Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24593 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Light Pollution

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta hix beħsieba li tinstalla lampi fit-toroq tat-tip full cut off, bil-għan li jitnaqqas id-dawl moħli 'l fuq, il-glare f'għajnejn is-sewwieqa u l-light pollution? Jista' jgħid jekk għadhomx jiġu nstallati f'pajjiżna bozoz tat-tip mercury vapour, li qed jiġu phased out madwar id-dinja kollha minħabba li jaħlu l-enerġija u jistgħu jitfgħu wkoll raġġi ultraviolet għall-periklu tal-pubbliku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24595 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Maltacom jibgħatu l-kont tat-telephone tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbgħatu separatament peress li l-kont qatt ma jasal id-dar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mir-rekords li għandha l-Maltacom jirriżulta li l-aħħar darba li l-abbonat ħallas il-kont tat-telefon kien f'Ottubru tas-sena l-oħra, u s'issa għandu tlitt kontijiet mhux imħallsa. Fl-24 ta' Jannar ta' din is-sena intbagħtlu Final Notice biex iħallas u fit-13 ta' dan ix-xahar, il-linja tiegħu ġiet ristretta, jiġifieri l-abbonat jista' jirċievi sejħiet iżda ma jistax iċempel. Mill-istess rekords ma jirriżultax li xi wieħed mit-tlitt kontijiet li għandu pendenti - jiġifieri dawk li ħarġu u ntbagħtulu f'Ottubru 2000, Diċembru 2000 u Frar 2001 - ġie ritornat mill-Maltapost lill-Maltacom. Lanqas ma ġiet lura l-Final Notice li ntbagħtitlu f'Jannar 2001. Barra minn hekk, l-abbonat qatt ma ġibed l-attenzjoni tal-Maltacom li mhux jirċievi kontijiet. Jekk l-abbonat huwa konvint li t-tlitt kontijiet imsemmija, flimkien mal-Final Notice, ma waslulux, nissuġġerilu li jkellem lill-Maltapost biex tinstab ir-raġuni għal dan. Sadanittant il-Maltacom ħadet il-passi meħtieġa li tibgħat permezz tal-posta reġistrata t-tlitt kontijiet li l-abbonat qed jgħid li ma rċeviex.
Leg 9 PQ #24612 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għadiex fis-seħħ il-proċedura stabilita li l-biljetti ta' l-ajru tal-Ministru u membri f'delegazzjonijiet tal-Gvern jinqatgħu mill-kumpanija Air Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24519 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment li meta il-WSC biddlu il-kanen ta' barra tal-ilma ta' block 18A, Fl 5, Fresja Str, San Ġwann, il-kuntrattur li qiegħed il-madum mill-ġdid għamel dan b'mod zlivellat?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #24529 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-fond nru. 62 fi Triq it-Tumbarellu, Ħal Għaxaq, triq fejn hawn il-main tad-dawl mgħoddi għal diversi snin għadu sal-lum tinqeda b'fergħa temporanja? Tista' din id-dar tirċievi l-provista ta' l-elettriku perezz ta' main bħal dawl tas-residenzi adjacent?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #24446 Sitting 518 2001-03-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Negozji — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tipi ta' negozji li m'hawnx permessi sabiex jinfetħu ġodda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-pulizija.
Leg 9 PQ #24401 Sitting 517 2001-03-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies mal-freeport u il-kumpaniji sussidjarji tagħha minn Ottubru 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn Ottubru 1998 sa llum. ġew impjegati 122 ħaddiem ġdid mal-Korporazzjoni tal-Port Ħieles u l-kumpaniji sussidjarji tagħha.
Leg 9 PQ #24403 Sitting 517 2001-03-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies ma' l-Air Malta u fil-kumpaniji sussidjarji tagħha min Ottubru 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn Ottubru 1998 sa llum, ġew impjegati is-segwenti ħaddiema fil-Kumpanija Air Malta u s-sussidjarji tagħha Air Malta 68 Mercure Coralla Selmun Hotel / Malta Air Charter / Crowne Plaza Hotel 47 Ħal Ferħ Complex 11 Air Supplies & Catering Co. 3 Osprey Insurance Brokers 3 Sterling Air Services 23
Leg 9 PQ #24416 Sitting 517 2001-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mosta — Triq San Silvestru

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari nru 24150 dwar dawl fi Triq San Silvestru l-Mosta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li Triq San Silvestru l-Mosta hija mdawwla sewwa.
Leg 9 PQ #24440 Sitting 517 2001-03-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Pressa ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex il-familji li jgħixu fiż-żewġ appartamenti li hemm f'Hilltop Flats, Triq il-Blajjet, Marsascala jkollhom pressa tal-ilma adegwata?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #24406 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

