Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hawn li Triq Sebastian Saliba f'Ħal Għaxaq, li ilha mibnija sa mill-1985 u li s-servizzi kollha ġew mgħodija, tiġi mgħotija wiċċ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.
Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni għalfejn fuq l-istage prinċipali u bus terminus tal-Belt Valletta qatt ma jkun hawn karozza tal-linja fuq r-rotta ta' Ħal Għaxaq bil-konsegwenza li l-passiġier, xemx u xita, jkollhom jistennew għal qilla ta' l-elementi?
Jista' jispjega għalfejn fuq rottot oħra, għalkemm tal-linja tkun fil-bay, passiġieri anzjani, jitħallew jistennew bil-wieqfa sakem ix-xufier jiddeċiedi li sar il-ħin biex jgħabbi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ilment li għamel l-Onor. Interpellant qed jiġi mistħarreġ minn uffiċjali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku. Dan ser isir kemm fil-venda prinċipali jiġifieri dik ta' Putirjal kif ukoll tal-lokal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur fi flus tax-xogħlijiet / proġetti li qed isiru fil-mument mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Ambjent fuq talba tal-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u urġenti biex parti min Sqaq it-Tiġieġ (Alley 2) li jinsab fi Triq San Ġiljan, B'Kara u li tinsab sfrondata issirilha l-manutenzzjoni meħtieġa peress li hi ta' periklu kbir speċjalment għat-tfal peress li tħat fejn sfronda tinsab ġiebja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li dan ix-xogħol hu wieħed ta' manutenzjoni u d-Dipartiment informat li l-Kunsill Lokali qed jieħu ħsieb iwettaq ix-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kontijiet tad-dipartiment tat-toroq li huma ikkontestati? X'inhuma ir-raġunijiet għal dawn id-disput? Kemm imorru lura fis-snin dawn il-kontijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Dipartiment għandu madwar 35 'claim' fuq kuntratti li tlestew bejn 1993 u issa li baqa' biex jiġu issetiljati. Il-'claims' essenzjalment ikopru diverġenzi bejn il-kontijiet ippreparti mid-Dipartiment meta imqabbla ma' dawk ippreparti mid-ditti li kellhom il-kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li Triq l-Ikħal f'M'Scala tingħata t-tarmac u li jsiru bankini diċenti minħabba li tinsab fi stat tal-biki?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol għall-asfaltar ta' Triq l-Ikħal ma' jistax isir bħalissa għaliex din it-triq mhix inkluża fil-programm ta' priroritajiet li tfassal mall-Kunsill Lokali għall-asfaltar ta' għaxar toroq f'dan il-lokal.
Jista' l-Ministru jgħid minn min kienet iffirmata d-delegazzjoni ministerjali li dan l-aħħar għamlet żjara ġo Miami? Ma min iltaqgħet? X'kienu r-riżultati ta' din iż-żjara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita Marittima ilha tattendi l-konvenzjoni Seatrade Cruise Shipping, ikkunsidrata bħala l-ikbar u l-iktar konvenzjoni mportanti fil-qasam tal-cruise liners, sa mill-1992 fejn ikun hemm madwar 900 eżibitur u iktar minn 1,000 rappreżentant ta' 90 operatur ta' cruise liners.
Għal din il-Konvenzjoni nternazzjonali attendiet delegazzjoni Ministerjali ffurmata mill-Ministru responsabbli għat-Trasport u Komunikazzjoni flimkien ma' l-assistent personali tiegħu. Jattendu wkoll kien hemm iċ-Chairman ta' l-Awtorita' Marittima, id-Direttur Eżekuttiv tal-Portijiet u d-Deputat tiegħu flimkien ma' l-Marketing Executive ta' l-Awtorita' Marittima.
Għalkemm ma kienux parti mid-delegazzjoni, irid ngħid li l-mara tiegħi u ta' l-Assistent Personali, ivjaġġjaw miegħi lejn l-Amerika, u mistennija lura fid-19 ta' Marzu.
Din is-sena l-Awtorita' kkordinat padiljun ta' eżibituri Maltin fejn, flimkien ma' l-Awtorita', ħadu sehem il-Konsorzju VISET u diversi aġenti tal-cruise liners Maltin. Fuq l-istand ta' Malta, ġiet imtella' wkoll eżibizzjoni tal-proġett propost tal-bini ta' Cruise Terminal ġdid fil-Belt mill-VISET, li għadu kif ġie approvat mill-Kabinett.
Id-delegazzjoni Ministerjali ltaqgħet ma' rappreżentanti ta' l-operaturi ta' l-industrija tal-cruise liners internazzjonali, liema laqgħat servew sabiex jiġi kkonsolidat ir-rapport li diġa' jeżisti bejnhom u bejn l-Awtorita' Marittima ta' Malta. Aktar minn hekk ittieħdet l-opportunita' sabiex jiġi spjegat lil dawn l-operaturi l-iżvilupp infrastrutturali u organizzattiv fil-qasam tal-cruise liners u ferries li ser iseħħ fis-snin li ġejjin.
