Jista’ l-Ministru jgħid għall-iskema tal-first time buyers jekk persuna tkun xtrat garaxx u wara tixtri post, jekk din l-iskema tapplikax għax-xiri tal-post?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Leġislazzjoni Sussidjarja 364.12, Artikolu 3, li jgħid “... li din tkun l-ewwel proprjetà immobbli akkwistata inter vivos minn dik il-persuna...”.
Garaxx huwa proprjetà immobbli, għaldaqstant f’dan il-każ din l-iskema ma tapplikax għax-xiri tal-post.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kif titħallas l-ispiża għas-saħħa? Jista’ jispjega jekk hemmx persentaġġi mill-VAT, min-National Insurance u mit-taxxi li jmorru direttament għall-ispiża tas-saħħa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija jirreferi ghat-twegiba moghtija f'PQ28883.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, m'hemm l-ebda rbit dirett kif indikat mill-Onor. Interpellant bejn id-dħul mit-taxxa msemmija u n-nefqa fuq is-saħħa.
Good Causes Fund – assistenza finanzjarja lil Malta Racing Club
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet b’kollox l-assistenza mill-Good Causes Fund mogħtija lil Malta Racing Club biex jittella’ l-festival ta' tiġrijiet it-Tnejn, 26 ta' Diċembru 2016 fil-korsa tal-Marsa? Jista’ jagħti wkoll rendikont ta' kif intefqet eżattament din l-assistenza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Good Causes Fund għadu ma ta' ebda ħlas lil Malta Racing Club rigward dan l-avveniment.
Kulma għamel sa issa l-Good Causes Fund hu li ħareġ commitment letter ta’ €10,250 wara li l-applikazzjoni ġiet approvata mill-GCF Advisory Board.
Fl-applikazzjoni tagħha l-Malta Racing Club talbet biex il-fondi jmorru għal parti mill-ispiza fuq
prize money
u
trophies
inkonnessjoni mal-għadd ta’ tiġrijiet li saru waqt dan l-avveniment.
B’referenza għall-ex-ħaddiema tas-Sea Malta u l-mistoqsija parlamentari 28626, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema rata ta’ imgħax ġiet użata għall-pagament fuq is-somma li ġiet imħallsa u jista’ jinforma jekk kienx hemm passi ulterjuri dwar dawk il-ħaddiema li ma kenux parti mill-proċeduri?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ imgħax li ġiet użata għall-pagament fuq is-somma li ġiet imħallsa kienet dik ta’ 1% f’interessi li ji¿diedu mal-kapital, għal 10 snin.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi li l-Onor. Interpellant jitlob dan it-tagħrif minn għand il-Ministru konċernat.
Monte di Pietà – deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar ta’ Diċembru 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra liema huwa l-ixjeħ rahan li għadu veljanti u li ma nġabarx?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2016 kien hemm 3,081 depożitu ta’ deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u l-ixjeħ depożitu ta’ rahan li għadu ma nġabarx ilu depożitat mill-1981.
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm ġew intavolati każijiet quddiem l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji u kemm minnhom ġew deċiżi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att dwar l-Arbitru ghas-Servizzi Finanzjarji (Kapitlu 555 tal-Ligijiet ta Malta) dahal fis-sehh fit-18 ta' April 2016 u l-Ufficcju tal-Aribtru ghas-Servizzi Finanzjarji beda jircievi l-ilmenti fl-ahhar gimgha ta' Gunju 2016. Sa l-ahhar ta' Novembru 2016 quddiem dan l-Ufficcju kienu waslu b'kollox 551 ilment formali li numru sostanzjali minnhom gew maghquda flimkien f'kaz wiehed peress li kellhom l-istess mertu skont kif tipprovdi l-Ligi. Minn dawn il-kazijiet 9 gew rizolti fi stadju bikri jew permezz tal-medjazzjoni; 9 kazi ohra gew rifjutati ghax min kienux jaqghu fil-kompetenza tal-Ufficcju; u kaz wiehed gie rtirat qabel ma bdiet il-medjazzjoni. Kien hemm 4 kazi ohra li dwarhom ittiehdet decizjoni filali. Niehu din l-okkazjoni biex nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Interim Report of the Arbiter for Financial Services ghall-perjodu 2016/2017 li tqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta tal-bierah.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28763, jista’ l-Ministru jgħid taħt il-kompetenza ta' min jaqgħu r-regolamenti jew policies marbuta ma' ħlasijiet ta' commissions oħra barra dawk imħallsa mit-Teżor lill-aġenti awtorizzati tiegħu meta jkun hemm offerti inizjali ta' stocks tal-Gvern ta' Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFSA ma għandha l-ebda regolamenti jew policies marbuta ma’ ħlasijiet ta’ commissions lill-aġenti awtorizzati minnha meta jkun hemm offerti inizjali ta’ stocks tal-Gvern ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jweieġeb il-mistoqsija parlamentari 23935 u jagħti rendikont ta’ kemm ingħataw eżenzjonijiet minn taxxa jew ħlasijiet ta’ bolla dovuti lill-entitajiet mis-settur privat mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2015? F’kull każ, jista’ jagħti dawn id-dettalji:
a) l-isem tal-entità partikolari;
b) kemm kienet l-eżenzjoni f’termini ta’ flus; u
c) fuq liema bażi/kriterji ngħatat l-eżenzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikklarifika xi jrid ifisser bil-kliem “eżenzjonijiet minn taxxa jew ħlasijiet ta bolla”, u l-isfond ta liema artiklu tal-liġi jkun qed jingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22340 u 23936 u jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
