Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment inkarigat mis-sistema tad-drenaġġ se jieħu ħsieb il-problema tad-drenaġġ li qiegħed joħroġ minn taħt it-Triq Qasam Sperimentali f'Ħal Farruġ, Luqa u joskula f'għalqa, b'detriment għas-saħħa tar-residenti u anke bhejjem li jiġu mrobbija fl-irziezet biswit?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sar survey bis-CCTV fi Triq Qasam Sperimentali f'Ħal Farruġ, Luqa, biex jinsabu l-ħsarat u issa ser joħroġ kuntratt biex jissewwew il-ħsarat.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex hemm differenza tant kbira fir-rata ta' bejgħ ta' karta għar-riċiklaġġ kif muri fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6013?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-rata ta' bejgħ ta' karta għar-riċiklaġġ tiddependi mill-ammont u kwalita' li tiġi provduta kif ukoll mid-domanda ta' dak il-perjodu partikolari.
Billi biex isir il-proġett ta' Manoel Island iridu jitwasslu sal-post diversi servizzi adegwati bħalma huma l-linji tat-telefon, drenaġġ, dawl u ilma, jista' l-Ministru jgħid minn ġo liema toroq se jsir dan ix-xogħol ta' infrastruttura? Meta se jibda u kemm se jdum? Kemm se jiswa lill-pajjiż ix-xogħol kollu infrastrutturali, inkluża l-link road li se ssir mill-gvern? Dan ix-xogħol min se jħallas għalih, il-poplu jew min se jibbenefika finanzjarjament mill-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-evalwazzjoni tal-proġett "Connections"?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara li l-proċess ta' evalwazzjoni għadda mill-ewwel stadju ċioe' ta' 'shortlisting' fejn ġew magħżula tlett konsorzja issa l-Gvern waqqaf kumitat ieħor li għandu jidħol aktar fid-dettal fis-sottomissjonijiet li ġew proposti biex dan l-istess kumitat ikun jista' jindika lill-Gvern liema konsortium huwa l-iżjed idoneu biex il-Gvern ikun jista' jibda diskussjonijiet miegħu.
Peress li x-xogħol fuq il-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, Bormla jidher li beda mill-ground ta' l-iskola, jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex se jkun lest sakemm tibda sena skolastika oħra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol inbeda mill-ground ta' l-iskola minħabba li kien jeħtieġ li jinfetaħ aċċess ġdid għall-parkeġġ tal-karozzi. It-tender tal-ġibjun li se jinbena fil-ground ġiet pubblikata nhar l-Erbgħa 28 ta' April 1999. Dan ix-xogħol mhux mistenni li jitlesta sa Settembru ta' din is-sena, iżda ser isir kull sforz biex l-inkonvenjent lill-iskola ikun mill-anqas possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid x'insteraq eżatt mill-uffiċċju tas-CPS fil-lejl ta' bejn l-10 u l-11 ta' Frar, 1999? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar din is-serqa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li mill-uffiċċju tas-CPS insterqu dawn l-oġġetti:
2 in No. Printers
Fax Machine
Shredder Machine
Electric Oil Heater
Fridge
Electronic Typewriter
Computer Tower
Electric Heater
Electric Kettle
Travelling Bag
Wall Clock
Coffee Mug
Sample - Boots u Żraben
Stapler & Puncher.
L-istima ta' l-oġġetti misruqa tammonta għal Lm1296. Il-pulizija qed tmexxi l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-consortium MIDI li ngħata letter of intent għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point issottomettiex outline scheme plants skond klawsola nru. 1? L-outline scheme plans ġew approvati mill-gvern? Jekk fl-affermattiv, saret applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif stipulat fi klawsola 5? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-outline scheme plans maqbula fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixteq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati fuq l-arranġamenti spjegati fil-letter of intent li bagħat il-Gvern lill-Consortium għadhom għaddejjin.
Għalhekk l-informazzjoni mitluba tkun tista' tingħata meta dawn in-negozjati jiġu fi tmiemhom.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni li turi l-approvazzjoni tal-gvern għal bdil li sar fil-membri tal-consortium MIDI li ngħataw letter of intent għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6177 (Seduta 86).
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 5896, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' Attachments A, B u C li hemm riferenza għalihom fil-letter of intent li ġiet iffirmata mal-consortium MIDI?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6177 (Seduta 86).
