Forzi Armati ta’ Malta – kors tal-Advanced Staff College
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ħarġet il-Forzi Armati ta’ Malta bejn l-1 ta' Jannar 2010 u l-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza sabiex uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta jattendu l-kors tal-Advanced Staff College? Jista’ jgħid kemm kienu l-fizzjali li applikaw għal kull sejħa li ħarġet sabiex jattendu l-Kors tal-Advanced Staff College? X'kien ir-rank tal-fizzjali li applikaw għal kull sejħa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 10673, ninsab informat b’dan li gej:-
1. Advanced Staff College fl-Advanced Command and Staff Course fl-Ingilterra ħarget aplikazzjoni waħda (għax l-oħra kien ġie deċiż li, peress li ġiet tard ma ħarġitx). Għaliha applikaw żewġ uffċjali li l-grad tagħhom kein ta’ Logotonent Kurunell.
2. Ghall-Advanced Staff College ta’ Senior Command and Staff Course fl-Irlanda, ħarġu ħames applikazzjonijiet u għalihom applikaw dan li gej :-
2010: applikaw 5 uffiċjali – 1 fil-grad ta’ Logotenent Kurunell u 4 fil-grad ta’ Maġġur
2011: applikaw 3 uffiċjali – kollha fil-grad ta’ Maġġur
2012: applikaw 5 uffiċjali – kollha fil-grad ta’ Maġġur
2013: applikaw 3 uffiċjali – kollha fil-grad ta’ Maġġur (tnejn minnhom irtiraw l-applikazzjoni)
2014: applikaw zewġ uffiċjali – kollha fil-grad ta’ Maġġuri
3. Għall-Advanced Staff College fir-Royal College of Defense Studies ġewwa l-Ingilterra ma ħarġet l-ebda applikazzjoni fil-perijodu imsemmi.
Forzi Armati ta’ Malta – kors tal-Advanced Staff College — bordijiet tal-Għażla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaqqfu bordijiet tal-għażla għall-Forzi Armati ta’ Malta bejn l-1 ta' Jannar 2010 u l-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza sabiex jiddeċiedu min imur għall-kors tal-Advanced Staff College? Min kienu l-membri tal-bordijiet tal-għażla li twaqqfu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsijia parlamentari 10674, ninsab informat li Bordijiet tal-Għażla sabiex jiddeċiedu min imur għall-Kors tal-Advanced Staff College twaqqfu dawn li ġejjin:-
1. Command and Staff Course ġewwa l-Irlanda
(2010 -) il-Bord kien kompost minn:-
Deputy Commander AFM
Colonel Operation
Colonel Administration
(2011) il-Bord kien kompost minn:-
Colonel Training
Colonel Procurement
Director Defense Matters
(2012) il-Bord kien kompost minn:-
Colonel Training
Colonel Administration
Staff Officer 1 Land Operations
(2013) – il-Bord ma nħatarx minħabba li tnejn minn tlett applikanti irtiraw l-applikazzjoni
(2014) – Bord kompost minn:-
Deputy Commander
Colonel General Staff
Colonel International Affairs
Colonel Training
2. Advanced Command and Staff Course tal-Ingilterra:-
Għall-unika applikazzjoni li ħarġet fil-perijodu imsemmi , il-bord tal-għażla ma nħatarx minħabba li wieħed miż-żewġ applikanti kellu problemi personali.
3. Għar-Royal College of Defence Studies ma ħarġet l-ebda applikazzjoni fil-perijodu imsemmi u għaldaqstant ma kien hemm l-ebda Bord tal-għażla.
Forzi Armati ta’ Malta – kors tal-Advanced Staff College
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Forzi Armati ta’ Malta ħadet deċiżjoni li ma jintbagħat ħadd sabiex jattendi l-Kors tal-Advanced Staff College fl-Irlanda li jibda din is-sena? Kemm kienu l-fizzjali li applikaw għal din is-sejħa li ħarġet sabiex jattendu dan il-kors fl-2014? Min kienu l-membri tal-bord tal-għażla li twaqqaf sabiex jagħżlu l-fizzjali li għandhom jattendu l-kors? Kemm minn dawn il-membri tal-bord tal-għażla kienu attendew l-Advanced Staff College?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Forzi Armati ta’ Malta ħadet deċi¿joni li ma jintbagħat ħadd sabiex jattendi l-Kors tal-Advanced Staff College fl-Irlanda li jibda din is-sena minħabba l-fatt li ħadd miż-żewġ applikanti ma laħaq il-kriterji meħtieġa sabiex jattendu tali kors. Il-bord tal-għażla kien kompost minn:
Deputat Kmandant
Kurunell General Staff
Kurunell Training
Kurunell International Affairs
Ħadd min dawn il-membri tal-bord ma’ kien ingħata l-opportunita’ li jattendi għal dan il-kors qabel. L-istess Uffiċjali għandhom pero` kwalifiċi u esperjenzi oħra, u attendew diversi courses oħra fis-snin preċedenti.