MFSA – proċedura għal għoti ta’ kuntratti ta’ due diligence
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’proċedura tintuża bħalissa mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għall-għoti ta’ kuntratti ta’ due diligence li teħtieġ tagħmel biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont il-liġi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi analiżi ta’ due diligence issir prinċiparjament mill-uffiċċjali tal-MFSA skont prattiċi internazzjonali. Meta tinħtieġ iktar informazzjoni li mhix aċċessibbli għall-MFSA, issir rikjesta għall-assistenza minn kumpanniji, anki kumpanniji esteri, biex tinġieb l-informazzjoni meħtieġa. Il-proċess dwar kif isir dan hu ta’ natura strettament kunfidenzjali, anke fir-rigward tan-natura sensittiva tal-analiżi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt viġenti għandha bħalissa l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ma’ kumpaniji barranin biex twettaq due diligence fuq klijenti potenzjali tagħha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) ma għanda l-ebda rabta kuntrattwali ma' kumpaniji lokali jew barranin biex iwettqu due diligence fuq klijenti potenzjali tal-Awtorità. Meta jkun il-każ li titqabbad kumpanija barranija sabiex tagħmel due diligence aktar dettaljat, l-Awtorità tagħżel il-kumpanija li tkun tista tipprovdi l-aħjar servizz u tagħtiha ‘assignment’ wieħed.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separament minħabba allegat każ ta’ żball fuq kont ta' taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jidħlu fis-seħħ l-inċentivi fiskali għall-Prospects li ssemmew fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-miżura fiskali għall-Prospects, imħabbra fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2017, ntiża li tidħol fis-seħħ b’effet mill-1 ta’ Jannar 2017. Madanakollu bħal kull abbozz fiskali irid jiġi mgħoddi mill-Parlament.
Il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun, Sta Venera, Tal-Pietà, G’Mangia u l-Marsa — popolazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni tal-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun, Sta Venera, Tal-Pietà (eskluż G’Mangia), G’Mangia u l-Marsa u għal kull lokal jaqsam il-popolazzjoni skont age brackets hekk kif miżmum mill-NSO?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-accrual accounting system?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ta Malta kien ħa d-deċiżjoni biex tinbidel l-metodoloġija tal-accounting għall-accrual accounting u l-implimentazzjoni ta standards internazzjonali għas-settur pubbliku, l-International Public Sector Accounting Standards (IPSAS).
Tim fuq il-proġett tal-IPSAS (IPSAS Project Team), immexxi mit-Teżor, qiegħed preżentament janalizza dawn l-standards (IPSAS) u jipproduċi verżjonjiet imsejħa ‘IPSASs as adopted by the Maltese Government’.
It-tim fuq dan il-proġett qiegħed ukoll jipproduċi linji gwida li jakkumpanjaw kull standard, bħala referenza faċli u utli għall-utenti.
Il-Bord fuq dan il-proġett (IPSAS Project Board), ukoll immexxi mit-Teżor, s’issa approva 6 draft standards tal-‘IPSASs as adopted by the Maltese Government’.
Noti tal-isfond
:
i. Fl-2013, it-Teżor kien għamel ftehim ma’
Chartered Institute of Public Finance and Accountancy
(CIPFA), ibbażata fir-Renju Unit, biex tipprovdi
gap analysis
għat-tranżizzjoni għall-
accrual accounting
ibbażat fuq l-applikazzjoni tal-
IPSAS
. Ir-rapport ta’ CIPFA wera x’hemm bżonn isir u l-bidliet meħtieġa (l-
accounting
, is-sistemi, il-proċessi u n-nies) sabiex jiġu implimentati l-
IPSAS
.
ii. Fl-2015, it-Teżor, flimkien mal-Ministeru għall-Finanzi, organizza l-konferenza
‘A Rising Tide: The Benefits of IPSAS to Government Accounting in Malta’
immirata lejn uffiċjali fis-servizz pubbliku u partijiet oħra interessati, biex jippromwovi l-implimentazzjoni tal-
IPSAS
fil-Gvern Malti.
iii. Fl-2015 it-Teżor, flimkien ma’ CIPFA, organizza żewġ
seminars
iffinanzjati mill-fondi tal-UE. Dawn is-
seminars
kienu jiffukaw fuq:
·
‘IPSAS: Financial Instruments (IPSAS 28, IPSAS 29, IPSAS 30)’
·
‘IPSAS: Employee Benefits (IPSAS 25)’.
iv. Fl-2016 it-Teżor għamel ftehim ma’ CIPFA biex jitħejjew żewġ rapporti, ko-finanzjati mill-Eurostat. Ir-rapporti kienu jittrattaw dawn it-temi:
·
Assistance in Developing the Finance Profession (
iffukat fuq l-iżvillupp ta’
Government Finance Profession
fil-Gvern Malti
)
·
Assistance in the Implementation of Accrual Accounting - Accounting for Taxation (
iffukat fuq l-
IPSAS 23 ‘Revenue from Non-Exchange Transactions – Taxes and Transfers).
v. Fl-2016 ġie iffurmat kumitat,
Public Sector Committee
, fi ħdan l-MIA (
Malta Institute of Accountants)
, biex jipprovdi
feedback
lill-Gvern Malti fuq l-
IPSASs as adopted by the Maltese Government’.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ garanziji bankarji in vigore li l-Gvern ħareġ lill-kumpaniji privati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm garanzija bankarja ta’ €360miljun li l-Gvern ħareġ fl-2015, fuq ‘bridge loan’ li tibqa tgħodd sakemm il-Kummissjoni Ewropea tagħti d-deċiżjoni tagħha fuq il-proġett (stmata għal 22 xahar).