Sptar Ġenerali t’Għawdex – Barts Medical School – Turiżmu mediku
Question
Issa li qed jingħad li ġie ffinalizzat il-ftehim bejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u Barts Medical School, jista' l-Ministru jgħid x’ammont se jkun stmat li se jħalli dan il-proġett jiġifieri dak ta’ turiżmu mediku f'termini ta' nfiq?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm spiċċaw gwidi liċenzjati f’dawn l-aħħar tliet snin jew għax irtiraw jew għal xi raġuni oħra? Kemm laħqu gwidi mill-Istitut għas-Servizzi Turistiċi fl-istess żmien? F’liema lingwi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — ċaqlieq ta' uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-uffiċini tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jiċċaqalqu? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir dan, u fejn hu maħsub li ser ikunu dawn l-uffiċini?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 15465, datata 24 ta’ Marzu 2015 u 18035, datata 7 t’Ottubru 2015.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti li taw is-servizzi tagħhom lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mill-1 ta' Jannar 2015 sad-data ta' din il-mistoqsija? Jista' jgħid kemm tħallas kull konsulent, u jekk dan sarx wara sejħa għal offerti jew direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu safar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn siefer (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh f’kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fuq impenji uffiċjali barra l-pajjiż inkun akkumpanjat minn uffiċjali tas-Segretarjat privat tiegħi u minn uffiċjali oħra tal-gvern. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’safar sar minn uffiċjali mill-Ministeru, mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn sar is-safar (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Jista’ jgħid min mar għal kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Għawdxin fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex? Jista jgħid kemm kien hemm studenti f’dan l-istess Istitut kull sena dawn l-aħħar 15-il sena? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Għawdxin li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Malta u liema huma l-korsijiet li jsegwu? Jista’ jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin li jattendu dan l-Istitut f’Malta kull sena għal dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13512 u 11310 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u fis-sena 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument Nru. 5942 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 318, l-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies, part-time u full-time fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi u f’liema grad minn Jannar 2015 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar 2015 sad-data ta’ meta saret din il-mistoqsija, n-numru ta’ impjegati li ġew ingaġġati fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jammonta għal għaxar impjeġati full-time u impjegat wieħed fuq ba¿i ta’ part-time kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dan l-ingaġġ sar minħabba li l-ITS qed jimplimenta
organigram
ġdida biex din l-istituzzjoni tkun tista’ ittejjeb serjament l-amministrazzjoni tagħha billi jkunu jistgħu jitwettqu b’mod effettiv u effiċjenti l-pjanijiet strateġiċi kif ukoll prattiċi oħra ta’ kwalita’
(quality assurance).
Dan għal kuntrarju għall-affarijiet li twettqu mill-amministrazzjoni preċedenti meta ħalliet l-ITS jispiċċa fi stat ta’ telqa sħiħa u bla ebda pjan strateġiku.
Dawn l-impjegati msemmijin fit-tabella elenkata ġew kollha ingaġġati wara li ħarġet sejħa għall-Applikazzjoni għand il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig (ETC) fejn eventwalment sar il-proċess tal-għazla mill-
Interviewing Boards
.
Irrid inżid li dan hu kuntrarju għal dak li seħħ taħt l-amministrazzjoni preċedenti, preċiżament fl’2011, meta daħlu l-ITS 27 persuna mingħajr ebda sejħa t’applikazzjoni jew proċess t’għażla.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu beħsiebha toħroġ mill-Auberge d’Italie u fejn se jiġu rrilokati l-uffiċini l-ġodda tagħha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qiegħda tevalwa numru t’għażliet li għandha quddiemha sabiex issir l-għazla fejn ser jiġu rrilokati l-uffiċini l-ġodda tagħha. Għalkemm id-data ezatta għadha ma ġietx stabbilita’ minħabba numru ta’ kunsiderazzjonijiet li qiegħdin jittieħdu fil-prezent, il-ħsieb hu li r-rilokazzjoni ssir mhux aktar tard mill-ewwel kwart tas-sena 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, il-Ministeru għat-Turiżmu inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, m’għamlux użu u mhux qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu bdietx jew hemmx il-possibilità li tibda kuntatti biex il-grupp li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jiġu attirati lejn Malta għal kunċert mużikali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda kuntatt, xi forma ta’ negozjar u/jew talba sabiex il-band, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tinġieb sabiex tagħti kunċert fil-gżejjer Maltin.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex tiġi indagata l-ħlas ta’ kera ta' maisonette li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq bażi short lets lit-turisti li allegatament huwa mingħajr il-permessi meħtieġa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tal-Licenzjar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu liċenzjat il-maisonette, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala ‘Post għall-Btala (short lets)’, liema liċenzja ġiet effettiva mit-3 ta’ Awwissu 2015.
F’dan il-każ, peress li l-liċenzja hi tat-tip ‘Post għall-Btala (
short lets
)’, l-Awtorità ma tidħolx fil-mertu ta’ ħlasijiet ta’ kirja bejn is-sid u l-inkwilin.
Ministeru għat-Turiżmu – użu ta’ credit cards pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma jekk hu jew xi membri fis-Segretarjat tiegħu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi li nħarġu f’ismu jew f’isem xi ħadd fis-Segretarjat tiegħu? Jekk fl-affermattiv min huma dawk awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards għal kull credit card minn Marzu 2013 u jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, la l-Ministru għat-Turiżmu u lanqas membri fis-Segretarjat tiegħu, ma jagħmlu u¿u minn credit cards pubbliċi f’ismu jew f’isem xi ħadd fis-Segretarjat tiegħu.
