Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14817 u 15039 u u jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15047 u jgħid xi ħlasijiet ngħata s'issa l-konsulent Amerikan li ismu qed jintbagħat separatament, għax-xogħol li għamel għall-korporazzjoni Enemalta? X'xogħol fil-fatt għamel mindu nħatar konsulent? Kemm nefqet fuqu l-Enemalta biex ġabitu hawn kull darba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-1998 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1998 u ta' l-2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14946 u 15132 u jgħid jekk jitħallasx dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel mill-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn ir-rati ta' taxxi u għal kemm ammontaw għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14697 li saret fl-4/10/05 u li għaliha l-Ministru rrisponda li risposta tingħata f'seduta oħra, jista' il-Ministru ġentilment jirrispondi d-domanda u cioe' peress li fi Triq Qala, fin-Nadur Għawdex diversi residenti lmentaw minħabba problemi tad-drenaġġ, peress li minħabba l-ilma tax-xita d-drenaġġ sbroffa u anke daħal fid-djar tar-residenti ta' l-istess triq, jista' il-Ministru jara li din il-problema tingħata attenzjoni minnufih?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s-sistema tad-drenaġġ f'din it-triq tiffunzjona sewwa sakemm tintuża biss biex tirċievi drenaġġ domestiku. Biex tinżamm fi stat tajjeb, is-sistema titnaddaf almenu darba fis-sena.
Il-problem li semmiet l-Onor. Interpellant tinqala' f'każ ta xita għaliex il-katusi ta' l-ilma tal-btieħi u bjut ta' ħafna djar huma mqabbda illegalment mas-sistema tad-drenaġġ. Matul l-aħħar xita qawwija, ġewwa Għawdex, kien hemm ħafna każijiet simili f'kull raħal, irrespittivament mill-kundizzjoni tal-katusi tad-drenaġġ, propju minħabba l-abbuż imsemmi.
Qiegħed għalhekk nifhem illi l-Onor. Interpellanta tixtieq illi l-WSC tieħu azzjoni mmedjata biex tneħħi dan l-istat ta' illegalita' u sejjer hekk ninforma lill-WSC.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14898 u jgħid liema lukandi/kumpanniji tefgħu offerti wara sejħa mit-tarzna għal servizz ta' akkomodazzjoni matul din is-sena għall-ħaddiema barranin li ġġib it-tarzna? Jista' f'kull każ jgħid x'offerti tefgħet kull lukanda/kumpannija għal din is-sejħa matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-dettalji ta' min għamel offerti għall-kuntratt ta' akkomodazzjoni maħruġ minn Malta Shipyards huma ta' natura kummerċjali sensittiva u għalhekk ma jistgħux jkunu mogħtija. Minbarra dan, billi dan it-tender ser jerġa' joħroġ ikun aktar f'loku li d-dettalji ta' l-ewwel tender ma jkunux magħmulin pubbliċi f'dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Air Malta ppubblikatx ir-rapport annwali tagħha għas-sena li għalqet f'Marzu, 2005? Jista' jgħid meta ġie ppubblikat? Jista' jgħid x'sitwazzjoni finanzjarja juri dan ir-rapport dwar l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kontijiet annwali għall-perjodu finanzjarju li għalaq fil-31 ta' Marzu 2005 ġew ippreżentati mar-Reġistratur tal-Kumpaniji fis-17 t' Ottubru 2005. Dan ir-rapport juri li l-kumpanija għamlet telf ta' Lm2,158,000 u l-Grupp għamel telf ta' Lm1,781,000, wara t-taxxa u 'Minority Interests'. L-Operating Loss, (jiġifieri t-telf qabel dħul minn investimenti u spejjeż finanzjarji u qabel it-taxxa) kien Lm4,819,000 għal kumpanija u Lm4,826,000 għal Grupp.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15021 u jgħid meta nħatar il-fuel procurement advisory committee? Kemm-il darba ltaqa' s'issa din is-sena? X'passi ħa dwar xiri ta' żejt u ċaqliq tad-dollaru Amerikan?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Korporazzjoni Enemalta waqqfet il-'Fuel Procurment Advisory Committee' (FPAC) fuq struzzjonijiet tal-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni f'Jannar ta' din is-sena.
