Professjonisti fil-qasam tas-saħħa — polza ta’ assigurazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28291, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ kwalunkwe polza tal-assigurazzjoni mħallsa u/jew maħruġa mill-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel tajjeb għal kwalunkwe danni ċivili jew telf waqt il-qadi ta’ dmirijiethom f’istituzzjonijiet tas-saħħa tal-Gvern.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28289, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba ta’ dawk l-imwiet b’overdose ta’ droga fl-2016 li s’issa huma konfermati li kienu konsegwenza ta’ tali kawża?
Ministeru għas-Saħħa — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28899, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mal-MUMN u GWU? Jista’ jgħid għaliex ma ġiex iffirmat ftehim simili mal-MAM u l-UHM?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija prassi li ftehim li jsir mal-unions ma jkunux ippubblikati minn-naħa tal-gvern. Rigward il-MAM u l-UHM, il-bieb kien u jibqa' miftuħ sabiex jiġi ffirmat ftehim magħhom ukoll.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28898, jista’ l-Ministru jgħid hux se jżomm mal-wegħda tiegħu li kien għamel fil-pubbliku li sal-aħħar tas-sena 2016 jippubblika l-kuntratti kollha, inkluż il-kuntratt ma’ Barts Medical School? Jekk le għaliex il-Ministru jħoss il-bżonn li jaħbi dan il-kuntratt meta skont il-Gvern huwa tant ta' benefiċċju għall-poplu Malti u Għawdxi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt msemmi minnu hu governat bir-regoli tal-Business Promotion Act, liema liġi kienet daħlet fis-seħħ fil-1988 taħt Gvern Nazzjonalista.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26680, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jestendi l-faċilità elettronika tal-Wi-Fi ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur li ġejjin ser jibdew studji dwar il-possibilita’li jkun estiż is-servizz tal-Wi-Fi fl-isptar Monte Carmeli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi ngħataw, kemm persuni attendew u x’tiswijiet saru u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan, fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa Wied il-Għajn matul l-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn jingħata servizz ta’ tabib tal-familja u ta’ infermiera filwaqt li fl-2016 attendew 2,055 persuna. Matul l-2016 saru xogħolijiet fosthom tiswijiet fil-membrane ta’ din l-imsemmija berġa.
Jista’ l-Ministru jinvestiga dak li tlabt fil-mistoqsija parlamentari 29387 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Deputy Nursing Officers li laħqu tul is-sena 2012?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29387 filwaqt li nitlobu jispeċifika x’investigazzjoni qed jirreferi għaliha.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-istatus tal-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-isfond tal-aħbar li l-oqbra waslu biex jitqassmu? Jista’ jikkonferma li din l-applikanta hija fil-fatt waħda minnhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva l-applikazzjonijiet mingħand il-persuna msemmija u kif isir għal kull applikazzjoni din titpoġġa fil-lista ta’ stennija sakemm ikun il-waqt li titħabbar il-lista ta’ dawk eliġibbli.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27292, jista' l-Ministru jerġa' jara li jsir kuntatt mal-individwu peress li għadu ma sar l-ebda kuntatt miegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kuntatt mal-imsemmija persuna sar mill-ewwel u l-każ għadu qed jiġi segwit.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont totali ta’ xogħol u f’termini ta’ flus li l-Gvern ta lill-isptarijiet u kliniċi privati fis-snin 2010, 2011, 2012 u 2013 sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja ta’ kemm intefqu flus fis-sena mill-Gvern għal-xogħlijiet li saru mal-isptarijiet u kliniċi privati bejn l-2010 u l-2012 kienet ta’ €764,407.63.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex marbut li jibgħat il-pazjenti fl-isptarijiet immexxija minn Vitalis Global Healthcare (VGH) għall-operazzjonijiet u investigazzjonijiet? X’se tkun il-policy tal-Gvern dwar xogħol li s-soltu jingħata lill-isptarijiet privati li fil-passat u fil-preżent qed ikunu ta’ tant għajnuna lill-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa l-ħsieb tal-gvern illi l-kollaborazzjoni bejn l-Gvern u l-isptarijiet privati Maltin tkompli u saħansitra tiżdied fix-xhur u s-snin li gejjin.
Sptar Ġenerali t’Għawdex u Sptar Karin Grech — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid li peress li l-ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u f’Karin Grech li kienu fuq il-kotba tal-Gvern qabel ma’ ġew trasferiti mal-Vitalis Global Healthcare (VHG) ġew assigurati li se jibqgħu jgawdu l-istess kundizzjonijiet li għandhom skont il-ftehim kollettiv, jekk dawn humiex intitolati għal żidiet biex ikunu pari mal-ħaddiema li se jiġu impjegati mill-VGH?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema in kwistjoni kienu, għandhom u se jibqgħu ħaddiema tas-servizz pubbliku, sakemm ma jagħżlux huma xort'oħra, u li għalhekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jibqgħu dawk li ġew maqbula mal-unions rispettivi tagħhom.
Ministeru għas-Saħħa — persuni f'position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura 9 persuni f’position of trust mal-Ministeru għas-Saħħa. Bħalissa fil-Ministeru, fadal 7 f’position of trust. Hadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27188, fejn ġejt infurmat li l-imsemmi individwu ngħata risposta mid-Dipartiment tas-Saħħa, jista' l-Ministru jara li jerġa' jsir kuntatt ma’ dan l-individwu, peress li nfurmani li baqa' ħadd ma kkuntattjah?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija kien filfatt ġie kkuntattjat mid-dipartiment kif indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27188.
Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t’Għawdex — sodod
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28881 fejn il-Ministru qal li kull sodda fl-Isptar Mater Dei swiet medja ta' €874.40c kull lejl bejn l-2012 u l-2015, jista’ l-Ministru jgħid kemm hija kkalkulata li swiet kull sodda fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kull sena fl-aħħar sitt snin? X’tinkludi din l-ispiża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2016, in-nefqa għal kull sodda kull lejl fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta’€636.