Il-flus li kienu ser jintefqu fuq dan il-kors ġew minflok investiti f’taħriġ ieħor.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għal mistoqsija parlamentari 26816 tad-IX Leġiżlatura
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li għal perjodu msemmi minnhu ingħataw 37 direct order mill-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru w ingħataw għaliex kienu fil-parametri tar-regolamenti tal-procurement tal-Gvern.
Korp tal-Pulizija – xiri/kiri ta’ vetturi – sejħiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jindika s-sejħiet pubbliċi li ħarġu (public tenders) sabiex il-Korp tal-Pulizija xtara/jixtri vetturi minn April 2013 sad-data li se tkun imwieġba l-mistoqsija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment tal-Pulizija ħareġ żewġ sejħiet pubbliċi rigward xiri ta’ vetturi minn April 2013 l’hawn. Dawn kienu:
Tender Dipartimentali Nru 8 /2013, li ġiet ippublikata fit-8 ta’ Novembru 2013, rigward xiri ta’ tlett (3) vetturi estate, u
Tender Dipartimentali Nru 3 /2014, li ġiet ippublikata fid-9 ta’Mejju 2014, rigward xiri ta’ ħdax (11) il-vettura hatchback.
Fire protection systems — inċidenti - responsabilità
Question
Fl-eventwalità li jseħħu xi casualties riżultat ta’ inċidenti tan-nar f’post li suppost kellu fire protection system adegwata stallata (kemm jekk il-post huwa wieħed pubbliku u kemm jekk il-post huwa wieħed privat), jista’ l-Ministru jgħid min hi/huma l-entità/entitajiet responsabbli li tipproċedi/jipproċedu kriminalment, ċivilment u anke minn perspettiva ta’ health and safety kontra l-persuna/organizzazzjoni responsabbli?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hemm neighbourhood watches? X’kollaborazzjoni qiegħda tagħti l-pulizija f’dawn il-lokalitajiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm kien hemm okkażjonijiet fejn saru tentattivi kemm mill-Pulizija kif ukoll minn xi Kunsilli Lokali sabiex titwaqqaf u tibda tiffunzjona n-Neighbourhood Watch f’ċerti lokalitajiet f’Malta, din l-iskema ma qabditx. Għaldaqstant bħalissa ma’ hemm l’ebda lokalita f’Malta fejn hemm in-Neighbourhood Watch.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk meta wieġeb id-domanda parlamentari 6789 fil-11 ta’ Ġunju 2014 kienx infurmat li l-pitgħada, it-13 ta’ Ġunju 2014, kien se jidher avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, kif fil-fatt deher, li l-Ministru għoġbu jaħtar Logutenent Kurunell ġdida b’effett minn Mejju 2014?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 6789 kienet tirrigwardja kemm-il Logutenent Kurunell kellha l-Forzi Armati ta’ Malta fil-jum li fih saret l-interpellanza. L-informazzjoni mogħtija kienet korretta u skont kif mitlub fil-ġurnata ċjoé nhar it-23 ta’ Diċembru 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fost dawk li saru Maġġuri f’Ottubru/Novembru 2013, kienx hemm min kien reinstated fil-Korp tal-Pulizija wara Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost dawk li saru Maġġuri f’Ottubru/Novembru 2013, kien hemm tnejn li kienu ġew reinstated fil-Korp tal-Pulizija wara Marzu 2013.
