Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li attendew jew qed jattendu l-MCAST ta’ Għawdex matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jagħti breakdown skont is-suġġetti mgħallma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fiċ-ċentru l-ġdid tal-MCAST ta’ Għawdex hemmx sistema ta’ fire fighting? Jekk fin-negattiv, jista’ jara li din is-sistema, li hi tant bżonjuża f’post bħal dan, tiġi stallata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kampus il-ġdid tal-MCAST f’Għajnsielem ġie mgħammar b’sistema ta’ protezzjoni u tifi kontra emerġenzi ta’ nirien. Il-Kampus il-ġdid qed jagħmel ukoll l-almu tiegħu biex sistema ta’ protezzjoni (fire detection system) li kienet ġiet installata xi seba’ snin ilu fiċ-Ċentru tal-Arti u Disinn u li qatt ma kienet ikkommissjonata u qatt ma ħadmet, tissewwa u ssir operabbli mas-sistemi l-oħra li ġew installati riċentement.
Għawdex — Skejjel sekondarji – suġġetti mhux mgħallma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-iskola sekondarja tas-subien Ninu Cremona u fl-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis ta’ Għawdex (separatament) hemmx xi suġġetti li ilhom għal żmien twil ma jiġu mgħallma fin-nuqqas ta’ għalliema li huma fuq sick leave?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jirriżulta li ntilfu xi lezzjonijiet tal-Ingliż meta għalliema partikolari li tgħallem fl-iSkola Sekondarja (Co-ed) rrapurtat ma tiflaħx 8 ijiem f’Ottubru, 4 ijiem f’Novembru u Diċembru kollu.
F’nofs Diċembru saru arranġamenti interni ad hoc fl-iskola sabiex l-istudenti ma jitilfux lezzjoniiet aktar.
Mill-bidu tat-tieni term se jkun hemm arranġament permanenti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-membri li llum qed jiffurmaw il-Kunsill tal-Marsa Racing Club? Jista’ jgħid xi rwol, kariga u x'funzjoni għandu kull membru fi ħdan l-istess kunsill?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif inhu magħruf, minħabba r-riżenja uffiċjali ta’ Dr Matthew Brincat minn Chairman tal-Kunsill tal-Marsa Racing Club, għad iridu jerġgħu jkunu formulati r-rwoli, karigi u funzjonijiet ġodda ta’ kull membru fi ħdan l-istess kunsill.
Korsa tal-Marsa – diskussjonjiet ma’ kumpaniji privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern bediex diskussjonijiet ma' kumpaniji privati (lokali jew barranin) jew individwi (lokali u/jew barranin) dwar il-privatizzazzjoni jew twaqqif ta' xi forma ta' public-private partnership għat-tmexxija tal-kumpless tal-korsa tal-Marsa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma kellu l-ebda diskussjonijiet ma’ kumpaniji privati jew individwi dwar il-privatizzazzjoni jew twaqqif ta' xi forma ta' public-private partnership għat-tmexxija tal-kumpless tal-korsa tal-Marsa.
Skola Primarja ta' San Pawl il-Baħar — popolazzjoni ta' tfal
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hi l-popolazzjoni tat-tfal li qed jattendu l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar preżentement? Kif inbidlet din l-istess popolazzjoni, mill-bidu ta' din is-sena skolastika? Kif inhu mistenni li tinbidel l-istess popolazzjoni tat-tfal li jattendu din l-iskola, sa l-aħħar ta' din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — taxxi, tariffi jew miżati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-dipartimenti/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, fl-2009, introduċiet servizz ġdid ta' Klabb 3-16 b'dawn ir-rati:- prezz regolari - €1.20 kull siegħa; prezz ta' emerġenza - €1.75 kull siegħa. Il-miżata kienet riveduta fl-2010 u saret prezz wieħed regolari ta' €1.20 kull siegħa.
Rigward tariffi/drittijiet pagabbli lill-Universita` ta' Malta, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra listi dettaljati bit-tariffi applikabbli li ddaħħlu jew ġew riveduti fis-snin indikati fil-mistoqsija. Dawn il-listi jidhru mmarkati bħala Dok. 'A'.
Infurmat ukoll, mid-Direttorat għal Kwalita` u Standards fl-Edukazzjoni, li kien hemm bdil fit-tariffa tal-eżamijiet tal-ECDL għall-għalliema u studenti tal-Higher Secondary kif jidher fit-tabella li wkoll qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, immarkata bħala Dok. 'B'.
It-tweġiba mid-direttorati u l-entitajiet l-oħra fi ħdan id-dekasteru tiegħi kienet jew 'xejn' jew ma tapplikax jew ma kienx hemm żidiet fil-miżati/ħlasijiet fis-snin imsemmija.