Sa issa il-Fuel Procurement Advisory Committe iltaqa' tminn darbiet.
Il-FPAC m'huwiex involut fix-xiri taż-żejt. L-FPAC jissottometti r-rakomandazzjonijiet tiegħu biss lill-Bord tad-Diretturi ta' l-Enemalta fl-oqsma ta' xiri ta' żejt kif ukoll fl-immaniġjar u 'Risk Management' relatat. Minħabba li r-rakkomandazzjonijiet ta' l-FPAC huma purament ta' natura kummerċjali, dawn ir-rakomandazzjonijiet m'humiex riferuti lill-Gvern imma huma diskussi u deċizi mill-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta.
Ir-rakkomandazzjonijiet li għamel l-FPAC f'Mejju u Awissu ta' din is-sena kienu t-tnejn aċċettati mill-Bord tad-Diretturi ta' l-Enemalta. Fil-fatt b'riżultat tar-rakkomandazzjoni aċċettata f'Mejju saret ordni ma' bank internazzjonali. Din il-'hedge' ma twettqitx għax l-iswap price rakommandat ma ntlaħaqx.
Fil-konfront tal-parir ta' l-FPAC f'Awissu li għadda, din ukoll ġiet aċċettata mill-Bord tad-Diretturi ta' l-Enemalta. Parti minn dan il-parir fil-fatt diġa twettaq u hija l-intenzjoni ta' l-Enemalta li tkompli twettaq il-kumplament ta' din il-'hedge' jekk is-suq jippermetti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15061 u jgħid kemm nefaq il-ministeru f'riklami dwar il-kriżi ta' l-enerġija fil-ġurnali lokali? Liema ġurnali tħallew barra minn dan ir-riklamar? Ma jħossx il-Ministru li kienu żejda l-kummenti partiġġjani kontra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'riklami mħallsin minn fondi pubbliċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma globali li ntefqet kienet ta' Lm7136. Irid jingħad li jien infurmat li saru reklami għax il-ġurnal ta' kulljum li statistikament jinbiegħ l-aktar informa lill-Ministeru li ma setax jippubblika li inkiteb bħala artikolu minħabba nuqqas ta' spazju. Tħallew barra s-segwenti ġurnali, Il-Ġens, il-Kulħadd u l-Malta Today peress li dawn il-ġurnali ma jkunux ippubblikati kemm is-Sibt kif ukoll l-Ħadd.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija , jidhirli li le.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15079 u jgħid x'inhi s-salary structure tat-top management ta' l-Enemalta miċ-chairman 'l isfel? Kemm qed jitħallsu l-membri tal-fuel procurement board tal-korporazzjoni, inkluż nies tekniċi barranin li jistgħu qed iservu fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15084 u jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabilit x'impatt se jkollu fuq il-bottom line tal-korporazzjoni Enemalta jekk u meta tiġi mplimentata d-deċiżjoni li l-petrol u d-diesel jibda jiġi mpurtat minn sorsi oħra barra l-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15083 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar xhur biex l-Enemalta tinvesti f'sorsi alternattivi ta' enerġija?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ġenerazzjoni ta' l-elettriku f'Malta m'hux monopolju ta' l-Enemalta. Fl-istess waqt l-Enemalta hi obbligata tħalli lil min jiġġenera l-elettriku juża 'grid' tad-distribuzzjoni tagħha. Fil-fatt illum fis-sistema tad-distribuzzjoni qed jiddaħħal ftit elettriku ġġenerat mill-enerġija tax-xemx minn operatur prviat.
Intant il-Korporazzjoni Enemalta bdiet programm taħt id-direzzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent maħruġin mill-Ministeru tiegħi biex l-entitajiet kollha fid-dekasteru tiegħi jibdew jużaw enerġija ġġenerata minn sorsi alternattiva. Skond dawn il-linji gwida l-enemalta għandha tlesti sa tmiem din is-sena studju dwar il-viabilita' t'inizjattiva biex sa tmiem l-2008, 8% ta' l-enerġija wżata minn dawn l-entitajiet tkun ġejja minn sorsi alternattivi.
