jaħdmu Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bil-membri li jiffurmaw il-focus groups qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li dawn il-membri kollha barra wieħed joqogħdu Malta. Membru wieħed biss joqgħod Għawdex. Dawk il-Membri Maltin li huma parti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jwettqu dmirijiet fl-iskejjel t'Għawdex ukoll. Il-membru minn Għawdex huwa Uffiċjal Edukattiv u jaqdi dmirijiet fl-iskejjel f'Malta wkoll.
Leg 9 PQ #31738 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tibdil għandu jkun hemm fil-mod kif qed titwassal l-informazzjoni kontra l-użu tad-droga illegali, fosthom biex il-programmi jsiru aktar f'ħin addatat u b'mod aktar addatat biex jintgħoġbu minn kullħadd u f'postijiet addatati fosthom l-iskejjel? Kemm hi vijabli l-informazzjoni li qed tingħata?

Response (GALEA, LOUIS)

Billi l-Onor. Membru semma' "il-programmi jsiru aktar f'ħin addatat", jidher li qed jirreferi għal xi programmi fuq ir-Radju jew T.V. Għalhekk nitlob lill-Onor. Membru jgħid għal liema programmi qed jirreferi.
Leg 9 PQ #31566 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Teatru Manoel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet biex jinbidel l-operatur tar-restaurant tat-Teatru Manoel? X'arranġamenti ntlaħqu biex jintemlu l-kuntratt? Ingħata xi ħlas u ta' x'hiex? Min huwa l-operatur il-ġdid? B'liema kundizzjonijiet ingħata r-restaurnant? Kif saret l-għażla għalih?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-operat tar-restaurant mill-operatur preċedenti ma kienx laħaq il-livelli mistennija mill-management tat-Teatru. Sar qbil ma' l-istess operatur sabiex jiġi xolt il-kuntratt. Peress li l-operatur preċedenti kien ukoll l-iżviluppatur tar-restaurant, fis-sens li, skava fil-ġebel u bena l-istess restaurant kif ukoll armah b'apparat ġdid sabiex opera, il-kumitat qabel fin-negozjati tax-xoljiment li huma jikkompensaw għax-xogħlijiet u jixtru l-apparat eżistenti u dan għamluh għas-somma ta' Lm20,000 wara li ġabu stima mingħand importatur awtoritevoli fil-qasam in kwistjoni. Oltre minn dan, it-teatru kkumpensa lill-operatur li kien hemm qabel għall-avjament krejat kemm ilu jopera ammontanti għas-somma ta' Lm20,000. Il-ftehim kien jistipola li l-operatur il-ġdid iħallas huwa għall-avjament, kif fil-fatt ġara. L-operatur il-ġdid ħallas is-somma ta' Lm10,000 għall-avjament, u żdiedlu l-persentaġġ mill-bejgħ (percentage on gross turn-over) li kellu jħallas lit-teatru sabiex jiġi kopert ir-rimanenti. Il-kumitat fittex operaturi u diversi persuni ntalbu jiġu jaraw il-post u jagħtu offerti. Urew interess is-segwenti u eventwalment sitta minnhom ippreżentaw offerta: 1. Edward Grima Baldacchino 2. Elia Borġ Bonaċi Caterers 3. Fabien Vella 4. Island Caterers 5. Marketing & Promotions Ltd 6. Osteria dell'Orso 7. Primo Leisure Co. Ltd 8. Rubino Caterers 9. Trattoria Parolaccia Informat li l-Kumitat għażel il-kumpanija Primo Leisure Co Ltd. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Kumitat u l-istess Primo Leisure Co. Ltd.
Leg 9 PQ #31634 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sciene Teacher

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' Science Teacher f'uħud mill-klassijiet Form I Gzira Secondary?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti kollha tal-Form I Gżira Secondary kompla jkollhom lezzjonijiet tas-Science mit-22 ta' Frar 2002.
Leg 9 PQ #31727 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Language Development

Question

B'referenza għall-mistoqsija tiegħi nru. 30744, jista' l-Ministru jgħid kif se jaħdem il-pjan ta' monitoring ? Jista' jgħid jekk l-iskejjel diġa ingħataw il-linji gwida dwar il-language development? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-Pjan Strateġiku hemm maħsub li abbozz tad-dokument dwar il-'monitoring' jintbagħat fl-iskejjel fit-tieni fażi ta' l-impliementazzjoni u l-programm tal-'monitoring' jibda fit-tielet fażi. Il-Kurrikulu stess jitkellem ċar dwar il-lingwa f'paġni 19, 37, 38, 50, 51, 58, 67, 68, 79 u 82 u fih innifsu huwa gwida tajba għall-iskejjel. Il-'Focus Group' għall-'Language Development' qed jaħseb fuq proġetti biex jgħin l-iskejjel u d-dettalji tagħhom jitwasslu filwaqt lil kull min hu interessat.
Leg 9 PQ #31550 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni differenti li huma 1) impjegati full-time 2) impjegati part-time 3) konsulenti mal-Fondazzjoni għall-iskejjel t'ghada? Ma kemm persuni qed jiġu negozjati kuntratti ta' xi tip jew ieħor għal xogħol mal-Fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-impjegati huma: 1. Impjegat full-time: Wieħed - is-Sur Alfred Ferrante, li beda fil-11 ta' Frar 2002 bħala Chief Executive Officer. Bħalissa qed issir l-għażla ta' Financial Controller. 2. Impjegati part-time: Qed jittieħed servizz mill-kumpanija Commercial Services Bureau Ltd, li qed jipprovdu lis-Sinjura Josianne Vella, li qed tagħmel xogħol ta' segretarja temporanjament. 3. Konsulenti: Tnejn - Il-Perit Anton Valentino u s-Sur George Papagiorcopulo li oriġinarjament kienu membri fuq it-Tomorrow's School Task Force. Il-Fondazzjoni qegħda wkoll fi proċess biex impjegati li jaħdmu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jagħtu s-servizz tagħhom fuq xogħol tal-Fondazzjoni. Informat li bħalissa ebda kuntratt m'hu qed jiġi negozjat għal xogħol mal-Fondazzjoni.