Kulleġġ Maria Reġina – xogħlijiet fuq il-parti ta’ barra
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol li qed isir fuq il-parti ta' barra tal-iskola primarja tal-Mellieħa li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina? Fuq l-istess proġett, jista' jgħid kemm ġej jiswa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li huwa ppjanat li x-xogħol li qed isir fuq il-parti ta' barra tal-iskola primarja tal-Mellieħa jitlesta sa l-aħħar ta' Marzu 2015. Huwa stmat li dan il-proġett ġej jiswa madwar €150,000.00.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jitħaddem il-lift li sar fl-aħħar ġimgħat fl-iskola Primarja tal-Mellieħa li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-lift imsemmi mill-Onor. Interpellant mistenni jibda jitħaddem sa l-aħħar ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jelenka liema huma l-proġetti ġodda li l-KMS se tkun qed tvara matul is-sena 2015 u kemm hemm flus ivvutati għal dawn l-istess proġetti ġodda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-KMS ser ikun għaddej fuq numru ta’ proġetti fosthom riforma fl-istess KMS, assistenzi varji lill-għaqdiet sportivi u atleti, il-programm ta’ taħriġ lill-amministraturi b’valur ta’ 700,000 ewro, manutenzjoni tal-Pixxina Nazzjonali b’valur ta’ 1.5 miljun ewro, manutenzjoni fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera b’valur ta’ 200 elf ewro, u xogħol ieħor marbut mal-faċilitajiet sportivi tal-KMS. Dan minbarra xogħol li għaddej fuq il-pixxina u l-grawnd tal-futbol ta’ B’Bugia.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern bediex diskussjonijiet ma' kumpaniji privati (lokali jew barranin ) dwar il-bini ta' trakka ġdida għall-MotorSports kif ukoll għal Shooting Range ġdida?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Le, il-Gvern għadu ma bediex diskussjonijiet ma’ entitajiet privati li jistgħu jkunu interessati f’dawn iż-żewġ proġetti.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Customer care – ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Kif ingħad diġa` fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11079, il-kuntatti (mhux bilfors ilmenti imma anki, per eżempju, talbiet għal informazzjoni) l-aktar frekwenti kienu dawk marbutin mar-responsabbiltajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, bħall-edukazzjoni u x-xogħol. Il-kuntatti kienu jikkonċernaw l-aktar materji relatati ma' impjieg (ETC), servizz ta' LSA, materji marbuta mal-istipendji, deployment, u materji marbuta mal-iskejjel.
Access to Communication and Technology Unit — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru tal-Edukazzjoni jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet quddiem l-ACTU (Access to Communication and Technology Unit) bejn Jannar 2014 u Novembru 2014? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet bdew jiġu mismugħa u kemm kien in-numru ta’ studenti ġodda li bdew igawdu mis-servizzi tal-istess ACTU matul l-istess perjodu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bejn Jannar 2014 u Novembru 2014 daħlu l-ACTU (Access to Communication and Technology Unit) 72 każijiet ġodda. Bejn Jannar u Novembru 2014, l-ACTU raw 24 każ ġdid flimkien ma każijiet oħrajn li jkunu diġa bdew igawdu mis-servizz. Waqt dan il-perjodu sar ukoll eżerċizzju ta’ screening fejn ġew screened 78 każ u b'hekk ġew identifikati l-prijoritajiet għas-servizz.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12916, jista’ l-Ministru jagħti ġustifikazzjoni, f’kull każ imsemmi fit-tweġiba, għalfejn ma ntużatx il-proċedura ta’ konkors (call for quotes, tender, eċċ.)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li r-raġunijiet prinċipali għaliex ma ntużatx il-proċedura ta' konkors kienu għax ix-xogħlijiet kienu urġenti minħabba li l-iskejjel saru co-ed kif ukoll minħabba esiġenza ta' xogħol.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12916, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux inkwetat li f’21 xahar, ingħataw 171 direct order minn entità waħda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada għamlet xogħlijiet fuq madwar 59 skola bejn Marzu 2013 u Diċembru 2013, u fuq madwar 89 skola minn Jannar 2014 sa Novembru 2014. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu l-MCAST f'Għawdex u l-Visual and Performing Arts Centre f'Għawdex ukoll. L-ispiża totali f’dawn l-iskejjel kienet ta’ €17,090,013.78. Id-direct orders kienu jammontaw għal 5.3% tal- valur tal-ispiża totali.
Peress li ma sibnix pjan serju għal xogħlijiet ta' manutenzjoni, ix-xogħlijiet bżonnjużi kellhom isiru b'urġenza u għalhekk ma nħossx li din il-proċedura hija inkwetanti, anzi kienet meħtieġa u urġenti. Il-bini tal-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi ma jitranġax bil-kliem sabiħ iżda bix-xogħol li ma jiflaħx jistenna minn sena għall-oħra, sena wara sena.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12916, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru talabx spjegazzjoni għalfejn kien hemm dak l-ammont għoli ta’ direct orders?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-direct orders ingħataw fuq numru ta’ proġetti fejn wieħed kien konxju ta’ l-urġenza tax-xogħlijiet li kellhom isiru u għaldaqstant, il-Ministeru kien infurmat dwar il-bżonn li dawn ix-xogħlijiet isiru malajr kemm jista' jkun għall-benefiċċju tal-istudenti.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12916, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex ma jibqax isir dan l-ammont għoli ta’ direct orders?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-direct orders intużaw minħabba l-urġenza tax-xogħlijiet u ma setax isir mod ieħor. Fil-fatt qed isir pjanar short to medium term biex direct orders jintużaw lanqas possibli.