Il-Korporazzjoni Enemalta qed tgħin lill-entitajiet pubbliċi wkoll fi programm biex jiġu installi kull fejn jagħmel sens finanzjarju, sistemi biex jissaħħan l-ilma u biex jiġi ġġenerat l-elettriku bl-enerġija mix-xemx.
Intant il-Korproazzjoni qed toffri wkoll servizzi ta' konsulenza lill-entitajiet pubbliċi li jkunu qed jiżviluppaw jew jimmodifikaw bini biex idaħħlu miżuri ta' konservazzjoni t'enerġija u miżuri li jagħmluha eħfef li anke aktar tard jintużaw sorsi alternattivi t'enerġija.
Fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15203 qgħedt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-linji gwida li ħareġ il-Ministeru tiegħi lill-Korporazzjoni Enemalta u lill-entitajiet l-oħra fl-istess dekasteru fejn jingħataw dettalji dwar dawn l-inizjattivi.
Ninsab infurmat li qed jiġi kkunsidrat li jiġi attwat programm simili fis-servizz pubbliku kollu li għandu jinbeda matul l-2006.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15081 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15244 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta ordnat lil-lukanda sussidjarja tagħha Crown Plaza biex ma taċċettax aktar bookings wara x-xahar ta' Marzu 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li l-ishma kollha tal-kumpanija Tigne Development Co. Ltd. li tmexxi l-Lukanda Crown Plaza ser ikunu nbiegħu lil terzi ferm qabel il-31 ta' Marzu 2006, m'huwiex opportun li s-sidien il-ġodda ma jkunux fil-liberta' li jatwaw il-pjanijiet tagħhom minn April 2006 'il quddiem.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15234 u jgħid għalfejn nies min-newsroom tal-PBS u ta' stazzjonijiet oħra ma tħallewx iġibu l-eżerċizzju li sar f'Burmarrad mill-gvern fil-kuntest tal-marda tat-tjur, dan speċjalment meta l-eżerċizzju kien fl-interess nazzjonali u għaldaqstant kellu jintwera fuq l-aħbarijiet ta' l-Istat? Jista' il-Ministru jgħid min ingħata l-esklussivita' biex jiffilmja dan l-eżerċizzju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk koppja Maltija (tgħix Malta) li għandha pensjoni ta' l-invalidita' Awstraljana tikkwalifikax għall-iskont normali li hemm fuq in-noll tal-vapuri tal-Gozo channel minħabba li kien hemm każi fejn dawn ġew imġiegħla jħallsu t-tariffi normali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti jistgħu jsiru biex min għandu post ta' villeġjatura jkollu l-arloġġ tad-dawl u l-ilma moqri mill-uffiċjal inkarigat mill-qari tal-metres u mhux jibqa' jintbagħat kont "stmat"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15121 u jikkonferma jekk l-użu ta' pajpijiet u fittings tal-plastic ta' kwalita' inferjuri matul is-snin li għaddew hijiex twassal għal numru ta' leakages sinifikanti fis-sistema tad-distribuzzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'qiegħed isir dwar din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li xi ħames snin ilu, l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma irċievet xi kunsinni ta' pipes u fittings li wasslu għal numru ta' ħsarat mhux mistennija fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma. Minn investigazzjonijiet li saru irriżulta li dawn il-pipes u fittings li jintużaw f'house connections kienu difettużi.
Fiċ-ċirkostanzi, l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma ħadet dawn il-miżuri:
Twaqfet sistema ta' quality control tal-prodotti kollha mixtrija.
Tressaq każ il-Qorti kontra minn ipprovda dawn il-pipes u fittings lill-
Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15128 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14964, jista' il-Ministru jispjega r-raġuni wara s-sejħa għal expressions of interest għall-provvista ta' impjant għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
L-avviż għal "expression of interest" kif jidher fil-web site ta' l-Enemalta jirreferi għal "request for information" biex wieħed jinvestiga u jieħu idejat fuq finanzjament ta' mpjanti ġodda għal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku u biex tkun akkwistata informazzjoni fuq mezzi u sistemi li jeżistu biex ikun provdut l-elettriku bl-iktar mezz ekonomiku possibli.