Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Dipartimenti - Tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba impjegati fid-dipartimenti kollha taħt il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad li qegħdin fih it-tobba u skont il-post fejn huma assenjati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ tobba li huma mpjegati fid-dipartimenti kollha taħt il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa illum huwa ta’ 923

Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta – testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test tad-demm saru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta f’Jannar 2015? Kemm minn dawn ġew ordnati mit-tobba privati tal-familja? Kemm minn dawn ġew ordnati mit-tobba tal-familja li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa u t-testijiet mhumiex ma’ dik il-lista li t-tabib privat irid jimxi fuqha? X’lista ta’ stennija hemm għal pazjent li jrid jagħmel test tad-demm?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Tas-Saħħa fil-Kura Primarja ma j¿ommx statistika li tiddistingwi bejn testijiet ordnati mit-tobba fil-privat u dawk ordnati mit-tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa. Sal-aħħar ta’ Jannar 2015, id-dmijja li ittieħdu għal-testijiet ordnati fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta hu kif hawn, hawn taħt - · INRs (ACC - Anticoagulant Clinic) : 486 · Oħrajn : 923 (kull wieħed minn dawn ħafna drabi jinkludi aktar minn test wieħed)

House Visits mill-Health Centres

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm saru home visits mill-health centres f'Jannar 2013, 2014 u l-2014, kull health centre separat? Ma jidhirlux il-Ministru li permezz tal-health promotion għandhom jinħarġu linji gwida għall-pubbliku kif ukoll tagħrif siewi għall-pubbliku fuq il-mezz tax-xandir ta' meta għandhom jitolbu house visits biex b'hekk jassigura kooperazzjoni minn kulħadd?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-visti li saru fid-djar huma: Jannar 2013 – 1541, Jannar 2014 – 1736, Jannar 2015 – 1916

Sptar Mater Dei — Pazjenti fil-kurituri tal-livell -1

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm konsulenti u tobba li qed jirrifjutaw li pazjenti taħt il-kura tagħhom jitpoġġew fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ma jirrizultax li hemm xi tobba jew konsulenti li rrifjutaw jaghtu kura lil xi pazjent f’kwalukwe parti tal-isptar.

Sptar Mater Dei – Admissions ta’ pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm daħlu nies għall-kura fl-Isptar Mater Dei (admissions)? Jista’ jqabbel dawn l-admissions mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.

Sptar Mater Dei – Pazjenti Discharged

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew rilaxxati pazjenti mill-Isptar Mater Dei (discharges)? Jista’ jqabbel dawn id-discharges mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.

Sptar Mater Dei — Re-admissions ta’ Pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew rilaxxati pazjenti li reġgħu ġew admitted fl-Isptar Mater Dei fi żmien ġimgħa? Jista’ jqabbel dawn ir-re-admissions mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

l-informazzjoni ghada qed tingabar.

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza – ħinijiet ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien l-average waiting time fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jqabbel dawn il-figuri mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.

Sptar Mater Dei – average bed hours tal-pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien l-average bed hours tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jqabbel dawn il-figuri mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.
Leg 12 PQ #13849 Sitting 235 2015-02-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — kuntratt ta' tindif u clerical services

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12055 jgħid liema kumpanija għandha l-kuntratt tat-tindif u clerical services fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jista' jgħid kemm tħaddem nies din il-kumpanija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex fil-cleaning u kemm tħaddem nies fl-istess sptar fis-servizzi klerikali? Kemm hu l-ħlas fis-siegħa li tingħata din il-kumpanija mill-Ministeru tiegħu għal dawn is-servizzi?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.

Enemalta — Fuel Procurement Committee

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Fuel Procurement Committee ta’ dik li kienet l-Enemalta għas-snin 2013-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal-Fuel Procurement Committee għas-sena 2013 kienu Louis Giordmaina, William Spiteri Bailey, Antoine Galea, Peter Grima, Philip Borg, Godfrey Scicluna, Janice Mercieca, Charles Mangion, Steve Agius u Michael Falzon. Il-membri għas-sena 2014 kienu Fredrick Azzopardi, Erika Grech, Joseph Ellul Vincenti, Steve Agius, Henry Attard, Philip Borg, Frans Cassar, Janice Mercieca, Michael Falzon, Mantoine D’Ambrogio-Araci u Godfrey Scicluna.