Ministeru għat-Turiżmu – entitajiet — użu ta’ credit cards pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi? Jekk fl-affermattiv min huma dawk l-entitajiet li huma awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards pubbliċi għal kull entità minn Marzu 2013 u jista’ jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Malta Film Commission – Kap Eżekuttiv/Film Commissioner – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15631, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-valur tas-salarju u perkaċċi kollha li huma marbuta mal-kariga li qed jokkupa l-Film Commissioner u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Film Commission li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif jirriżulta mit-tabelli li qed ninkuldi mat-tweġiba tiegħi, l-pakkett tas-Sur Engelbert Grech, li huwa l-Kummissarju tal-Films preżenti, huwa bażikament l-istess bħal dak li kellu Peter Busuttil li kien il-Kumissarju maħtur mill-amministrazzjoni preċedenti.
Remuneration and allowances: Film Commissioner
Peter Busuttil
(Engaged as of 05/11/2011)
Engelbert Grech
(Engaged as of 20/12/2013)
Gross Annual Salary
€36,000
€38,000
Allowance for Fuel expenses per month
€200
€215
Mobile Phone Allowance
Fully expensed
Fully expensed
Performance bonus
Up to 15% of annual salary
Up to 15% of annual salary
Other
Government statutory bonuses and any other benefits, such as, income supplement, including approved cost of living increases
Government statutory bonuses and any other benefits, such as, income supplement, including approved cost of living increases
L-uniku differenza hija li bix-xogħol imwettaq minn Peter Busuttil u li ħalla l-frott fis-sena 2013, kien hemm is-somma ta’ EUR5,000,000 injettati direttament fl-ekonomija ta’ pajjiżna, filwaqt li fis-sena 2014 is-somma żdiedet għal EUR29,000,000. Għas-sena 2015, ir-riżultati mistennija jkunu saħansitra ħafna ahjar u din l-industrija mistennija tħalli s-somma rekord ta’ iktar minn EUR80,000,000 injettati direttament fl-ekonomija. Bħal fil-każ tas-Sur Busuttil, ma kien hemm l-ebda sejħa għal din il-kariga.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15630, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-valur tas-salarju u perkaċċi kollha li huma marbuta mal-kariga li qed jokkupa l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-pakkett finanzjarju tas-Sur Paul Bugeja, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, huwa bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak ta’ qablu li kien ġie maħtur mill-Amministrazzjoni preċedenti, hekk kif jidher mit-tabelli li qed ninkludi ma din it-tweġiba.
Paul Bugeja, CEO MTAJosef Formosa Gauci, previous CEO MTA
Annual Salary€76,400€76,403.45
Performance BonusCapping of €20,000Capping of €12,000
TransportFully serviced car (max retail price of €19,800), when on official businessFully serviced car and use of car and driver, when on official business
TelephoneFree telephone facilities (rentals and calls, both local and overseas)Free telephone facilities (rentals and calls, both local and overseas)
TravelFree first class travel facilities and accommondation overseas on business for and on behalf of MTAFree first class travel facilities and accommondation overseas on business for and on behalf of MTA
Medical InsuranceFree and full local and overseas medical insurance coverage, for CEO and direct dependants Free and full coverage overseas medical insurance, both local and whilst travelling overseas
Din il-ħatra li saret taħt l-amministrazzjoni ħalliet il-frott mill-ewwel b’riżultati rekord għat- turiżmu fis-sena 2014 u aktar u aktar meta fl-ewwel kwart tas-sena 2015 kellna riżultati aħjar fejn jidħlu numru ta’ turisti, 'bed nights' u spiża mit-turisti.
Bħal fil-każ tas-Sur Josef Formosa Gauci, predeċessur tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu preżenti, ma kien hemm l-ebda sejħa għal din il-kariga.
Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni għandu, inkluż il-perkaċċi kollha l-persuna li qed tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-remunerazzjoni inklużi l-perkaċċi kollha li għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap E¿ekuttiv taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), huwa ta’ madwar €12,000 inqas minn dak tal-predeċessur tiegħu matul l-amministrazzjoni preċedenti kif jidher mit-tabelli li qed ninkludi ma din it-tweġiba.
Għal din il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ MCC ħarġet sejħa pubblika, liema sejħa ġiet ippublikata fil-gazzetti lokali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17643, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ir-risposta tfissirx li fil-verità, l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu ma tafx min għandu ftehim validu jew le, u lanqas qed tikkontrolla li il-ftehim filfatt ikun wieħed validu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
B’referenza għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17643, huwa ndikat b’mod ċar illi fi spezzjonijiet li jsiru kemm għar-rigward ta’ applikazzjonijiet ġodda kif ukoll għal dawk ta’ rutina li l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu tagħmel fi stabillimenti tal-ikel, jiġi assigurat li hemm ftehim bejn l-istabbilimenti u kolletturi awtorizzati għal ġbir ta’ swill.
Għal darb’oħra nagħmilha ċara, għal benefiċċju tal-Onorevoli Nterpellant, illi l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu m’hijiex l-Awtorita` kompetenti għal separazzjoni ta’ skart, sorveljanza u monitoraġġ ta’ abbuż mill-operaturi ta’ tali stabbilimenti.