Jista’ l-Ministru jelenka d-dati li fihom s’issa iltaqa’ formalment mal-Malta Police Association minn April 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nżomm kuntatt skont il-ħtieġa mal-president tal-Malta Police Association li miegħu ltqajt formalment diversi drabi fejn iddiskutejna fid-dettal diversi materji dwar il-Korp tal-Pulizija inkluż l-abboz ta’ liġi dwar id-dritt tal-membri tal-assoċjazzjoni li jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom, kif ukoll kelli laqgħa ta’ kortesija fil-Ministeru mal-kumitat kollu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li xi parti mill-proċess tal-għoti tal-visas ikun ipprivattizzat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolament (KE) 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jistabillixi li applikazzjoni għal Viża għandha tiġi eżaminata u tittieħed deċiżjoni dwarha mill-Konsulat. Jistabilixxi wkoll li l-Istati Membri jikkoperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi għal ġbir ta’ applikazzjonijiet u jittrasmetti l-applikazzjonijiet lill-Konsulat. Filfatt Malta għandha numru ta’ arranġamenti ma’ fornitur estern tas-servizzi għal-koperazzjoni, f’numru ta’ pajjiżi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux legalment possibli li tinħareġ karta tal-identità Maltija lill-persuni minn barra l-Unjoni Ewropea bl-isem u l-kunjom miktub fuq il-karta, iżda mingħajr indirizz jidher fuq il-karta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità - Kapitolu 258, barranin jgħixu f’Malta m’għadhiex tinħarġilhom karta tal-identità, iżda dokument ta’ residenza, li jservi bħala dokument ta’ identifikazzjoni.
Skont il-provvedimenti ta’ dan l-Att kull dokument ta’ residenza irid ikollu indirizz tal-post prinċipali ta’ residenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura inxtraw għall-Korp tal-Pulizija minn April 2013 sad-data li fiha se tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’tip ta’ vetturi kienu? Minn fejn inxtraw u xi prezz tħallas?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali — Segretarjat
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjati Privati tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir — Ftehim mal-EBU
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1776, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’diskussjonijiet saru mal-European Broadcasting Union (EBU) fuq tiġdid tal-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir, f’liema stadju waslu dawn id-diskussjonijiet, u fil-prattika hemmx xi dokument ġdid, imqar fi stadju draft, dwar dan is-suġġett li jirrifletti l-eżitu tal-istess diskussjonijiet mal-EBU?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS għamlet eżerċizzju mal-EBU fejn ġabret informazzjoni relevanti fuq l-istazzjonijiet Ewropej. Din l-informazzjoni ġiet mgħoddija lill- kumpanija ta’ l-awdittjar fejn huma ppreparaw rapport b’numru ta’ rikommandazzjonijiet lill-Ministeru.
B’referenza għar-rapporti fil-media li l-Kabinett tal-Ministri ddiskuta jew b’xi mod ieħor indaħal fl-iskeda pre¿enti ta’ programmi fuq il-PBS, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex sar hekk, u jistax f’kull każ iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Bord Editorjali u tal-Bord tad-Diretturi fuq l-istess skeda preżenti tal-PBS?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-asserzjoni għal din il-mistoqsija hija skoretta. Hu redikolu, li tenut kont l-inizjattivi kollha li għamel dan il-Gvern f’sena u nofs, xi ħadd jaħseb jew inkella jipprova jallega li l-Kabinett joqgħod jiddiskuti l-iskeda tal-PBS. Skont il-politika nazzjonali tax-xandir nazzjonali, l-iskeda tgħaddi minn quddiem il-Bord Editorjali u mbagħad tiġi approvata mill-Bord tad-Diretturi. Infakkar ukoll li l-PBS stess kien ċaħad l-involviment tal-Kabinett fid-deċiżjonijiet li jinvolvu skeda tal-PBS. Naħseb dan jista' jasal għalih il-poplu Malti u Għawdxi kollu li f’differenza ta’ dak li kien qed isir fl-aħħar ħames snin ta' Gvern preċedenti, issa ix-xandir nazzjonali għandu skeda imparzjali u li ma tinsultax l-intelliġenza tal-poplu.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li hemm viġenti bħalissa bejn il-Gvern u l-PBS sabiex il-PBS joffri servizzi ta’ xandir pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, b’referenza għall-kuntratt li kien sar mal-Gvern fis-sena 2005, qiegħed jiġi mehmuż dokument li qiegħed jestendi dan il-kuntratt kull sena.
(Ara dokument PL3707 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa, 12 ta' Novembru 2014 f'Seduta 199)
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.