W.S.C. — Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-ftehim kollettiv ġdid tal-W.S.C?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-taħdidiet bejn l-union u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dwar il-ftehim kollettiv għadhom għaddejjin. Naturalment dan jiġi ffirmat hekk kif jintlaħaq qbil fuq il-punti kollha peress li dan huwa kkunsidrat bħala pakkett wieħed.
Leg 9 PQ #24415 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-policy tal-WSC dwar il-programm ta' manutenzjoni u użu aħjar tar-riservaturi/ġibjuni ta' l-ilma? Jista' fil-fatt jinfurmani x'inhija l-posizzjoni tal-ġibjuni ta' l-Imtarfa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda tara kif tista' tgħaddi l-użu ta' dawn il-ġibjuni tax-xita f'idejn il-Kunsilli Lokali. Fejn japplika, il-Korporazzjoni ser iżżomm id-drittijiet tagħha bħala s-sid ta' dawn l-assi, sabiex ma tippreġudikax l-użu ta' dawn il-ġibjuni 'l quddiem. Dan japplika għall-ġibjuni ta' l-ilma tax-xita li waqgħu taħt il-Korporazzjoni in forza tal-Liġi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ta' l-1992.
Leg 9 PQ #24480 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-kuntratturi li għandhom jitħallsu mill-Water Services Corporation? Għall-liema ammonti w meta hemm il-ħsieb li jsir il-ħlas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24487 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

BOV

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex il-fergħa tal-BOV tax-xatt f'Tas-Sliema jibqa jintuża kif inhu sal-lum u mhux tinbidel f'Foreign Exchange Bureau b'konsegwenza li jintemm is-servizz soċjali li jingħata sal-lum (eżempju - tisrif ta' cheque, deposits etc) speċjalment lil anzjani u r-residenti fl-inħawi tax-xatt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Gvern għandu biss ħamsa u għoxrin fil-mija ta' l-ishma fil-Bank of Valletta u għaldaqstant deċiżjonijiet ta' natura amministrattiva hija fil-kompetenza tal-Bord tad-Diretturi ta' l-istess Bank.
Leg 9 PQ #24490 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq is-Sur - Dawl tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm żieda ta' bozoz fi Triq is-Sur fil-Fgura, min naħa tal-HSBC sal-kantuniera quddiem is-sur ta' Bormla peress li din in-naħa hemm nuqqas ta' dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24491 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — M/v Gaudos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-vapur tal-Gozo Channel M/v Gaudos diġa grawlu ħsarat estensivi fih? Jekk dan huwa minnu, x'inhuma dawn il-ħsarat u kemm huma stmati li jiswew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jirriżulta minn stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Kumpanija Gozo Channel, nhar it-Tlieta 14 ta' Marzu 2001, il-vapur M/V Gaudos żviluppatlu ħsara f'rotor ta' wieħed mill-erba' ġeneraturi li għandu. Il-vapur għadu taħt garanzija u għaldaqstant m'għandu jkun hemm ebda spiża għall-Kumpanija.
Leg 9 PQ #24283 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Water Services Corporation tagħmel l-arranġamenti u l-manutenzjoni li hemm bżonn f'15, Sqaq il-Ġdid fi Triq San Anton, il-Mosta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jirriżulta li l-indirizz mogħti mill-Onorevoli Interpellant jikkonsisti f'kumpless ta' erbgħa u għoxrin garaxx. Il-kanna ta' l-ilma li twassal is-servizz f'dan il-kumpless għandha bżonn tinbidel peress li tinsab fi stat ta' deterjorazzjoni. Madanakollu din il-kanna ma setgħetx tinbidel għaliex is-sidien ta' dawn il-garaxxijiet irrifjutaw li jinstallaw l-earth electrode sabiex ikunu konformi mas-sistema ta' l-earthing konnessa mal-provvista tad-dawl. L-earth electrode trid tkun installata minħabba li s-servizz ta' l-ilma jinbidel b'pajp tal-polyethelene (plastic) minflok tal-ħadid. Meta l-istess sidien ġew avviċinati biex jinbidel dan is-servizz, huma wieġbu li kienu kuntenti bis-servizz li għandhom u ma xtaqux jinstallaw l-earth electrode. F'każ li l-konsumaturi jibdlu l-ħsieb tagħhom, il-Korporazzjoni tibdel is-servizz fl-aqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #24299 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Kummerċ — Price Control Inspections

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jikkonferma li bħalissa fuq il-price control inspections, id-dipartiment tal-kummerċ għandu persuna waħda biss? X'inhuma il-pjani tal-gvern għall din it-taqsima?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bhalissa d-Direttorat ghas-Servizzi Kummercjali fid-Divizjoni ghall-Kummerc ghandu zewg persuni fuq xoghol ta' spezzjoni ta' kontroll ta' prezzijiet. Tajjeb jinghad li l-policy tal-Gvern hija li l-Ufficju tal-Kompetizzjoni Gusta jkun l-ufficju relevanti ghal dak li ghandu x'jaqsam ma' xi abbuz dwar prezzijiet.
Leg 9 PQ #24379 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gnien tal-Bebbux — Telefon Booth

Question

Jista' l-Ministru jara li t-telefon booth li tinsab biswit il-Ġnien tal-Bebbux tiġi mixgħula b'mod regolari bħal kull booth oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #24373 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl tat-Triq

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jara li Triq Widnet il-Baħar fiż-Żurrieq tiġi mdawla peress li tinsab fi stat ta' dlam assolut?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.