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' service connection mal-main ta' l-ilma fi Triq ix-Xatt tas-Sajjieda, Marsaxlokk konness max-xogħol ta' embelishment, sarx mill-kuntrattur jew mill-ħaddiema tal-gvern? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol li sar kienx ta' kwalita' tajba jew kellux jerġa' jinqala'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' service connection mal-main ta' l-ilma fi Triq ix-Xatt tas-Sajjieda sar mill-ħaddiema tal-plumbing section fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet taħt is-superviżjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Irriżulta li parti minn dan ix-xogħol ma kienx sodisfaċenti u kellu jerġa' jsir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru studji dwar possibiltajiet ta' parking spaces taħt l-art fil-Belt u fil-Furjana fejn diġa' jeżistu strutturi taħt l-art?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li waqt li hu veru li jeżistu ħafna spazji taħt l-art fil-Belt u fil-Floriana dawn qatt ma huma kbar biżżejjed biex jintużaw bħala parking. L-uniku tunnel kbir huwa dak li kien tal-ferrovija li xorta waħda iżda mhux addattat li jintuża bħala parking.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġiet irtirata l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-iżvilupp ta' underground car park fl-Arena ta' l-Indipendenza fil-Furjana?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet diġa' tat parir kontra l-proposta qabel ġiet sottomessa l-applikazzjoni. Xorta waħda l-applikazzjoni kienet sottomessa u l-applikazzjoni ġiet irtirata skond il-pariri li kienet qed tagħti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Xorta waħda bi ħsiebni nagħmel laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Floriana biex niddiskuti mal-Kunsill dan is-suġġett u nara x'soluzzjonijiet jista' jkun hemm.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ma jibqax iċarċar drenaġġ fid-Ditch fejn Bieb il-Belt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li saru kemm-il darba tentattivi biex din il-problema tiġi riżolta. Waqt li se nerġa' nara x'jista' jsir ċertament li l-problema trid tiġi riżolta meta jsir il-Bus Terminus il-ġdid.
Jaf il-Ministru li fil-bajja tax-Xgħajra, Malta l-kosta ilha żmien tbati l-konsegwenzi xejn pjaċevoli ta' tniġġiż ta' dan il-baħar, kaġun ta' ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ? X'sar biex jiġi rranġat dan l-inkonvenjent? Meta se jibda x-xogħol biex ma jiżdidux il-problemi ta' tniġġiż għall-għawwiema fis-sajf?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jinvestiga dan il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern fuq il-problema tas-Sea Pollution li qed jinqala' bit-tqattigħ tal-blat li qed isir fuq il-Hilton site? X'sar s'issa min-naħa ta' l-Awtorita' u x'beħsiebu jsir fil-futur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dwar il-problema ta' tniġġiż tal-baħar li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent investiga l-problema u kkonkluda li t-tniġġiż kien dovut għal trab fin tal-ġebel li kien qed jispiċċa l-baħar.
Id-Dipartiment informa mmedjatament lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li min-naħa tagħha ħadu passi biex l-attivita' li kienet qed tikkaġuna dan it-tniġġiż jieqaf.
Jista' l-Ministru jordna stħarriġ dettaljat dwar it-tfigħ ta' unauthorised liquid manure fil-manholes tad-drenaġġ li hemm fil-Wied tat-Troll Ħaż-Żebbuġ?
Jista' l-Ministru jissiġilla dawn il-manholes minn ġewwa b'tali manjiera li minn jiftaħ it-tappiera jsib għatu ieħor minn ġewwa li ma jkunx jista' jiġi tampered?
Jista' l-Ministru jara li jsir sinjal bil-miktub f'dan il-post li jgħid speċifikament li l-ebda tfigħ ta' materjal ma' jista jintefa' fis-sistema tad-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ qiegħed ikollu spiss problemi minħabba materjal mhux awtorizzat, bħal per eżempju tiben, li qiegħed isib ruħu fis-sistema tad-drenaġġ, li probabbilment qiegħed jintefa' minn bowsers privati. Mhux rakkomandat li jiġu ssiġġillati l-manholes għax inkella ma jkunx jista' jsir 'maintenance' u tindif tas-sewer. L-operaturi tal-bowsers kollha suppost jafu fejn huma s-'sewage disposal points' u kull min ma joqgħodx ma' dawn għandu jiġi mħarrek mill-uffiċjali tas-sanita' u l-pulizija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3312 jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li gawdew mill-għotja tar-rigal żgħir li ġie mogħti lilhom?