Ċentri tas-Saħħa — Spiża Kapitali għall-2014

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi spiża kapitali matul is-sena 2014, għal kull Ċentru tas-Saħħa, ċentru b'ċentru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed inpoggi t-tghairf mitlub fuq il-mejda tal-Kamra

Sistema pubblika tas-saħħa — reġistru

Question

Minħabba li l-informazzjoni mitluba hija parti mill-leġiżlazzjoni ta’ pajjiżna, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12331 u 8274 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-reġistru li fih jinkludi l-benefiċċji, servizzi, interventi u t-trattamenti kollha pprovduti mis-sistema pubblika tas-saħħa, u l-ispiża u/jew it-tariffi ma’ kull tali benefiċċju, servizz, intervent u trattament hekk kif ipprovdut fl-Att dwar is-Saħħa (Kap. 528)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil -prezent il-gvern qieghed jaggorna l-informazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Formularju – lista ta’ mediċini mneħħija

Question

Peress li l-prassi użata fil-Parlament hija li materjal li l-Ministru jgħid li jinstab online xorta waħda jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jiġi mitlub jagħmel dan, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8484 u 12332 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mediċini kollha li ġew imħassra mill-formolarju tal-Gvern minn Marzu 2013 sal-lum u f’kull każ jgħid meta l-mediċina rispettiva ġiet imħassra mill-imsemmi formolarju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba f’din l-interpellamza

Outpatients — appuntamenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12338 u 10075 u jgħid kemm hemm appuntamenti tal-outpatients iffissati għas-sena 2016? Jista’ jaqsamhom, xahar b’xahar skont id-dipartiment rispettiv (eżempju Orthopeadics, Neurology eċċ.)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant

Pazjenti – Interventi barra minn Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12339, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u ċjoè ’jgħid x’kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Peress illi l-ftehim mal-Ingilterra huwa dwar in-numru ta’ pazjenti u mhux dwar l-ispiza, informazzjoni dwar spiza ma tingabarx.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 7940 u 12341, u peress li issa l-Gvern ilu kważi sena li ħabbar dan il-proġett, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni konkreta dwar il-proġett tal-ftehim li l-Gvern għamel mal-Barts School of Medicine?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li d-diskussjonijiet ghadhom ghaddejjin.

Kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie solvut u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.

Dipartiment tar-radjoloġija – Lead Aprons

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew iċċekkjati l-lead aprons li jintużaw mill-ħaddiema li jaħdmu fir-radjoloġija? Jista’ jgħid kemm hu ż-żmien massimu li jista’ jibqa jintuża? Jista’ jgħid min jieħu ħsieb ta’ dan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Lead aprons li jintuzaw mill-haddiema tar-Radjologija il-Medical Imaging Department, Health Centres, Boffa Hospital u Gozo General Hospital ikunu iccekjati regolarment b’minimu ta’ darba fis-sena mir-Radiation Protection Unit. Iz-zmien massimu li lead apron jibqa’ jintuza ikun indikat mis-supplier kif ukoll mill-RPU.

Primary Health — Outreach Clinic

Question

Peress li fl-organigramma tal-Primary Health l-outreach clinic hija r-responsabilità tal-Clinical Chairman. Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il outreach clinic hemm? Jista’ jgħid jekk dawn il-clinics żdidux sena b’sena mill-2013 sal-lum? Jista jgħid kemm hu l-complement tal-istaff ta’ kull outreach clinic?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li hemm sebgħa Outreach Clinics. Dawn huma ta’ - L-Ortopedija: Il-klinika hija mmexija minn konsulent ta’ l-Ortopedija u infermiera. Operazjonijiet minuri f’teatru (Minor operating theatre) fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta kif ġej– 1) Operazjonijiet minuri ortopediċi. Bdew fl-2013. Immexija minn kirurgu ta’ l-ortopedija u infermiera. 2) Injezzjonijiet ġewwa l-għajnejn ta’ l-Avastin®. Bdew fl-2014. Immexija minn kirurgu ta’ l-oftalmoloġija u infermiera. 3) Operazjonijiet ġenerali ta’ natura minuri. Bdew fl-2014. Immexija minn kirurgu ta’ l-oftalmoloġija u infermiera. 4) Operazjonijiet minuri dermatoloġiki biex jitneħħew ‘s kin tags’ . Bdew fl-2014. Immexija minn tabib tal-familja. Anticoagulant clinics – POC (Point of Care) Bdiet fl-2014 u tinsab ġo ħames Ċentri tas-Saħħa li huma r-Rabat, Raħal Ġdid, il-Furjana, Birkirkara u Ħal-Qormi. Immexija minn tabib tal-familja u infermiera. Diabetes Shared Care Programme. Bdiet fl-2012. Tinsab fiċ-Ċentri kollha tas-saħħa. Immexija minn tabib tal-familja u infermiera. X-Rays digitali u ‘back-slab plaster’. Bdew fil-klinika tal-Mosta fl-2013. Din infetħet ukoll il-Furjana u Raħal Ġdid fl-2014. Immexija mit-tobba tal-familja u infermiera.