Id-delegazzjoni kellha wkoll l-opportunita' li tiltaqa' ma' rappreżentanti t'operaturi portwarji kif ukoll ażjendi li jieħdu ħsieb is-sigurta' u li jipprovdu diversi servizzi oħra fil-portijiet.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-barriers temporanji li tpoġġew fuq il-Moll ta' l-Imġarr speċjalment dawk ta' ħdejn ir-rampa tal-vapur fuq in-naħa tax-xellug inti u tiela' fuq il-vapur jiġu rranġati aktar bis-sens peress li qed joħolqu inkonvenjent għall-pubbliku speċjalment għal dawk li jagħmlu użu mis-servizz tat-taxis?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-'barriers' temporanji li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, m'għandhomx x'jaqsmu max-xogħolijiet li qed isiru bħalissa mill-Awtorita' Marittima fuq il-proġġett ta' l-Mġarr.
Madankollu, fl-interess tal-pubbliku, l-Awtorita' Marittima qiegħda tiddiskuti mal-Gozo Channel sabiex tara' jekk tistax titjieb is-sitwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol fuq triq St. Rita, B'Kara ġie mwaqqaf wara daqstant snin li r-residenti ilhom jistennew biex din it-triq titranġa għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol ta' tqegħid ta' servizzi fi Triq Santa Rita beda' u x-xogħol fit-triq ser ikompli meta dan jitlesta'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kunsulenzi mill-Maltacom fl-aħħar sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' dawk li ngħataw konsulenza mal-Maltacom fl-aħħar sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic control board approvax li titwaħħal tabell ta' No Entry except for residents only fi Triq San Ġorġ, Wied il-Għajn liema triq hi l-unika aċċess għall-moll fejn isorġu għadd ta' laneċ tas-sajd fosthom ta' sajjieda full time li jużaw dan il-moll lejl u nhar u jidhlu u joħorġu minn din it-triq bil-vetturi tagħhom konnessi max-xogħol tagħhom? Billi dan il-moll ilu jintuża minn uħud minn dawn is-sajjieda li għandhom laneċ kbar tas-sajd u saħansitra għandhom nies impjegati magħhom, hu possibli li t-traffic control board jikkonferma jekk din is-sign twaħħlitx bl-approvazzjoni tiegħu u f'kull każ jipprova jirrimedja is-sitwazzjoni għall-dawn is-sajjieda milquta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku m'approvax it-twaħħil ta' tabelli ta' 'No Entry except for residents only'.
Il-Bord approva 'cul de sac sign' fil-bidu ta' Triq San Gorg (peress li din m'hix through road) u 'No Entry sign' fejn jibda' l-moll li joħroġ minn din it-triq. Biex iżid is-sigurta' fis-sewqan tul it-triq il-Bord approva wkoll '10 Km/h Speed Restriction sign'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema fid-dekasteru tiegħu li jsuqu trakk, jew passenger van jew inġenji kbar oħra u li m'għandhomx il-liċenzja biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dan il-Ministeru w id-Dipartimenti u l-Awtoritajiet li jaqgħu taħtu m'għandhomx ħaddiema li jsuqu trakk, passenger van jew inġenji oħra mingħajr il-liċenzja meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jara li fil-parti ta' isfel u ċioe flok iż-zebra crossing li hemm appena taqbad dieħel Vjal il-Blue Grotto fiż-Żurrieq issir bay bħal dik magħmula aktar il-fuq u dan peress illi ftit huma dawk is-sewwieqa li jgħatu ċans lil pedestrian jaqsam?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jistħarreġ kif jista' jkun hemm aċċess aħjar għall-residenti tal-parti ta' fuq fi Triq San Silvestru, l-Mosta, peress li dawn meta jiġu biex jaqsmu t-triq fi Vjal l-Indipenza bieximorru fil-parti ta' l-blat l-għolja qed ikollhom diffikultajiet, inkluż perikolu għat-tfal?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jitħarreġ kif jista' jkun li tiġi rimedjata l-probelma tar-residenti ta' Triq Ġilormu Cassar, l-Mosta peress li saru xi sinjali tat-traffiku fuq ix-xellug tat-triq li huwa ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru joħroġ dawk id-direttivi opportuni sabiex Triq Valletta, Zurrieq, il-continuous white line ma jibqax wieħed kontinwu w dan linea ma miżuri oħra simili applikati fuq toroq ta' l-istess tip u importanza.
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħati dawk id-direttivi opportuni sabiex tiġi studjata l-possibilita' sabiex li Triq il-Kanġu, fiż-Żurrieq issir one way u dan peress li din it-triq hija dejqa u ma tiflaħx għat-traffiku li preżentament jgħaddi minnha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Peress li t-tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ibati serjament bl-asthma, jistgħu jittieħdu passi biex vetturi ma jitħallewx jipparkjaw taħt it-tieqa ta' l-appartament li jinsab kważi taħt il-livell tat-triq u għalhekk faċli jimtela duħħan tal-vetturi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa llum reserved parking space jiġu approvati biss f'każi ta' diżabilita' fiżika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji għal vetturi ġodda matul dan l-aħħar tnax-il xahar kull xahar separatament? Ta' liema kategorija ta' vetturi huma dawn il-liċenzji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24066.